Skip to main content

L-Abilità li Tiggverna


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tas-Sibt 2 ta' Marzu 2013




Qiegħdin nismgħu ħafna kritika u xettiċiżmu dwar il-wegħdiet elettorali kemm dwar dawk li qed isiru mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll dwar dawk tal-Partit Laburista. Kontra ta’ dak li għamel il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista ta dettalji ta’ kemm sejra tkun l-ispiża, wegħda b’wegħda. Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista semma’ figura globali mingħajr ma ta dettalji. Jidher li jibża’ jagħmel dan għax meta ta ħjiel tal-finanzjament meħtieġ għall-proposta tiegħu dwar il-power station li twebbel li jibni, din il-proposta mhux biss kienet deskritta minn esperti bħala mhux fattibbli fiż-żmien li qiegħdin jgħidu huma imma wkoll li l-figura tal-ispiża hija kważi in-nofs li fil-verità tirrikjedi!

Din id-disfatta fil-kalkoli finanzjarji hija reflessjoni ċara tan-nuqqas ta’ ħila tal-Partit Laburista fejn jidħlu affarijiet finanzjarji.

Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista wera bil-provi l-kapaċità tiegħu fil-qasam tat-tmexxija tal-finanzi, u dan mhux biss għax ta d-dettal tal-ispiża meħtieġa biex jitwettqu l-wegħdiet elettorali,

Jekk wieħed kellu jħares biss lejn l-wegħdiet elettorali mingħajr ma jpoġġihom kontra l-isfond tal-kapaċitajiet murija mill-mexxeja politiċi fil-passat, wieħed ma jkunx sorpriż u jasal fil-konklużjoni li dawn huma wegħdi fiergħa. F’dawn l-aħħar xhur u snin rajna pajjiżi li konna nħarsu lejhom bħala ġganti ekonomikament jispiċċaw għarkuptejhom. Mhux hekk Malta għax filwaqt li Joseph Muscat kien kontinwament jikkritika bl-aħrax lill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi għax ma għamilx bħal Ċipru, iż-żmien tana parir min kellu raġun. Min-naħa l-oħra, il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi wera l-abilità tiegħu matul din il-leġiżlatura meta mhux biss irnexxielu jikkumbatti l-maltemp ekonomiku imma xorta waħda rajna tkabbir ekonomiku.

X’inhu is-sigriet tal-gvern Nazzjonalista?

Kien l-għaqal ta’ dan il-gvern li sa mill-bidu tas-snin disgħajn għaraf li s-saħħa tal-ekonomija Maltija tistrieħ biss fuq il-ħaddiema tagħha. Kien l-eks Ministru Louis Galea li nieda fuq livell nazzjonali l-għarfien ta’ l-importanza ta’ dan taħt it-terminolgija ta’ Riżorsi Umani. Kien fl-istess żmien li Gvern Nazzjonalista saħħaħ l-edukazzjoni f’Malta fejn partikolarment rajna l-Università tiftaħ beraħ il-biebin tagħha u minn sitwazzjoni ta’ ftit mijiet bdejna nitkellmu dwar popolazzjoni studenteska bl-eluf. Din kienet l-ewwel biċċa minn możajk sħiħ fl-istrateġija ta’ dan il-Partit.

Barra li ried jagħti l-opportunità lill-kulħadd li javvanza, il-gvern Nazzjonalista kien qiegħed iħares il-bogħod għax kien jaf li mingħajr ħaddiema kwalifikati Malta kienet se tibqa’ tiddependi minn kwalità ta’ xogħol li kien ta’ valur miżjud baxx. Fi kliem ieħor dan ifisser li wara li tkun għaddiet minn taħt il-ħaddiem, dik il-biċċa xogħol kienet ta’ valur ferm ogħla. Dan set biss isir b’kalibru għola ta’ ħaddiem; ħaddiema kapaċi u professjonali f’xogħolhom.

Inċentivi meqjusa u f’waqthom

Fl-istess waqt, dan il-gvern Nazzjonalista ħoloq pakketti ta’ inizjattivi biex iħajjru investituri barranin jiftħu n-negozju tagħhom f’Malta. B’ħaddiema ferm imħarrġa u bl-appoġġ ta’ l-iskemi ta’ inċentivi, dawn in-negozi ffjorixxew u ħolqu l-ġid mhux biss għall-ħaddiema tagħhom imma ukoll għall-pajjiż kollu.
Biex wieħed jista’ jifhem aħjar, tajjeb li nispjegaw b’mod sempliċi kif dan jiġri permezz ta’ eżempju żgħir. Meta wieħed jaqla’ l-paga jew salarju, dan jonfoq il-parti l-kbira tal-paga tiegħu. Fuq id-dħul akbar li jkollu n-negozjant li jmur għandu jixtri l-ħaddiem, dan in-negozjant filwaqt li jżomm parti mill-qliegħ akbar, huwa xorta jonfoq aktar minn qabel. Din l-istorja tkompli b’dan il-mod tirrepeti ruħha. Għalhekk, skont l-ekonomisti, kull mitt Euro li jiżdied fl-ekonomija dawn kapaċi jkabbru l-ekonomija b’seba’ darbiet aktar. Din fl-istudju tal-ekonomija hija magħrufa bħala il-‘multiplier effect’. Huwa dan il-fatt ekonomiku li joħloq il-ġid tal-pajjiż.

