Skip to main content

L-awtur, l-ispettatur u il-pinnur

L-artiklu tiegħi li deher fil-mument ta' nhar il-Ħadd 3 ta' Frar 2013


Sa minn ċkunitek tibda tagħmel l-għażliet. Malli fil-klassi, l-għalliem isaqsi mistoqsija, tista’ tagħżel li tkun awtur billi tipprova twieġeb. Tista’ wkoll tagħżel li ma tgħid xejn, toqgħod bi kwietek ħalli żgur ħadd ma jgħidlek li weġibt ħażin. F’dak il-każ tkun biss spettatur. Issib ukoll min ikun pinnur. Dan illum jgħid mod u għada jgħid ieħor.

Jien għażilt li naħdem fil-Partit Nazzjonalista. Inqis il-PN bħala l-awtur ta’ Malta indipendenti, ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja u fuq kollox l-awtur li ġab ‘il-Malta ‘il quddiem, b’ekonomija moderna, u ħoloq opportunitajiet ta’ xogħol u edukazzjoni. Bħal kull min ikun awtur, trid tippjana, trid tiddjaloga, trid tisma’, trid tħassar u terġa’ tikteb, trid taġixxi u trid twettaq. Hekk għamel Gvern Nazzjonalista fl-aħħar leġislatura. Bħal awtur ta’ ktieb, jiġu mumenti fejn tħoss il-pressjoni, jiġu mumenti fejn il-muża ma tkunx fl-aqwa tagħha u jiġu mumenti fejn trid tibdel dak li qed tikteb. Dak huwa li jwassal sabiex il-ktieb ikun aħjar, sabiex il-ktieb ikun suċċess. Kieku kollox sempliċi, kieku kollox isir waħdu, kieku kulħadd huwa awtur. Il-PN mhux talli kiteb rekords fit-turiżmu, fl-ammont ta’ nies jaħdmu f’pajjiżna, fl-ammont ta’ gradwati u fl-ammont ta’ servizzi tas-saħħa mogħtija b’xejn. Il-PN issa wkoll kiteb 125 proposta ta’ sustanza, li jagħmlu sens, fattibli u fuq kollox li minnhom igawdi l-poplu kollu. Proposti minsuġa fuq il-valuri u prinċipji li huma identifikati mal-PN.

Stajt għażilt partit li jkun spettatur. Partit li jagħmel ħames snin imaqdar kollox, ma jipproponi xejn, jivvota kontra kollox, u jwettaq il-politika tal-Le. Stajt ħriġt ma’ partit li ħammrilna wiċċna mal-Ewropej kollha, li f’Malta jgħid mod u fi Brussell jagħmel ieħor. Ma’ partit li iktar kemm jibdel affarijiet, iktar kollox jibqa’ l-istess, kif qalilna l-ex Ministru Evarist Bartolo, li jibqa’ fl-istorja bħala l-Ministru li neħħa l-istipendji u bagħat l-istudenti jiddejnu. Ma’ partit fejn “the end justifies the means” kif qalilna Muscat, dak li jiddeskrivi l-Unjoni Ewropeja bħala “is-salib tal-millejnju”. Min jaf kemm qalhom dal-kelmiet Anġlu Farrugia wara dak li għaddewh minnu! Stajt għażilt partit fejn min mhux miegħek, “mhux parti mill-familja tagħna” kif qaltilna Justyne Caruana, backbencher oħra fl-Oppożizzjoni. Il-Malta Labour Party kien spettatur għal ħames snin sħaħ kuljum jittama li tasal l-elezzjoni biex imbagħad iħabbar ftit gimmicks, jimla Malta bil-posters u billboards, jonfoq bl-addoċċ u jittama li in-nies ma tfittixx is-sustanza iżda taljena ruħha fit-tfiegħ tat-tajn u l-ingravajjet ġodda.

Jista’ jagħti l-każ li mhux biżżejjed li tirreferi għal Malta Labour Party bħala spettatur. Dan għax malli qorbot l-elezzjoni inbidel kemmxejn minn spettatur għal pinnur. Issa bdilna id-diska minn “Partnership, l-aħjar għażla” għal “l-aqwa fl-Ewropa”. Qlibna minn miljun u nofs flus kontanti mill-Ewropa għal l-aktar pajjiż li se jieħu fondi. Ir-riħ dawwar il-pinnur minn “Gvern tal-Laburisti” kif qalilna ċar u tond l-istar candidate Jason Micallef, għal “Malta tagħna lkoll.”

Il-Partit Nazzjonalista kien u għadu l-awtur ta’ preżent u futur fis-sod għal Malta u Għawdex. Iktar kemm indur djar, iktar nifhem kemm in-nies mhux il-gimmicks trid iżda is-sustanza. Dan li qed joffri l-PN. Politika ta’ sustanza fejn mhux li tkun spettatur jew pinnur iżda li tkun l-awtur tal-ġid li jinħoloq u li jitqassam b’mod ġust. Dak li jrid iwettaq Gvern Nazzjonalista.

Fil-125 proposta li qed iressaq il-PN quddiem il-poplu Malti, hemm waħda li laqtitni tassew. Din hija proposta 98 – Fond ta’ solidarjeta. Jitwaqqaf Fond ta’ Solidarjetà li fih jitħallsu 0.5% tat-taxxa tad-dħul li tħallas int u tagħżel INT min għandu jgawdi minnhom direttament fil-formola tat-taxxa tiegħek. Il-benefiċċjarji jistgħu jkunu għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam soċjali, filantropiku, għaqdiet reliġjużi, ta’ kultura u arti, għaqdiet li jħarsu l-annimali u oħrajn. Din il-proposta se tiswa lil Gvern madwar 1.8 miljun ewro fis-sena. Int stess issa tista’ tagħżel lil min trid tagħti dawn il-flus. Bl-għażla tiegħel int se tkun awtur ta’ bidla u għajnuna fil-ħajja ta’ min verament għandu bżonn l-għajnuna. Din hija tassew politika li joħroġ biha min ikun awtur tal-bidla u tas-solidarjetà u mhux min ikun spettatur u wisq inqas pinnur.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is