Skip to main content

Kunsill Ġenerali Ġunju 2013 - 'Il Quddiem

L-intervent tiegħi fil-Kunsill Ġenerali ta' Ġunju li għadda





Sinjura President, Ghaziz Kap, Vici Kapi, Segretarju Generali

L-ewwelnett huwa ta' pjacir ghalija li qed nindirizza dan l-ewwel Kunsill Generali bl-amministrazzjoni l-gdida kompluta u nawguralhom ilkoll fil-hidma taghhom.

Qeghdin hawn illum niddiskutu rapport ta telfa elettorali, biex issa nfasslu t-triq il- quddiem. Ir-rapport tat-telfa, isemmi hafna punti validissimi, u jitkellem fuq diversi oqsma. L-istruttura, l-uzu tal-media, il-komunikazzjoni, il-kuntatt man-nies, l-organizzazzjoni, il-kampanja elettorali. Kollha affarijiet importanti, pero kollha huma affarijiet ta' politika bil-p zghira. Tkun hasra jekk issa f'mument fejn il-partit ghaddej minn dal-process fejn qed jiggedded u jissaffa, ma nuzawx ukoll din l-opportunita' tad-deheb biex nergghu inharsu lejn dak li jaghmel il-Politika, did-darba bil-P kbira. Noqoghdu attenti li ma jigrilniex bhal min iffoka biss fuq il-branding, il-marketing, il-pakkett li tbiegh lin-nies, li ehe jrebbhek elezzjoni imma ma jigwidakx fit-tmexxija tal-pajjiz.

Allura diskussjoni importanti li ghad irrid nara tkompli ssir f'dan il-partit hija fuq l-ghanijiet taghna, l-identita' taghna, il-filosofija li ha tmexxina u li tkun wara l-policies li ha nkunu qed nimbuttaw u d-decizjonijiet li ha nkunu qed niehdu. Jien nixtieq nara Partit Nazzjonalista, li jkompli jipprova jbiddel il-kultura tad-dipendenza li dal-poplu ghadu ma fieqx minna. Irrid nara Partit Nazzjonalista li jkompli jemmen fil-liberta' tal-individwu, imma li ma dik il-liberta' ggib maghha wkoll responsabbilita', li mad-dritt jigi wkoll id-dmir. Irrid nara Partit Nazzjonalista li jaghrbel kif ha jkun qed ihares lejn Ewropa, li qed tipprova izzid dejjem aktar ic-centralizzazzjoni tal-poter, il-kontra tad-decentralizzazzjoni u s-sussidjarjeta li twaqqfet fuqhom u li ahna dejjem emminna fihom.

U jkun dan it-tigdid politiku, li t-tigdid tal-istrutturi, il-media, u l-affarijiet l-ohra kollha, iservu biex iwaslu. Ghax l-ghan taghna m'ghandux ikun 'kif ha nirbhu l-elezzjoni', imma fejn ser niehdu lil pajjizna u lin-nazzjon taghna la nirbhu l-elezzjoni.

Jiena konvint li flimkien dan ser naghmluh, li flimkien nistghu nergghu naghmlu l-Partit Nazzjonalista t-tarka tas-sewwa, it-tarka tal-liberta'. Ghax dan hu partit li ghandu gheruq fondi u hafna mudelli li lejhom jista' jhares. Nerik Mizzi, internat ingustament ghal 3 snin shah, imma dejjem leali lejn il-principji tieghu - Ugo Mifsud, jaghti hajtu fil-parlament jiddefendi l-ingustizzja u l-ksur tad-drittijiet tal-individwu li kienu qed isiru ma' Nerik u shabu, Eddie Fenech Adami, li b'daru mkissra u familtu msawta jibqa' jitkellem fuq ir-rikonciljazzjoni u leali lejn is-sewwa, u wkoll lejn Lawrence Gonzi, li baqa' jfittex l-interess nazzjonali a skapitu tal-popolarita' tieghu, li fittex ic-capcip ghal pajjiz minflok ic-capcip ghalih innifsu.

U jien f'dawn it-tliet xhur li fihom il-partit kien qed jghaddi minn dawn id-diversi laqghat, djalogi, diskussjonijiet, iltqajt mal-hegga u l-energija ta' nies u zghazagh, li bhal dawn il-mudelli li jispirawna, gew ifittxu x'jistghu jaghtu biex jaraw lil pajjizhom ahjar.

U f'ghajnejhom, u f'ghajnejkom, ma rajtx u minix nara nies li qed jigu hawn ghax jippretendu li jmissna niehdu xi haga lkoll, jistaqsu x'ha nahtfu ahna wkoll, imma li gew hawn jistaqsu x'ha naghtu ahna wkoll, kif ha naghtu sehmna ahna wkoll, kif ha nikkontribwixxu ahna wkoll. Fil-maratona tal-lum b'mod finanzjarju, imma fix-xhur u s-snin li gejjin b’hafna hin, hafna ideat u hafna energija, biex naraw lil dan il-partit, u finalment lil pajjizna, ahjar.

U dan irid jibqa' jiddistingwina minn haddiehor. Dan il-partit irid ikun id-dar naturali ta’ dawk kollha ta’ rieda tajba, zghazagh, kbar, anzjani, haddiema, studenti, dawk kollha li bhal Kennedy, iridu mhux jistaqsu ‘jien x’ser niehu minn fuq pajjizi’, imma ‘jien x’ser naghmel ghal pajjizi?’ U mil-lum flimkien mal-amministrazzjoni l-gdida kollha, nibdew it-triq biex f'dan il-partit din il-mistoqsija, mhux biss inkunu nistghu nistaqsuha, imma nibdew iwiegbu ghaliha.



Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...