Dan it-tkabbir fin-negozju jkabbar ukoll id-dħul tal-gvern u jippermetti li l-gvern jista’ jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq it-taxxa diretta fuq il-pagi tal-ħaddiema li aħna nirreferu għaliha bħala ‘income tax’. Aktar ma jiżdied il-kummerċ, id-dħul permezz tat-taxxa tal-VAT jikber u jnaqqas id-dipendenza fuq l-income tax. B’hekk il-gvern ikunu jista’ jnaqqas it-tassazzjoni diretta u waqt li jżid id-dħul minn dik indiretta – inqas taxxa fuq dak li taħdem għalih waqt li tintaxxa dak li tonfoq. Minna nfisha, din ix-xift twassal għal aktar ġustizzja soċjali. Dan it-tnaqqis fl-income tax mhux biss iħalli aktar flus fl-idejn li minnu nnifsu jagħti lok li jikber il-kummerċ iżda wkoll b’parti minn din iż-żieda ta’ flus fl-idejn ikabbar l-opportunità ta’ aktar investiment. Dan it-tkabbir tal-investiment minnu nnifsu jkattar l-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol ġodda. Kien għalhekk li l-Gvern Nazzjonalista ħoloq pakketti ta’ inċentivi biex b’mod partikolari n-negozji ż-żgħar jinvestu fin-negozji tagħhom.

Fil-ħolqien ta’ dan il-ġid il-Gvern taħt it-tmexxija għaqlija ta’ Lawrence Gonzi għaraf l-iskemi u l-waqt l-aktar opportun biex dawn il-pakketti ta’ inċentivi jagħtu l-aktar frott għall-ġid tal-pajjiż.

Huwa dan il-ħolqien ta’ ġid li seta’ u għad jista’ jippermetti titjib fil-proviżjoni ta’ servizzi ta’ saħħa b’xejn kemm bi sptar tal-aqwa kalibru kif ukoll mediċinali b’xejn. Dan l-istess ħolqien ta’ ġid huwa li jippermetti servizzi soċjali sostenibbli. Huwa dan il-momentum, bi spinta tal-policies meqjusa ta’ dan il-gvern, li joħloq l-impjiegi. Huma dan kollu li wara kollox joffri is-saħħa tal-ġisem u s-serħan tal-moħħ li jagħtu sens lill-ħajja.

Din mhix xi storja li tista’ tieqaf. Dan huwa ċiklu li jrid jibqa’ jkompli. Huwa għalhekk li wieħed jista’ jimmaġina dan il-proċess bħal taraġ b’forma ta’ garigor magħmul minn numru ta’ turġien li kull waħda toffri l-appoġġ biex titqiegħed it-tarġa li jmiss. Kull min jibni garigor jaf sew li qatt ma tista’ toġġi tarġa qabel ma tkun poġġejt it-tarġa ta’ qabilha.

Issa, wara li is-sisien tpoġġew, issa wasalna għal qabża oħra ta’ kwalità. L-edukazzjoni għandna bżonn intellgħuha fuq livell ogħla. Dan jispjega l-wegħdiet elettorali tal-Partit Nazzjonalista; ibda mill-introduzzjoni tat-tablets fl-iskejjel, kompli fuq it-tisħiħ tal-istipendji u spiċċa fiż-żieda ta’ numru tal-iscolarships għall-ispeċjalizazzjoni. Barra li jħajjar aktar studenti jispeċjalizzaw, dan jservi ukoll biex jinħolqu aktar impjiegi mhux biss fin-numru, imma wkoll impjiegi li jirrendu pagi u salarji ogħla!

Kif wieħed jista’ jara, il-wegħdiet elettorali mhumiex fiergħa (jew kif jgħidulhom bl-ingliż ‘pie in the sky’), imma opportunitajiet li jistgħu jintlaħqu. Imma biex dan verament iseħħ, minn imexxi jrid jkun verament jaf il-kif u meta dan għandu jsir. Li jkun jaf jaqra s-sinjali ta’ x’inhu meħtieġ fis-snin li ġejjin min qabel. Ifisser li huwa meħtieġ l-għaqal. U dan tana prova sew tiegħu il-gvern Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi.

X’inhi l-alternattiva li għandna quddiema għal gvern immexxi minn Lawrence Gonzi?

Hemm biss Partit Laburista li bil-provi offra biss kritika u meta azzarda jagħmel suġġeriment (bħal fil-każ ta’ meta riedna nagħmlu bħal Ċipru) dawn taw riżultat ta’ falliment. Huwa dan l-istess Kap ta’ Partit li qiegħed jippoppa sidru bħala gvern alternattiv li s’issa ma spjegax u l-anqas iġġustifika kif se jwettaq il-wegħdiet li qiegħed jagħmel. L-anqas ma spjegalna x’inhi d-direzzjoni ġdida li dejjem jitkellem dwarha. Wisq inqas qalilna fejn eżattament għamel ħażin dan il-gvern. Anzi huwa stess qalilna li se jipperfezzjona dak li hemm s’sissa, jiġifieri dak li għamel dan il-gvern immexxi minn Lawrence kien tajjeb, għax ħadd ma jipperfezzjona xi ħaġa li hija ħażina!

Dan il-gvern li wasal fi tmien din il-legiżlatura verament wera li għandna Kap li kellu par idejn sodi fuq it-tmun biex wasalna fejn wasalna llum minkejja l-ħalel tal-maltemp ekonomiku li ħtija tiegħu rajna pajjiżi jinnawfragaw.

Għaldaqstant l-għażla fl-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu hija waħda naturali; dik li nerġgħu nagħżlu lill-Partit Nazzjonalista.




Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is