Skip to main content

Ċittadinanzi għall-bejgħ


 
Il-Gvern Laburista immexxi minn Joseph Muscat ħareġ b'idea ġdida li, skont hu, tagħmel "id-differenza bejn ekonomija preistorika u ekonomija li tħares 'il quddiem".

Jien meta ssemmili d-differenza bejn ekonomija tal-passat u ekonomija li tħares 'il quddiem, iżjed tiġi f'moħħi id-differenza bejn il-fabbriki tal-melħ u tal-buttuni, u l-investiment li sar f'oqsma bħall-avjazzjoni, farmaċewtika, informatika, servizzi finanzjarji, gaming u life-sciences. Ekonomija diversifikata ibbażata fuq is-servizzi u manifattura avvanzata. Iżjed naħseb li dawn jagħmlu l-ekonomija tagħna waħda b'saħħitha u li tħares 'il quddiem.

Mhux hekk jaħseb il-Prim Ministru. Skont il-Prim Ministru, ir-roadmap tiegħu għall-avvanz tal-ekonomija Maltija tikkonsisti fil-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija lill-barranin.

Għal Prim Ministru, l-identita’ Maltija hija xi ħaġa li għandha prezz u tista’ tinbiegħ. Imma ċ-ċittadinanza m’għandhiex tkun prodott merkantili. Iċ-ċittadinanza tfisser rabta ma’ pajjiż li għalih tħoss appartenenza. Sal-lum, biex issir ċittadin Malti (sakemm ma tkunx wild ta’ ċittadin Malti) trid tqatta’ numru ta’ snin tgħix Malta, tkun taf il-Malti jew l-Ingliż, tifhem kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Maltin u s-soċjeta’ ċivili tagħna. Tkun fhimt u ipparteċipajt fil-ħajja u l-kultura Maltija. Issa le. Issa tista’ ma tkun qatt ġejt hawn, ma tkun qatt ġejt intervistat, ma jkollokx dixxendenza Maltija, u lanqas ikollok idea x’inhi Malta. Trid biss tħallas prezz ta’ darba.

Vera li kif qal il-Prim Ministru, hemm pajjiżi oħra li jagħmlu hekk? Pajjiż wieħed li sibt li kien joffri skema bħalna kien il-Montenegro. Pajjiz kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, li biex ikompli n-negozjati, il-Kummissjoni Ewropea talbitu jwaqqaf din l-iskema għax ma kinitx trasparenti u kien fiha ħafna abbużi.

Il-Prim Ministru semma l-Awstrija bħala eżempju. Pero’ l-Awstrija ma tbiegħx iċ-ċittadinanza. L-iskema tal-Awstrija, tagħti ċ-ċittadinanza lil min jinvesti flus fl-Awstrija bir-riżultat li joħloq numru ta’ impjiegi. L-iskemi ta’ pajjiżi oħra huma simili: tinvesti għal numru ta’ snin, toħloq l-impjiegi, jew iddaħħal xi benefiċċju ġdid għall-ekonomija. L-iskema li qed joffri l-Gvern Malti hija differenti. La tinkludi investiment, la tinkludi li l-investitur jgħix Malta, u lanqas tinkludi li l-investitur joħloq ix-xoghol. Hija biss ħlas ta’ darba. Xirja. U xirja mihix investiment.

Hemm pajjiżi li jagħtu permess ta’ residenza (residence permit) lil min jinvesti jew jixtri propjeta’ ta’ ċertu valur. Skema simili kienet anke’ toffri Malta sa ftit ta’ snin ilu, u kienet marbuta ma’ xiri ta’ propjeta u allura kellha rabta ma ħolqien ta’ xogħol u flus fl-ekonomija. U xorta waħda kienet tasal sa residence permit, li hu differenti ħafna minn ċittadinanza. Fosthom id-dritt tal-vot. Min għandu permess jgħix Malta ma jfissirx li jista’ jivvota, għax mhux meqjus Malti bħali u bħalek. Imma min jieħu ċ-ċittadinanza iva. U li ċ-ċittadinanza Maltija issa ingħatalha prezz, hija offiża kbira għal dawk li vera għandhom għal qalbhom is-sovranita’ u l-identita’ nazzjonali tagħna.

Hemm żewġ aspetti oħra inkwetanti f’dak li qed jipproponi l-Gvern. L-ewwel nett li min jixtri ċ-ċittadinanza Maltija b’dan il-mod mhux ser ikollu ismu ippublikat, u t-tieni li l-Ministru tal-Intern ħa jkollu diskrezzjoni totali fid-deċiżjoni ta’ min tinħariġlu ċ-ċittadinanza jew le. U bi Gvern li jħaddem bħala konsulenti nies imtappna bi frodi u korruzzjoni bħal Shiv Nair, u b’Ministru tal-Intern li għaddej minn froġa ghal oħra, din in-nuqqas ta’ trasparenza għandha għaliex tħassibna.

Hija r-reputazzjoni ta’ pajjiżna li ħa tbati. Pajjiz li jbiegħ iċ-ċittadinanzi tiegħu hu meqjus pajjiż tallab, pajjiż fil-qiegħ. U Gvern li jinżel f’dal-livell merkantili, huwa Gvern li qata’ qalbu li joħloq ix-xogħol u investiment li jrendi kif għamlu l-gvernijiet ta’ qablu. Altru milli qabża ghall-ekonomija tal-futur, din qabża għall-ekonomija tal-passat. Bid-differenza li issa, flok ġagħluna nagħmlu l-passaporti tagħna ħodor, ħa jbiegħu l-identita’ u d-drittijiet tagħna lil min lest itihom ftit flus.

Għax €750,000 biex tixtri passaport għalik, il-mara, u tliet itfal, huma ftit ħafna.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is