Skip to main content

L-Inkjesta dwar Egrant


Nhar il-Ħadd li għadda ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar jekk il-kumpanija Egrant Inc, reġistrata fil-Panama flimkien mal-kumpaniji Hearnville u Tillgate, hijiex verament ta’ Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat, u dwar transazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus mill-Bank Pilatus.

Il-konklużjoni tal-Maġistrat hija ċara: ma sab l-ebda prova li l-kumpanija Egrant Inc hija ta’ Michelle Muscat. Ma sabx lanqas għalfejn din il-kumpanija twaqqfet u min kien l-individwu (li ismu ingħadda fuq Skype) li għalih twaqqfet. Ma sabx lanqas traċċi ta’ transazzjonijiet min-nies mill-Azerbaijan lejn dawn il-kontijiet fil-Bank Pilatus. Ma sabx lanqas li sid il-Bank, Ali Sadr, li jinsab jaffaċċja 125 sena ħabs fl-Istati Uniti, ħareġ kwantità ta’ dokumenti fil-bagalji, imma sab li ħareġ dokument wieħed biss li ma sabx x’kien. Ma sabx lanqas li t-titjira tal-VistaJet lejn Baku u mbagħad Dubaj li telqet dak il-lejl tellgħet bagalji fiha ħlief dawk tal-ekwipaġġ.

X’ħareġ allura mill-konklużjonijiet?

  • Ikkonfermajna li Egrant Inc twaqqfet bl-istess struttura u fl-istess żmien ta’ Hearnville u Tillgate. Ikkonfermajna li t-tlieta li huma saru f’isem Brian Tonna, u li mbagħad is-sid ta’ Hearnville u Tillgate inbidel għal Keith Schembri u Konrad Mizzi. 
  • Ikkonfermajna li Muscat u politiċi oħra kienu qrib tant li kienu mistednin għat-tieġ ta’ Ali Sadr, li qed jaffaċċja 125 sena ħabs fl-Amerika. 
  • Ikkonfermajna li Keith Schembri kellu żewġ kontijiet fil-Bank Pilatus. 
  • Ikkonfermajna li minn dawn il-kontijiet għaddew transazzjonijiet mal-kumpanija Willerby Trading Inc ta’ Brian Tonna, li għaddejja inkjesta separata fuqhom u li fuqhom il-Partit Nazzjonalista kien preżenta provi fil-Qorti. 
  • Ikkonferma li żewġ kumpaniji reġistrati Dubaj, bl-isem ta’ Sahra FZCO u Shams Al Sahra FZCO, kellhom kontijiet fil-Bank Pilatus, u li jappartjenu għat-tfal tal-President tal-Ażerbajġan Aliyev, u għat-tfal tal-Ministru tal-Ażerbajġan Kamaladdin Heydarov, u li dawn il-kumpaniji għaddew miljuni mil-kontijiet tagħhom lejn kontijiet fid-Dubaj. 
Il-Maġistrat qal ukoll li l-firma ta’ Jacqueline Alexander fuq id-dokument li ġie preżentat lilu kienet waħda falza. Kif u minn min saret din wieħed jistenna li ssir investigazzjoni, pero’ ejja niftakru wkoll li l-Panama Papers kienu jagħmluha ċara li Mossack Fonseca kienu jaħdmu proprju b’firem ikkupjati fid-dokumenti kollha tagħhom.

Huwa veru li ma nstabu l-ebda provi li jorbtu lil Egrant Inc mal-Prim Ministru, u hemmhekk il-Partit Nazzjonalista żbalja li għamel dan bħala fatt u bħala ċ-ċentru tal-kampanja tiegħu meta ma kellu xejn f’idejh, u ra li tintrefa’ responsabbilità politika għal din id-deċiżjoni. Iżda huwa veru wkoll li minkejja li ma nstabet l-ebda prova fuq l-Egrant, instabu provi oħra fuq nies oħra. U la l-Prim Ministru tant ħass li din l-allegazzjoni kienet serja li kien lest jirriżenja jekk jirriżulta li din il-kumpanija kienet tiegħu, daqstant ieħor għandu jara li tintrefa’ responsabbilità minn min huwa konfermat li kellu kumpanija bħal din. Ir-responsabbilità politika għandha tkun applikata għal kulħadd.



Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace tal-Ħadd 29 ta' Lulju 2018

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...