Skip to main content

Sbejħa Patria

Artiklu tiegħi li deher fil-ħarġa tal-'mument' tal-Ħadd 17 ta' Marzu 2013




Nibda billi qabel xejn nirringrazzja lil dawk kollha li urew fiduċja fija bil-vot tagħhom fl-elezzjoni li għaddiet. Minkejja li ma ġejtx elett, se nkompli nagħti sehmi u l-enerġija tiegħi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista tilef bil-kbir. U quddiem telfa bħal din, l-ewwel u qabel kollox irid ikollna l-kuraġġ nagħrfu b’umilta’ l-iżbalji. Mingħajr ippuntar ta’ swaba, mingħajr konklużjonijiet mgħaġġla, imma b’sinċerita’.

L-ewwel pass biex tibda tfieq huwa li tifhem x’kien il-mard. F’din l-elezzjoni ma nemminx li  ġew riġettati l-policies, li f’ħafna minnhom ma hemm xejn differenti mill-Partit Laburista,  imma iżjed l-istil ta’ tmexxija. Biex niġbor kollox fi frażi waħda, ngħid li f’dawn il-25 sena edukajna poplu imma fl-aħħar snin ma trattajniehx ta’ edukat. Irridu nammettu li tajna stampa ta’ arroganza, u li din l-arroganza m’għadux postha fis-soċjeta’ tal-lum. Iż-żmien ta’ dawn it-tip ta’ bużullotti irid jispiċċa.

Żball ieħor nemmen li jinsab fid-definizzjoni li tajna ta’ x’inhi lealta’. Lealta’ ma tfissirx li tiddefendi n-nuqqas ta’ etika u l-iżbalji li jagħmlu n-nies tan-naħa tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar, spiċċaw kienu dawn in-nies li ħadmu kontra l-Partit stess. Irridu nitgħallmu li min jidħol fil-politika għal gwadann, jibqa’ jitmexxa mill-gwadann. Għal kuntrarju, lealta’ għandha tfisser li jekk int poġġejt lil sħabek u lil Partit f’sitwazzjoni antipatika, twarrab int, mhux iġġiegħel lil ta’ madwarek jiddefendu l-indifensibbli.

Sirna wkoll Partit li ma baqax miftuħ għal kritika. Nerġa’ ngħid dak li għidt fil-Kunsill Ġenerali tal-2011: “hemm bżonn li nerġgħu niskopru l-proċess ta’ djalogu u konsultazzjoni pubblika, kunċett li kien dal-Partit stess li daħħal f’pajjiżna, iżda li f’ċerti deċiżjonijiet ingħata l-ġenb. Irridu nkunu Partit aktar miftuħ għal ideat ta’ nies ta’ rieda tajba…Partit qrib tan-nies, Partit li jisma’.” Il-kritika kostruttiva hija sabiħa għax tgħinek timxi ‘l quddiem. Dan għandu jkun li jfittex min hu fil-politika: il-kritika kostruttiva, u mhux lil min ipoġġieh fuq pedestall.

Imma issa ‘il fejn ħa mmorru? U kif ħa naslu?

Nemmen li l-ewwel u qabel kollox, il-partit irid jerġa’ jibni x-xibka ta’ komunikazzjoni li kellu man-nies billi jsaħħaħ u jivolvi kemm jista’ nies fil-fergħat u l-istrutturi tiegħu. Il-Kumitati Sezzjonali jridu jkunu ċentru ta’ djalogu fil-lokalitajiet, u l-post minn fejn il-weġgħat tan-nies jitilgħu ‘il fuq biex jiġu indirizzati fil-politika. Dan it-tisħiħ, irid isir prinċiparjament permezz taż-żgħażagħ, li minnhom jista’ jerġa’ jitwieled l-amor propju lejn il-Partit bit-tisħiħ ukoll ta’ ħidma volontarja.

Irid ikun Partit aktar organizzat. Partit li ma jfittixx il-kandidati sena qabel l-elezzjoni, imma propju minn issa jindividwa l-kandidati għall-elezzjonijiet li jmiss. Kandidati li jiġu ppreparati minn kmieni għal ħidma politika, u li hawnhekk wieħed irid jinkludi b’mod attiv l-AŻAD u jsaħħaħha bħala vera Akkademja u Skola Politika.

Il-Partit irid ukoll ifittex filosofija politika li tgħinnu jaġġorna ruħu waqt li jibqa’ leali lejn il-prinċipji fundamentali tiegħu. Il-ġlieda politika tal-lum m’għadhiex bejn il-lemin u x-xellug tradizzjonali, imma bejn iċ-ċentralizzazzjoni  u d-de-ċentralizzazzjoni tal-poter. F’dan l-ambitu, il-Partit Nazzjonalista għandu dejjem iżomm mal-akbar forma ta’ de-ċentralizzazzjoni: il-liberta’ tal-individwu. Dan bħala partit li dejjem poġġa l-individwu fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.  Din il-liberta’ trid tiġi ibbilanċjata mir-responsabbilita’, u allura għandna nibqgħu fibra morali ta’ valuri umani li huma l-bażi tal-moralita’. Valuri umani li jabbraċċaw ir-reliġjonijiet kollha, u mhux valuri esklussivament insara. Il-valuri li jirrapreżentaw il-qalba tas-sewwa: l-onesta’, il-ħajja, is-solidarjeta’, ir-rispett, l-etika, il-verita’, il-ġustizzja – u allura fis-soċjeta’ pluralistika tal-lum, il-qalba minn ‘Religio et Patria’ għal ‘Spiritus et Patria’.

