Skip to main content

Intervistat fuq l-Illum

Din kienet l-intervista li għamlitli l-gazzetta 'Illum' nhar il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2012 (paġna 6/7)




L-Arriva ilha topera f'Malta 'l fuq minn sena, iżda problemi kbar bis-servizz u l-karozzi li qed jitħaddmu għadhom qed jinħassu fuq bażi regolari. X'tikkumenta dwar dan?

Ir-riforma fit-trasport pubbliku kienet bla dubju riforma neċessarja. Tlaqna minn sitwazzjoni fejn kellek servizz li ma kien ikkontrollat minn ħadd, u illum għandna sitwazzjoni fejn is-servizz marbut b’kuntratt. Iva, huwa ċar li f’diversi inħawi dan il-kuntratt mhux qed jiġi onorat u n-nies mhumiex moqdija kif stennew, pero’ grazzi għar-riforma, Transport Malta illum tista’ tieħu passi kontra l-operatur li mhux qed jagħti s-servizz li hu marbut li jagħti, kif filfatt qed tagħmel. Nittama li l-livell ta’ servizz mixtieq jintlaħaq mill-aktar fis possibli għal ġid ta’ kulħadd.

L-Enemalta diġa ħallset €157 miljun lill-BWSC u l-impjant il-ġdid mhux talli mhux qed jaħdem talli għandu hsarat kbar. Il-pajjiż se jkollu jibqa’ jiddependi fuq il-powerstation l-antika tal-Marsa. Kif tiddeskrivi din is-sitwazzjoni?

Mihiex sitwazzjoni pjaċevoli, għax qed ittawwal l-implimentazzjoni tal-proġett, pero’ l-fażi ta’ commissioning u testing f’kull proġett qiegħda hemm propju minħabba dawn ir-raġunijiet, biex qabel jiġi aċċettat l-impjant il-klijent ikun sodisfatt li dan qed jaħdem kif suppost. Malli dan l-impjant jibda jopera, minkejja l-oppożizzjoni kontrieh, ikollna impjant li huwa darbtejn iżjed effiċjenti minn tal-Marsa u li jħammeġ ħafna anqas, filwaqt li fil-futur ikun jista’ jinqaleb għal gas meta jkollna l-infrastruttura neċessarja għal dan, infrastruttura li l-Gvern qed jaħdem biex jiffinanzja minn fondi tal-UE minflok minn żidiet ulterjuri fuq il-kontijiet jew mit-taxxi.

Importanti jew le li jkun magħruf pubblikament min huma l-persuni u kumpaniji li qed jiffinanzjaw lill-partiti politiċi?

Iva, imporanti. Għalkemm mihiex bread and butter issue li tolqotna ta’ kuljum bħax-xogħol u s-saħħa, iżżid it-trasparenza u s-serjeta’, ittejjeb il-perċezzjoni kultant negattiva li n-nies għandhom tal-politika, u tnaqqas il-possibilta’ li jkollok policies li jaġevolaw lil xi donaturi tal-partiti.

Taqbel li ż-żewġ partiti għandu jkollhom l-istazzjonijiet tat-televixin, tar-rajdu, u l-gazzetti tagħhom? Taħseb li dawn jgħinu jew jaħdmu kontra id-demokrazija f’Malta?

Naħseb f’soċjeta’ libera kull entita’ u organizzazzjoni għandu jkollha dritt issemma leħinha kif tħoss l-aħjar. Ma narax kif dan jista’ jaħdem kontra d-demokrazija. Sfortunatament huwa veru li ċertu mijdja jagħmlu minn kollox biex jimmanipulaw il-fatti u anke’ kultant jiksru ċertu etika, pero’ imbagħad sta għall-intelliġenza ta’ min qed jaqra jew isegwi li jagħrbel il-fatti.

Tħoss li d-deċiżjoni li jiġi pospost il-Budget sa wara l-grilling ta' Tonio Borg fil-Parlament Ewropew kienet waħda għaqlija?

