Skip to main content

L-ahhar appell lid-Deputati



Onorevoli Deputat,

Nindirizzawk b’dan it-titlu għax int iġġorr privileġġ. Privileġġ li bil-vot tiegħek tibdel il-liġijiet ta’ pajjiżna, liema tibdiliet għandek tagħżel li tagħmel fl-aħjar interess ta’ pajjiżna. Privileġġ li tak il-poplu Malti, poplu li biex jissejjaħ “Nazzjon” u biex jissejjaħ “Malti” u jkun jista’ jġorr dan il-passaport, għadda minn storja u minn mixja li bdiet snin ilu. Mixja li ratna nissieltu għall-Indipendenza, inwaqqfu r-Repubblika u nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, u li fiha l-mexxejja ta’ dan il-pajjiż dejjem żammew quddiem għajnejhom il-veru interess nazzjonali.

Aħna kburin li aħna Maltin għax aħna parti minn din l-istorja, għax aħna u l-antenati tagħna imxejna din il-mixja. Oħrajn kburin li huma Maltin għax ingħaqdu fiż-żwieġ ma’ Maltin u bdew jaqsmu din il-mixja magħhom. Oħrajn kburin li huma Maltin għax qattgħu snin jgħixu f’pajjiżna, tgħallmu l-lingwa tiegħu, saru jafu l-istituzzjonijiet tiegħu, ipparteċipaw fil-ħajja soċjali u ekonomika tiegħu, u illum aħna ilkoll inħossuhom parti mill-komunita’ tagħna.

Imma ħadd minna ma għandu l-privileġġ li jġorr dan il-passaport, bid-drittijiet kollha li jġib miegħu, sempliċiment għax ħallas għalih. Din l-identita’ Maltija m’għandniex intuha prezz għax tmur oltre’ mill-kummerċjaliżmu.

U l-fatt li aħna membri tal-Unjoni Ewropea tfisser li din iċ-ċittadinanza illum hija wkoll ċittadinanza Ewropea. Dan jitfa’ fuqna responsabbilita’ doppja, għax apparti r-responsabbilita’ lejn il-poplu tagħna, għandna responsabbilita’ lejn il-kumplament tal-komunita’ Ewropea li magħha issa qed naqsmu l-mixja tagħna.

Għalhekk Onorevoli, nappellawlek biex qabel tagħti l-vot tiegħek, bħala Malti Onorevoli, iżżomm din il-mixja ta’ poplu f’moħħok. Nappellawlek biex tagħti kas tar-riżervi li qed iqajjem il-poplu fuq il-bejgħ tal-identita’ tiegħu.

Nappellawlek biex almenu, minflok ma torbot dan il-privileġġ ma’ transazzjoni ta’ bejgħ, torbtu ma’ investiment b’saħħtu li joħloq ix-xogħol f’pajjiżna u ma perjodu ta’ residenza f’pajjiżna. Dan biex iċ-ċittadin Malti jkun verament qed jaqsam mal-ħajja ekonomika u soċjali tagħna.

Nappellawlek ukoll biex dan iċ-ċittadin ikollu ismu ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern kif dejjem sar, għax jekk tieħu din iċ-ċittadinanza għandek tkun kburi. U min ikun kburi li sar ċittadin Malti ma jiddejjaqx ixandar dan minflok ma jistaħba wara l-anonimita’.

Nittamaw minn qalbna li illejla jirbaħ il-buon sens. Nittamaw li illejla, inti bħala Onorevoli rappreżentant taċ-ċittadini Maltin, tagħti kas ta’ dak li qed jgħidulek dawn iċ-ċittadini li eleġewk. 

Nittamaw li ma ġġibx ruħek b’mod irresponsabbli, u ma tibdilx iċ-ċittadinanza u l-identita’ tagħna minn xi ħaġa ta’ valur imma mingħajr prezz, għal xi ħaġa bi prezz imma mingħajr valur.

Għax aħna l-Passaport Malti ma xtrajniehx, imma writnieh grazzi għal dak kollu li iġġieldu għalih missirijietna.

Dejjem tiegħek,


Zghazagh Maltin

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.