Skip to main content

Punti li qajjimt waqt diskussjoni ma' Konrad Mizzi



Dalgħodu fuq TVAM qajjimt dawn il-punti fid-diskussjoni li kelli ma' Konrad Mizzi, u għalkemm kelli ħafna inqas ħin minnu biex nitkellem, għadhom bla tweġiba:

"Jekk qed tgħid li r-rapport tal-KPMG huwa ħażin għax jimxi fuq forecasts ta' power generation u fuel costs tat-2013, aħseb u ara l-pjan tal-PL li jimxi fuq forecast tal-prezz tal-gas sat-2025!"

"Qabbad tifel tas-sekondarja li ħa jagħmel l-O Levels ħa jaħdimlek li biex tank b'diametru ta' 23m jesa 30,000 metru kubu ta' gas kif qed tgħid int, irid ikun għoli mal-100m...30 sular. Tank ta' dak l-għoli b'bażi daqshekk żgħira strutturalment jikkollassa."

"Is-Seveso Directive tal-Unjoni Ewropea ma tħallikx tibni tank tal-LNG maġenb il-Power-Station, tank li jekk alla ħares qatt jiġrilu xi ħaġa għandu blast ta' 2km. Biex jinstab post għalihom ukoll jenħtieġ studju ta' sena."

"Diffiċli temmen li xi ħadd ħa jieħdok minn dar għal ġo villa u l-prezz jiġik irħas, waqt li ħa joqgħod itik ir-rigali biex tagħmel hekk kif għidt int ilbieraħ."

"Ġejt sfidat diversi drabi tipproduċi fixed-price agreement wieħed ta' 10 snin li jeżisti fid-dinja u għadek ma ppreżentajtux għax ma jeżistix. Jeżistu biss fixed-supply agreements."

"Għadkom s'issa ma ċċarajtux hux ħa tibqgħu fuq Expression of Interest, jew hux ħa jinħareġ tender. Tender ta' dak il-livell ma jistax jingħalaq f'6 xhur, anke jekk tassumi li ma jkunx hemm appelli."

"Il-prezz ta' dil-proposta hija power-station ġdida li m'għandniex bżonna, u monopolju tal-privat fuq 40% tal-enerġija ta' pajjiżna għal 25 sena sħaħ. U r-rapport tal-KPMG jikkonferma li dan ħa jwassal għal kontijiet ogħla."



Comments

  1. Tkellimt veru tajjeb dalghodu. Nawguralek success fil-politika ghax nara li ghandek potenzjal. Suggeriment wiehed, li darb' ohra tixrob tazza ilma qabel ghax dehert bil-ghatx u dak sinjal li kont xi ftit ghanzjuz. Grazzi

    ReplyDelete
  2. Thanks for your argumentative thinking here..

    But what is the point if you do not publish the answers you received for the above statements ?
    All this is pointless if the answers for your arguments are not posted. How can we prove your arguments right or wrong?
    Personally your effort goes to loss, because this makes me think that Dr. Mizzi gave you a well deserved comeback, and checked out all your points, and yourself is ashamed of posting them out.
    Best regards

    ReplyDelete
    Replies
    1. The point in fact is that these questions have not been replied.

      Delete
  3. Segwejt il-kummenti tieghek waqt TVHemm fejn stajt telabora dwar il-kummenti ta hawn fuq.

    Dr Mizzi fl-ahhar kummenti waqqa ghac-cajt il-proposta tal-pipeline fejn qal li il-main pipeline ikun ma sqallija u feeder zghir ghal-Malta.

    Hawnhekk tohrog id-differenza bejn l-ewroxettici laburisti ta Muscat fejn ma humiex lesti jistennew process Ewropew li joffri beneficji ahjar 'in the long term'. Ghal- Laburisti il-mentalita tal-partnership ghadha hemm ghax fl-aktar proposta fundamentali(ghalihom) insew idahlu l-Ewropa.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...