Skip to main content

Quis custodiet ipso custodes?

Illejla ħareġ li skont l-ispettur kienu Kurt Farrugia u Ramona Attard li għamlu r-rapport lill-Pulizija. Huma qalu li mhux huma. Min qed jigdeb?

Il-Qorti iddikjarat li l-Pulizija aġixxiet b'mod illegali u abbużiv meta ikkonfiskat il-mobile u t-tablet ta' Norman Vella mingħajr ma kellha l-ebda dritt tagħmel dan.
Mela issa min se jinvestiga u jressaq il-Kummissarju l-Qorti fuq dan l-abbuż?

Il-pożizzjoni tal-Kummissarju, reġgħet mhix tenibbli, kif ilha mhix tenibbli fl-iskandli kollha ta' dawn is-7 xhur. Il-poplu għandu dritt li jkollu Korp serju li jista' jafda, u mhux jgħix imbeżża' mill-Korp ta' Manwel Mallia u l-pupazz tiegħu Pietru Pawl.

Għax aħna ngħixu f'demokrazija, u mhux fl-istat totalitarju li qed jippruva joħloq dal-Gvern.




Aqra wkoll dan il-blog ta' Carmel Cacopardo:
http://carmelcacopardo.wordpress.com/2013/10/30/wara-l-kaz-norman-vella-min-qieghed-imexxi-l-korp/

Comments