Skip to main content

Lingwa ġdida - Newspeak

Qed naqsam magħkom l-editorjal ta' Radio 101 minn John Zammit, tal-lum il-Ħamis 28 ta' Novembru 2013.




Fir-rumanz '1984', George Orwell jiddeskrivi kif reġim soċjalista jagħti tifsiriet ġodda lil kliem qodma b'mod li n-nies ma jkunux jistgħu jikkritikawh. Il-vokabolarju l-ġdid jissejjaħ 'newspeak'. Dil-ħaġa suppost tiġri fil-pajjiż fittizju Owelljan ta' 'Oceania'. Imma issa, fl-aħħar xhur, qed jiżviluppa 'newspeak' ġdid f'pajjiż ta' veru.

F'dal-pajjiż, il-kelma 'etika' issa saret tfisser li tkun ministru u tagħmel ukoll xogħol privat. In-'newspeak' ta' dal-pajjiż jagħti ħafna tifsiriet għal dil-kelma biex żgur tifhimha. Per eżempju, tfisser li 'tkun ministru u ddaħħal il-mara taħdem miegħek fil-ministeru tiegħek stess'; jew 'tiddikjara li ma qlajtx lanqas il-paga minima mill-professjoni'. Tifsira oħra hi: 'il-gvern iħallsek biex tikri l-karozza tiegħek lilek innifsek'. Hemm ħafna tifsiriet ta' 'etika' li maż-żmien jaf jitilgħu sa nofs miljun.

Il-kelma 'trasparenza' fin-newspeak li żviluppa hi importanti ħafna u tfisser li tiftiehem ma' ħafna nies li tagħtihom dak li jridu – per eżempju ħatra, permess, anke passaport – imma żżomm kollox moħbi. Dik hi t-'trasparenza' fin-newspeak li dejjem jikber. Per eżempju dari l-kelma 'xiri' kienet tfisser li tħallas biex takkwista xi ħaġa, jew lil xi ħadd. Fin-newspeak il-ġdid, dan issa trid tgħidlu 'investiment'. Per eżempju: 'mort is-supermarket ninvesti', jew 'il-barranin jistgħu jinvestu f'passaport'.

Kelma oħra b'tifsira ġdida hi 'accountability'; waħda mill-kbar tan-newspeak. Tfisser, per eżempju, li l-kap tal-pulizija jissoda postu wara li jgħajjar il-qorti għax tilef kawża fuq ritratt li qatt ma ttieħed, u jissoda postu wkoll meta, bil-maqlub, ma jmurx il-qorti b'każ ta' allegazzjoni ta' talba għal tixħim ta' flus kbar ħafna.

Dat-tifsiriet ġodda tan-newspeak trid titgħallimhom kollha. Jekk ma tifhimx xi ħaġa tista' tikkonsulta l-commentboards tal-ġurnali elettroniċi fejn 'esperti indipendenti' – qabel dawn kienu magħrufin bħala 'elves' – jagħtuk it-tifsiriet li trid. Per eżempju, ma tistax tuża aktar il-kelma 'iffangar' għal meta ministri, deputati, kandidati, in-nisa u l-qraba tagħhom, u tal-qalba, jaħtfu kemm jifilħu. Il-kelma għal dil-ħaġa fin-newspeak issa hi 'meritokrazija'. Li tfisser ukoll 'tippoża għal ritratt fuq billboard'.

F'1984, George Orwell kien iddeskriva reat gravi – 'thoughtcrime' – meta tuża kliem bit-tifsiriet l-antiki, u mhux il-ġodda. U anke fin-newspeak ta' dal-pajjiż jeżisti dar-reat. Dan tagħmlu meta tuża l-libertà tal-espressjoni biex tikkritika xi ħaġa ħażina. Fin-newspeak il-ġdid din il-crime isejħulha 'tkun negattiv'.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...