Skip to main content

Il-banalizzazzjoni tar-Repubblika

Dan l-artiklu deher f' Il-Mument ta' nhar il-Ħadd 8 ta' Diċembru 2013




Ġimgħa wara l-oħra, jkomplu joktru l-istejjer li jġagħluk temmen li pajjiżna qabad rankatura għan-niżla li ħa jkun diffiċli jqum minnha.

Pajjiżna ser jerġa’ jospita c-CHOGM. Wara li pajjiżi oħra irrifjutaw li jospitawh minħabba l-attroċitajiet li qed iseħħu fis-Sri Lanka, il-Prim Ministru tagħna għolla jdejh u qallhom: “Nagħmlu jien nagħmlu jien!”.

Wieħed jitħasseb kemm hi għaqlija din id-deċiżjoni meta għandna biss sentejn u meta l-Gvern alloka budget tliet darbiet akbar minn kemm sewa dak tat-2005. Biex tkompli tgħaxxaq, it-task force organizzativa se tkun immexxija minn Phyllis Muscat, persuna mingħajr l-ebda esperjenza diplomatika imma sempliċiment ħabiba tal-familja tal-Prim Ministru. X’jimporta s-serjetà u d-diplomazija. L-aqwa li tgawdi l-klikka.

Wara li ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna ġiet redikolata ma’ wiċċ id-dinja, il-Gvern jidher li beħsiebu wkoll jirredikola l-onorefiċenzi li jagħti pajjiżna lil dawk li jagħtu servizz għal ġid tal-pajjiż jew tal-umanità. Waħda mill-affarijiet li kienet trendi dawn l-unuri prestiġġjużi u esklussivi kienet il-fatt li l-liġi kienet tipprovdi limiti ta’ kemm-il individwu jista’ jissieħeb fl-Ordni tal-Mertu jew fix-Xirka ta’ Ġieħ ir-Repubblika. F’emendi li ressaq din il-ġimgħa, il-Gvern neħħa dawn il-limiti biex ikun jista’ jagħti kemm irid minnhom. Il-mistoqsija tqum waħedha: għaliex il-Gvern irid li jkun jista’ jqassam kemm irid? Għalxiex ħa jneżża’ l-unuri tar-Repubblika mill-prestiġju tagħhom? Wegħdhom lil xi wħud ukoll? Għax s’issa, ħlief iħallas lura lil min għenu fl-elezzjoni ma rajniehx jagħmel.

Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li ser jagħti dan l-unur lit-team tal-kantanta Gaia Cauchi li rebbħet il-Junior Eurovision, li mill-ewwel nifirħilha tas-suċċess li kisbet u tat-talent eċċezzjonali li għandha. Ċert li għandha futur sabiħ quddiemha. Ma rridx nidħol fil-mertu ta’ hux sew jew le li tingħata dan l-unur, għalkemm nemmen li dawn l-unuri għandhom jirrikonoxxu karriera u servizz tul ħajja u mhumiex xi ħaġa li jingħataw lit-tfal. Pero’ wieħed jistaqsi kif il-Prim Ministru iddeċieda waħdu meta suppost hemm Kumitat ta’ Nominazzjonijiet li jevalwa dawn it-talbiet. Wieħed jistaqsi kif il-Prim Ministru qal li din deċiżjoni tal-Kabinett meta din ħabbarha t-Tnejn waqt li l-Kabinett jiltaqa’ t-Tlieta. Il-Prim Ministru għadu jaħseb li l-iStat huwa hu? Li hu Imperatur li jaqbeż l-istituzzjonijiet?

Dawn il-banalitajiet issa qed jinfirxu anke fost esponenti oħra tal-Gvern. Is-Sindku ta’ Ħal Qormi per eżempju, taħseb li għax hi Sindku laburista għandha dritt taqbeż iċ-ċittadini komuni meta tkun ġejja mgħaġġla minn Għawdex, u jekk il-Pulizija ma jagħrafhiex, għandha dritt iċċempel lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jgħidlu jħallieha tgħaddi hu. Għax anke l-vapur t’Għawdex, tagħna lkoll.

U l-konsulent tal-Gvern John Dalli, smajnieh jgħid li hu għadu Kummissarju Ewropew. Sirna l-unika pajjiż fl-Ewropa b’żewġ Kummissarju fil-kariga mingħajr ma nafu. Iltqajt ma’ ħafna nies li jħobbu jaħarbu r-realtà, imma qatt fuq dan il-livell. Forsi ta’ min il-Prim Ministru jikkunsidra jinnominah għal premju ta’ f’”Ġieħ kemm hemm”. Speċjalment wara li ikkummissjonalu rapport li rnexxielu jġelldu ma’ kulħadd sal-punt li issa l-Prim Ministru mhux qed jieħu pożizzjoni fuqu wara li ikkummisjonah hu.

Sadattant il-Ministru Manuel Mallia inawgura l-uffiċċju tal-propoganda tal-Gvern Ċiniż f’Malta u qalilna li dan hu tajjeb biex jitgħallmu aktar il-ġurnalisti Maltin. Ħa jitgħallmu kif bil-propoganda tgħatti l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tippromwovi tmexxija awtoritarja fiċ-Ċina, li hu l-istil ta’ tmexxija li jidher li jħobb Mallia.

Storja wara l-oħra ta’ banalitajiet tal-mistħija fi tmien xhur li ġabuna nistħu ngħidu li aħna Maltin. L-unika roadmap li jidher li żamm il-Gvern hija r-roadmap għall-banalizzazzjoni tar-Repubblika u r-ridikolaġni ta’ pajjiżna.

Jekk jogħbok Sur Gvern, naqra serjetà. F’ġieħ is-sewwa. F’ġieħ ir-Repubblika. Jew imqar f’ġieħ il-banana.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...