Skip to main content

Gvern esklussiv u b'attitudni żbaljata


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 23 ta' Mejju 2013




Għaddew iżjed minn xahrejn mir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali. Xahrejn li fihom bdew jidhru l-ewwel sinjali ta’ Gvern esklussiv, li nesa għal kollox il-meritokrazija li wiegħed, u li minn flok qed juża l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex iħallas lura lil min għenu jasal għall-għan tiegħu. Hija attitudni li qed tħassar ħafna mit-tajjeb u sens ta’ servizz li hemm fil-politika, u li qed tferrex mentalita’ żbaljata.

Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jidher li tgħallem min-nuqqasijiet tal-passat, u issa qabad it-triq għat-tibdil u riformi neċessarji biex jerġa’ jsir l-akbar forza politika f’pajjiżna.

Parti minn din it-triq ta’ tiġdid hija l-elezzjoni tat-13-il membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li jiġu eletti mill-Kunsill Ġenerali.Ħassejt li jien ukoll kelli noffri s-servizz tiegħi għal ġudizzju tal-Kunsillier, u din il-ġimgħa jien ukoll tfajt in-nomina tiegħi għal din l-elezzjoni. L-ewwel nett nirringrazzja lil dawk kollha li inkuraġġewni biex għall-ewwel darba noffri s-servizz tiegħi fuq livell intern fil-Partit. 

Niffaċċjaw l-isfidi b'kuraġġ

Nemmen li flimkien bħala Partit nistgħu naffaċċjaw l-isfidi li ġejjin b'kuraġġ u minflok naqtgħu qalbna quddimehom, indawruhom f'opportunita' ta' tisħiħ u tiġdid. Nemmen ukoll li rridu nżidu l-involviment taż-żgħażagħ f'kull livell u organu tal-Partit. Il-leħen taż-żgħażagħ irid jerġa' jibda jinħass jekk irridu nirbħu lura din il-faxxa tas-soċjeta' li sfortunatament fl-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista tilifha. Apparti minn hekk, importanti li f'dawn l-organi jkollna persuni li huma tan-nies, li jagħmluha man-nies, li jistgħu iwasslu quddiem it-tmexxija x'qed iħoss il-poplu, li fejn hemm bżonn ikunu lesti anke jagħmlu ċertu kritika kostruttiva, imma dejjem b'lealta' lejn il-Partit. B'lealta' nifhem li filwaqt li għandna lkoll insemmgħu leħinna u nipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta nagħżlu għal konklużjoni għandna lkoll inkunu lesti nirrispettawha, u naċċettaw il-fatt li dak li jiġi deċiż b'mod kollettiv huwa aħjar u aktar għaref milli dak li stajt taħseb jew tiddeċiedi waħdek.

Personalment, inħoss li wara snin twal fil-Kumitat Sezzjonali u seba' snin Kunsillier Lokali, nista' nagħti kontribut ikbar fi ħdan il-Partit, dejjem jekk din tkun l-għażla tal-Kunsilliera. L-esperjenza bħala kandidat fuq ir-raba' u l-ħames distrett fl-aħħar elezzjoni ġenerali kompliet twessa' din l-esperjenza u tlaqqagħni ma' aktar nies. Dan issa irrid inwasslu fil-prattika.

Pero' fuq kollox, għadni nemmen dak li għidt fil-Kunsill Ġenerali ta' sentejn ilu: "Hemm bżonn li nerġgħu niskopru l-proċess ta’ djalogu u konsultazzjoni pubblika, kunċett li kien dal-Partit stess li daħħal f’pajjiżna, iżda li f’ċerti deċiżjonijiet ingħata l-ġenb. Irridu nkunu Partit aktar miftuħ għal ideat ta’ nies ta’ rieda tajba. Partit qrib tan-nies, Partit li jisma’." Diskors fuq dawn il-linja għidt fid-diversi Kunsilli Ġenerali li pparteċipajt fihom f'dawn is-seba' snin, u nieħu pjaċir li illum dan it-tip ta' diskors qiegħed jinstema' ġej ukoll mit-tmexxija. 

Indawru l-isfidi f'opportunitajiet

Konvint li flimkien mal-Kap u l-amministrazzjoni l-ġdida, dan nistgħu inwettquh. Għandna triq diffiċli imma ċert li għandna tmexxija li magħha kapaċi nimxuha, u kapaċi ndawru kull sfida f'opportunita'.

U l-aħħar kelma ta' kuraġġ tmur għat-tesserati u l-attivisti ta' dan il-Partit. Dan il-Partit għandu għeruq b'saħħithom u ma spiċċax għax tilef battalja. Dan kien il-Partit li dejjem emmen fil-poplu tagħna. Sa mit-twaqqif  tiegħu minn Fortunato Mizzi, il-Pater Patriae, dak li żera f'qalb dal-poplu l-idea ta' nazzjon li għandu jippersisti għall-indipendenza u s-sovranita' tiegħu, kien il-Partit li emmen fil-poplu. Għal Sir Ugo Mifsud u Nerik Mizzi, u t-talba tagħhom għad-domion status biex il-poplu Malti jmexxi ħwejġu hu. Għal Ġorġ Borġ Olivier, missier Malta Indipendenti, li tagħna Nazzjon b'rajh f'idejh. Għal Eddie Fenech Adami, li emmen li dal-poplu mhux biss kien kapaċi jaħtaf l-opportunitajiet li tiftaħlu l-Unjoni Ewropea, imma kien ħa jkun kapaċi jikkontribwixxi ma' pajjiżi kbar fit-tfassil ta' din il-komunita'. Għal Lawrence Gonzi, li b'fiduċja sħiħa fil-ħaddiem u l-imprenditur Malti mexxa lil pajjiżna fl-eqqel tal-agħar sfidi ekonomiċi. Il-Partit Nazzjonalista kien dejjem il-Partit li emmen fin-nazzjon Malti. Issa pero', għandna nixorbu minn dan l-għeruq biex aktar minn qatt qabel, nemmnu fina nfusna, fil-kapaċitajiet tagħna, u li iva, flimkien ħa jirnexxielna nerġgħu nagħmlu lil dan il-Partit wieħed rebbieħ.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is