F’din il-mixja lejn il-liberta’ fl-aħħar snin il-Partit ċeda għall-istatiżmu. Mill-aħħar programm elettorali stess, wieħed jara politika ta’ aktar ċentralizzazzjoni u aktar kontroll tal-istat. Insemmi biss proposta waħda bħala eżempju: il-Pension Fund għat-tfal. Partit li kien jikkritika lis-soċjalist għax jipprova jeħodlok ħsieb ħajtek mindu jlibbsek il-ħarqa sa ma jidfnek, spiċċa partit li jipprova jieħu ħsiebek qabel biss tilbes l-ewwel ħarqa.

Biex nikkonkludi, naħseb li l-partit irid jsir soċjalment aktar liberali u fiskalment aktar konservattiv. Partit li jerġa’ jemmen f’dik li Guido DeMarco sejħilha “il-politika tal-persważjoni”, u li nerġa’ nikkwota lil Guido, ipoġġi “il-liberta’ l-ewwel u qabel kollox”.

Ħa jkunu dawn il-kwalitajiet li jien ħa nkun qed infittex fit-tmexxija l-ġdida. Tmexxija li għandha tinkludi nies ta’ ideal politiku differenti biex terġa’ tgħaqqad fazzjonijiet liberali ma’ dawk konservattivi billi nerġgħu npoġġu l-individwu fiċ-ċentru. Tmexxija li għandha terġa’ tibni dal-partit għal wieħed li jagħmel ġieh lil din is-sbejħa patria, partit li jerġa’ jsir monument tal-glorja tagħna, vittorjuża u trijonfanti.

Dan nistgħu nagħmluh. Bħalma dejjem dawwarna l-isfidi ta’ pajjiżna f’opportunita’, issa jmiss li ndawru l-isfida li għandna quddiemna bħala Partit Nazzjonalista f’opportunita’ ta’ tiġdid u ta’ tisfija.



Comments

  1. Mark Anthony, inzid ma li ghidt int. Nahseb li ma kellniex il-kuragg li nies li ma kienux qieghedin jiehdu decizjonijiet hziena fic-civil, innehhuwhom. Konna 'fair' ma kullhadd, ma tajniex transfers, fejn kellu jsir transfer, hallejna nies f'postijiet strategici, minghajr ma gharafna x'kienu qieghed jghamlu. Tajna c-cans lil kullhadd, u ta dan pattejna qares.

    Issa hemm bzonn li dak li ghamel il-PL bi strategija mfassla sewwa min mindu tela Joseph Muscat, nanalizzawa u nohorgu b'idejat iktar krejattivi sabiex nergaw insiru Partit tal-poplu, Partit popoplari, Partit li fuqu jista jistieh l-individwu.

    ReplyDelete
  2. Haga wahda Mark nghidlek. Ma naqbel xejn ma hafna milli ktieb, Il-partit jidher li m'ghandux ideja x'kienet ir-raguni ghat-telfa ta' l-elezzjoni. Jew forsi certu affarijiet ma jridx jismaghhom.
    Abbandunajna il-partit u l-gheruq tal-partit b'media u propaganda ineffettiva u ma kellniex leader sod bir-rizultat li kellna u ghad ghandna burdell fil-partit. Kullhadd jghid li jrid bil-konsegwenza li qedin infixxku lil elettorat.
    Ghal kuntrarju il-labour kellhom partit maghqud, organizzat u dixxiplinat bl-leader li jigbdek u b'media u propaganda formidabli.
    Hallejna kollox f'idejn hadd iehor u l-Gvern ma jikkmanda xejn. Hemm hafna affarijiet ohra pero ma nixtieqx niehu aktar spazju.

    ReplyDelete
  3. naqbel ma dak li ktibt Mark. Naqbel ukoll ma dak li qal Anonymous (march 18, 2013 11.05 am) Nixtieq inzid xi haga li forsi tixxokkja lil xi whud; il politika kienu jieghdulna li hi mahmuga.
    Dan jidher car li hu minnu minn dak li gara ricentiment. Tlajna bl-ideja li nilghabu 'fair' u nkunu 'sport'. Ma tistax tkun hekk. All is fair in Love and War. This is UNFORTUNATELY War. Wara li tirbah naqbel li tkun gentili u hanin ma l-avversarju tieghek. In God we trust, all others pay cash. Socratis II

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is