Skip to main content

Jużak illum, jarmik għada. Le grazzi.


L-artiklu tiegħi li deher fil-mument ta' nhar il-Ħadd 10 ta' Frar 2013


Meta tmexxi bil-politika ta’ “the end justifies the means” u meta twiegħed kollox lil kullħadd, tkun qiegħed biss tuża lil dak li jkun għax għandek bżonnu illum. Wara li tkun għasartu, trid biss tibgħat għalih u ttih sitt tiri kiesaħ u biered. F’kelma oħra, tarmieh. Muscat jużak illum u jarmik għada.

Ħafna nies li żort fl-aħħar xhur tkellmu miegħi dwar żjarat li kellhom minn kandidati Laburisti. Kif wieħed għandu jagħmel meta jżuru politiku, dak li jkun isaqsi mistoqsijiet dwar f’hiex temmen, x’qed jipproponi l-partit tiegħek u kif lest twettaq dak li qed tipproponi. Ħafna u ħafna familji qaluli li baqgħu bla risposti ċari jew saħansitra kandidat tal-Labour qallhom mod u kandidat ieħor ta’ Muscat qallhom mod ieħor! Lanqas il-kandidati tal-Labour ma jafu kif se jwettqu dak kollu li qed iwegħdu, aħseb u ara kemm se ssir taf int! Lanqas id-Viċi Mexxej tal-Labour stess ma kien jaf x’qed jipproponi il-Labour! Mhux ta’ b’xejn il-Partit Nazzjonalista għadu l-aqwa għażla għalik u għal familja tiegħek.

Il-pajjiż imur ġo ħajt jekk ma jkunx hemm min hu kapaċi jmexxi. Min imexxi irid jassigura li l-finanzi tal-pajjiż ikunu fis-sod. Hu biss b’finanzi fis-sod, li Gvern ikun jista’ jieħu inizjattivi li bihom titjieb il-kwalità tal-ħajja tiegħek. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, kuntrarju ta’ pajjiżi oħra, żamm il-finanzi fis-sod. B’finanzi fis-sod, ġab aktar investiment, inħolqu aktar minn 20,000 impjieg, naqqas it-taxxi u investa aktar fis-saħħa, fil-qasam soċjali u fl-edukazzjoni. Mingħajr finanzi fis-sod, jiżdiedu t-taxxi, kif kien għamel l-aħħar gvern laburista meta ħarbat il-finanzi tal-pajjiż u daħħal 33 taxxa fi 22 xahar, taxi li kien iddefenda bis-sħiħ Joseph Muscat.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jagħraf li biex int tagħmel qabża oħra ta’ kwalità, il-finanzi jridu jibqgħu fis-sod. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista ippreżenta programm elettorali realistiku li permezz bl-inizjattivi li fih tikber l-ekonomija, jiżdied l-investiment, il-kummerċ u x-xogħol u tiżdied l-effiċjenza.

L-iktar miżura li kellimtuni fuqha din il-ġmgħa kienet dik li tolqot it-tfal. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jagħti vouchers għal childcare b’xejn lill-ġenituri li jaħdmu full-time, part-time, b’ħinijiet flessibbli jew inkella li jkunu qed jistudjaw jew jitħarrġu. Għal wara l-ħinijiet tal-iskola jkomplu jinfetħu aktar Ċentri Klabb 3 – 16 fejn it-tfal mill-iskejjel tal-gvern, privati u indipendenti jkunu jistgħu isegwu programmi edukattivi u ta’ żvilupp sas- 6.00pm. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern iżid l-istipendji pro rata skont iż-żieda li jingħataw il-ħaddiema. It-tfal tagħna rridu ntuhom futur aħjar mit-tfulija tagħna. Għalhekk irridu nwettqu dan kollu.

Ħaddieħor nefaq mil-mijiet tal-eluf f’billboards, flyers, kotba, ingravajjet, podiums u ħafna xinxilli. Dan kollu jispiċċa wara id-9 ta’ Marzu. L-għada filgħodu jisbaħ u għal ħames snin sħaħ xi ħadd li tagħżel int irid imexxi dan il-pajjiż. Mhux bilfors dak li tagħżel int. Għal daqstant, int għandek tgħin fid-deċiżjoni lil min għadu ma ddeċidiex. Int għandek tikkonvinċi li l-Partit Nazzjonalista huwa l-aħjar għażla għal pajjiżna. M’aħniex u mhux se nkunu perfetti imma mal-PN taf fejn int. Taf x’kapaċi jwettaq u taf li pajjiżek ikompli jimxi ‘l quddiem. Il-vot mhux biljett tal-lotterija. Mhuwiex logħba tal-azzard. Użah u użah tajjeb.

Tħalliex min juża l-vot tiegħek u jirkeb fuq il-weġgħa li forsi għandek llum, biex wara li jużak, jarmik. Hekk għamel Muscat lil “sieħbu” Anġlu Farrugia. Biex għamel hekk lil min suppost kien l-id il-leminija tiegħu, aħseb u ara x’jagħmel lilek meta jkun ħa dak li ried: il-vot tiegħek. Biex ma irrispettax l-għażla ta’ Viċi Mexxej li għamlu d-delegati tiegħu stess, aħseb u ara kemm ser jirrispetta l-għażliet personali tiegħek u l-libertà tiegħek bħala individwu.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...