Skip to main content

Il-każ ta' Franco Mercieca

Din hi l-opinjoni tiegħi dwar il-kwistjoni ta' Franco Mercieca, li dehret fil-ġurnal 'Illum' ta' nhar il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2013, bħala tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet:

  • X'jidhirlek mill-kwistjoni ta' Franco Mercieca? Qed tingħata l-importanza mistħoqqha jew hija 'blown out of proportions'?
  • Temmen li l-waiver lil Franco Mercieca kienet żball?
  • Taħseb li l-pożizzjoni ta' Franco Mercieca għadha tenibbli? Taqbel ma min qed jgħid li għandu jirriżenja?
  • Taqbel li din il-kwistjoni ma kienetx mistennija mill-Gvern u li qed timbarazza lill-Prim Ministru?
  • Id-dħul ta' Franco Mercieca bħala speċjalist tal-għajnejn hu ħafna aktar minn dak ta' segretarju Parlamentari. Taqbel li din ir-raġuni tiġġustifika l-waiver? Taħseb li d-diskors li kien sar fuq l-onorarja issa qed jaffettwa negattivament lid-deputati Laburisti?


Naħseb li l-kwistjoni kollha tal-każ ta' Franco Mercieca hija l-kawża viżibbli tal-ħsara li għamel il-Partit Laburista meta iddemonizza u dawwar b'mod partiġġjan id-deċiżjoni li kien ħa l-Kabinett preċedenti li l-Ministri jibqgħu jitħallsu l-onorarja ta' Membri Parlamentari. Huwa vera li l-komunikazzjoni ta’ din id-deċijoni ma kienetx tajba, pero’ huwa veru wkoll li din setgħet kienet soluzzjoni fit-tul għall-problema li kien jaffaċċja kull Prim Ministru meta jiġi biex jifforma Kabinett, u d-dilemma li kien jiltaqa’ magħha kull professjonist meta jiġi biex jaċċetta kariga fl-Eżekuttiv.

Ir-riżultat issa hu li biex Joseph Muscat ma jmurx lura mill-kritika li għamel fuq l-onorarja, qed jaċċetta li jgħawweġ l-etika biex iħalli Ministri jew Segretarji Parlamentari li jibqgħu iservu b’mod privat, bl-iskuża tal-ġid tal-pazjent. L-iskuża kienet li dan ser isir biss nhar ta’ Ħadd u mhux waqt il-ġranet ta’ xogħol, li dan ser isir bla ħlas, u li dan ser isir biss f’każi speċjalizzati li jista’ jara biss Franco Mercieca. Fuq l-aħħar waħda diġa tqajmu dubju kemm hi vera, u fuq it-tnejn l-oħra inkixfet il-verita’ li qed jinkisru it-tnejn li huma. F’dan l-istadju allura għandna każ fejn jew il-Prim Ministru gideb meta għamel dik id-dikjarazzjoni u qal li Mercieca mhux qed jara każijiet bħall-kataretti, jew inkella kien Mercieca li gideb lill-Prim Ministru. Quddiem sitwazzjoni bħal din, naħseb li l-pożizzjoni ta’ Mercieca mihix tenibbli. U jekk inhu vera li hu daqshekk indispensabbli għall-pazjenti, mela allura ma kinetx għaqlija id-deċiżjoni li jservi ta’ Segretarju Parlamentari. L-etika tar-rwol ma tinbidilx mal-persuna. Hija l-persuna li trid tinbidel skont l-eżiġenzi tar-rwol li sservi.

Il-fatt li issa Franco Mercieca iddikjara li ħa jkun qed iwaqqaf din il-prattika privata turi li din kienet deċiżjoni oħra żbaljata ta’ Gvern li qed jaġixxi b’mod reattiv għal dak li joħroġ fil-media jew għas-sentimenti populisti. Ir-riżultat aħħari hu li minn pajjiz li kien qed jiddiskuti għandux ikollu Parlament full-time, spiċċajna qed niddiskutu jekk ikollniex Gvern part-time. Dan ma tantx hu sinjal progressiv.

Dal-każ joħroġ ukoll differenza kbira. Meta fl-1966 Ċensu Tabone kien inħatar Ministru, Borg Olivier ma kienx aċċetta li jibqa’ jaħdem ta’ oftalmologu, lanqas fil-ħin liberu tiegħu, minkejja li l-Kodiċi ta’ Etika kien baqagħlu 28 sena biex jinkiteb. Id-differenza pero’ kienet li dak iż-żmien, l-etika, il-professjonalita’ u l-ġentlomerija kienu parti mis-sens komun, u kienu jmorru lil hinn minn dak li neċessarjament issib miktub fil-kodiċi u l-liġijiet.


Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...