Skip to main content

Wara kulħadd għaref...kun għaref qabel


L-artiklu tiegħi li deher fil-mument ta' nhar il-Ħadd 24 ta' Frar 2013



Fi ftit ġranet il-votanti se jkunu qed jagħżlu min se jmexxi l-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin u min se jkun qed jirrapreżentahom fil-Parlament.

Din mhijiex deċiżjoni li tittieħed fuq bażi istintiva. M’hijiex logħba tal-ażżard.

Għaldaqstant, f’nofs kampanja ta’ billboards ikkuluriti, u  slogans sbiħ u retoriċi, huwa importanti li l-votant jiddixxerni u jiffoka fuq dak li hu importanti. Fuq il-prioritajiet. Fuq dak li hu essenzjali.

Id-dinja għada kemm għaddiet mill-agħar riċessjoni ekonomika ta’ dawn l-aħħar tmenin sena, u għadha ma rkupratx minnha kompletament. F’bosta pajjiżi, il-banek tfarrku, il-gvernijiet ikkollassaw, intilfu għadd ta’ impjiegi, il-miżati tal-Universitajiet għolew, in-nies għadhom qed isofru l-konsegwenzi ta’ deċiżjonijiet populisti u ta’ deċiżjonijiet ħżiena ta’ gvernijiet li naqsu milli jieħdu deċiżjonijiet iebsa minħabba l-bżonnijiet elettorali.

Iżda ma nistgħux ngħidu l-istess għall-pajjiżna. Matul din ir-riċessjoni, il-Partit Nazzjonalista irnexxilu jikseb riżultati tajbin. Għamel rekord bl-ogħla rata ta’ nies li jaħdmu bi qliegħ li qatt kellu pajjiżna, 4 snin wara xulxin ta’ rekords fit-turżmu b’żidiet fl-għadd ta’ ljieli u ta’ flus minfuqa mit-turisti f’pajjiżna. Żied in-nurmu ta’ korsijiet u l-ammont ta’ studenti fl-Università, l-MCAST, l-ITS, il-Junior College u l-Higher Secondary, għamel rekord ieħor fil-perċentwali ta’ studenti li jkomplu l-edukazzjoni post-sekondarja, fl-għoti ta’ boroż ta’ studju post-sekondarji, u li mhux biss żamm l-edukazzjoni mingħajr ħlas iżda wkoll ta l-istipendju. Aħna l-iktar pajjiż fl-Ewropa fejn l-istudenti li jigradwaw isibu impjieg. Għandna l’għola perċentwali ta’ nisa taħt il-35 sena li għandhom impjieg, u qed naraw ukoll żieda sinjifikanti f’etajiet oħra. Irnexxilna nsiru mudell ekonomiku li huwa l-għira ta’ ħafna pajjiżi Ewropej, inkluż l-istess Ċipru li skont Muscat kellna nsegwu l-passi tiegħu.


F’dan ix-xenarju, il-Partit Nazzjonalista qed jirriskja li jispiċċa vittma tas-suċċess li kiseb hu stess. Hawn nistgħu inġibu l-eżempju ta’ dik li hija magħrufa bħala il-piramida tal-bżonnijiet ta’ Maslow. La darba l-bżonnijiet tagħna sirna nieħduhom ‘for granted’: l-edukazzjoni, ix-xogħol, il-pensjoni, is-suċċess ekonomiku u s-servizzi tas-saħħa, bdejna ingorru ħafna iżjed fuq it-trasport pubbliku u fuq il-problemi tal-parkeġġ fl-Università.

Dan ma jfissirx li kollox huwa ward u żahar. Ma jfissirx li dawn m’humiex importanti. Iva, jeżistu problemi u sfidi li rridu niffaċċjaw. U l-Partit Nazzjonalista huwa lest li jindirizzahom bi programm elettorali bi ċar u li jwassal għall-baġit bilanċjat sal-2015, u dan se jkun msejjes fuq l-esperjenza tat-tkattir tal-impjiegi u t-tkabbir tal-ekonomija li għenuna biex niġġieldu r-riċessjoni, nindirizzaw iktar l-evażjoni fiksali u l-abbuż fuq il-benefiċċji soċjali, tiżdied il-piena fuq dawk li jabbużaw mill-liġi u l-koruzzjoni, u tkun sostnuta l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja. U r-riżultati huma garantiti mill-kisbiet li ntlaħqu fil-perjodu ta’ kriżi.

Filwaqt li l-Labour ipprova jikkopja kemm jista’ minn dawn il-proposti, xorta waħda huwa magħmul mill-istess nies li biddlu l-VAT mas-CET u ma’ 33 taxxa oħra, li opponew id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u li mexxewna għall-22 xahar fl-aħħar 25 sena li matulhom in-nies li jaħdmu bi qliegħ naqas, u li matulhom kellna rekord fid-defiċit. Inkluż Joseph Muscat. U minkejja li jipprova jgħidilna ‘ejjew ninsew il-passat u nħarsu lejn il-futur’ biex inessina mill-iżbalji tiegħu u min-nuqqas ta’ viżjoni li għandu, xorta waħda rridu nħarsu lejn it-track record tiegħu u lejn l-ammissjonijiet riċenti tiegħu ta’ fejn żbalja.

Għaliex fl-aħħar mill-aħħar, fl-10 ta’ Marzu ma jkollnix iktar movimenti, ma narawx iktar slogans, u ma narawx iktar billboards ikkuluriti. Fl-10 ta’ Marzu, partit politiku se jkun qed imexxi l-gvern, u se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet politiċi. U n-nies tiegħu se jkunu qed jieħdu d-deċiżjonijiet li aħna rridu nixtarru u nagħżlu.

Fid-deċiżjonijiet li nieħdu, ma rridux politiċi li jirrejalizzaw bl-iżbalji tagħhom snin wara. Wara kulħadd għaref. Irridu politiċi li jħarsu fil-futur u jaraw x’għandu bżonn il-pajjiż minn qabel, speċjalment fid-dinja daqstant dinamika li qed ngħixu fiha. Għaliex jekk jagħmlu żball, aħna se nkunu qed nħallsu għalih.

Għalhekk, Joseph “li nirriżenja jekk ma nasalx” Muscat m’huwiex biżżejjed. Għax il-ħsara tkun laħqet saret.

Iva, nistgħu niddiskutu l-bżonnijiet fil-quċċata tal-piramida, imma nistgħu nagħmlu dan jekk inkunu żguri li għandna il-pedamenti soda. U l-bażi hija magħmula mill-ekonomija, il-ħolqien tax-xogħol, l-edukazzjoni u s-saħħa.

U l-Partit Nazzjonalista dejjem assikura li jsaħħaħ dan il-pedament, li fetaħ il-bibien għall-opportunitajiet, anki meta kien hemm l-oppożizzjoni ta’ Muscat. Pajjiżna irnexxilu jbaħħar il-quddiem, fl-Unjoni Ewropea, fil-kriżi fil-Libja, fil-kriżi finanzjarja, fiż-żieda fil-prezzijiet taż-żjut u ċ-ċereali, u fir-riċessjoni. Saħħaħna l-bażi tal-piramida, u rnexxilna ngħollu l-aspettitivi tal-poplu li dejjem jixtieq jgħix aħjar.

Dak li se nkomplu nagħmlu. Għalhekk l-għażla tiegħi hija l-PN. U għalhekk ukoll l-għażla tiegħek għandha tkun il-Partit Nazzjonalista.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is