Hija deċiżjoni tal-Gvern meta jressaq il-Budget sakemm dan jonora l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni. Barra minn hekk ma naħsibx li kien jagħmel sens li jiġi diskuss il-Budget waqt li l-Viċi Prim Ministru kien jinsab barra l-pajjiż jaffaċja dan il-grilling.

Temmen li l-liberta tal-espressjoni assoluta hi essenzjali, jew għanda tiġi llimitata? Taqbel li jkun hemm ċensura fil-kitba, fil-films, u fil-mijdja?

Il-liberta’ tal-espressjoni għalija hi assoluta sakemm din ma tinfama lil ħadd u ma jsirux dikjarazzjonijiet giddieba jew insinwazzjonijiet foloz, u għal dawn hemm il-liġijiet tal-libell. Mill-bqija, “nista’ ma naqbilx ma’ dak li tgħid, imma niddefendi sal-mewt id-dritt tiegħek li tgħidu”.

Ma naqbilx maċ-ċensura tal-arti, it-teatru u l-litteratura fejn l-udjenza hija pubbliku adult, u esprimejt dan pubblikament anke’ f’Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista aktar minn sena ilu. Nemmen li l-adult għandu jkun matur biżżejjed li jagħżel hu x’jiċċensura għalih innifsu jew le. Pero’ element ta’ ċensura f’ċertu mijdja aċċessibli għal kulħadd għandu jeżisti biex jipproteġi l-minorenni.

Taħseb li l-unjoni ta' koppji gay jingħataw id-dritt taż-żwieġ daqs bħal kull koppja eterosesswali?

Iva. Nemmen fil-liberta’ tal-individwu, u għalhekk jekk individwu jħossu aktar komdu jorbot l-istat ċivili tiegħu ma’ persuna tal-istess sess ma narax għala l-istat għandu jwaqqfu, la din hija għażla personali li ma taffetwax lil bqija tas-soċjeta’.

Il-kwistjoni jekk għandhomx jiġu ntrodotti kwoti li jimponu li jiġu appuntati ċertu numru ta' nisa professjonisti fuq bordijiet ta' kumpanniji pubbliċi hi waħda taħraq. Inti favur jew kontra? Għala?

Assolutament kontra u r-raġunijiet esprimejthom f’diversi artikli. L-ewwelnett dan imur kontra l-prinċipju tal-meritokrazija, li m’għandhiex la sess u lanqas kulur. It-tieni, ma nissegregax lin-nies fi gruppi u allura inqis lil kull individwu bħala xi ħaġa unika u mhux bħala parti minn xi grupp. Hemmx nisa fuq bordijiet daqs kemm hemm irġiel għalija hija biss statistika, daqs li kieku tgħidli jekk hemmx nies twal daqs kemm hemm nies qosra. Barra minn hekk hemm l-element tad-dritt tal-propjeta’, u għalhekk hija l-kumpanija u s-shareholders tagħha li jafu x’inhuma l-aħjar interessi tagħhom, mhux l-istat. It-tielet ma nemminx fil-prinċipju ta’ positive discrimination. Diskriminazzjoni ma hija qatt pożittiva u dan ammettietu l-Kummissjoni Ewropea stess meta qalet li l-proposta l-ġdida u anqas restrittiva li sfortunatament adottat ħa tobbliga lill-kumpaniji jiffavorixxu n-nisa f’każi fejn dawn ikunu kwalifikati daqs il-kandidati irġiel. Din hi ammissjoni ċara li l-proposta oriġinali u aktar stretta ta’ kwoti obbligatorji kienet ħa tiffavurixxi n-nisa anke meta dawn ikunu inqas kwalifikati mill-irġiel. Għalija dan kollu hu insult għan-nisa stess, li ħafna minnhom kapaċi daqs kull raġel u qegħdin jagħmlu suċċess mingħajr il-bżonn ta’ kwoti.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is