Skip to main content

L-aqwa fl-Ewropa

Dan l-artiklu deher fil-Mument ta' nhar il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013



Hekk kien jgħid li jrid jagħmilna Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. L-aqwa fl-Ewropa. Pero’ tajjeb li issa li l-Gvern ilu kważi sena fil-kariga, naraw f’hiex verament Joseph Muscat għamilna l-aqwa.

Tajjeb niftakru li sal-bidu ta’ din is-sena, pajjiżna kien għadu msemmi bħala “mudell ekonomiku għall-kumplament tal-Ewropa”. Wieħed mill-iżjed pajjiżi b’rata ta’ qagħad baxxa. Pajjiż li flimkien mal-Ġermanja kien ra l-akbar tkabbir ekonomiku minkejja l-kriżi finanzjarja li ħakmet lid-dinja. Pajjiż b’ekonomija ħajja u b’ħafna industriji ġodda u moderni li kienu qed jissaħħu u jiġu attirati lejn pajjiżna. Il-Gvern Laburista, wiret pajjiż li kien l-għira ta’ ħafna. Fil-verità, ma kienx jonqosna ħafna biex inkunu ikkunsidrati “l-aqwa fl-Ewropa”.

Il-ġimgħa l-oħra pero’ ħarġet statistika tal-Eurostat li għandha ġġagħlna nitħassbu. Din l-istatistika la ħarġet mill-Partit Nazzjonalista u lanqas mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li Edward Scicluna għandu ħabta jikkritika meta joħroġ statistika li ma ddoqx għal widnejh, imma mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea. Din l-istatistika tikkuntrasta bil-kbir ma dak li kienet turi Malta sas-sena l-oħra. Infatti r-riżultati ta’ din is-sena fuq dik li hi produzzjoni industrijali li ma tinkludix il-kostruzzjoni, juru li:

Malta irreġistrat it-tieni l-akbar tnaqqis fi produzzjoni industrijali fl-Ewropa meta mkejla xahar b’xahar, bi tnaqqis ta’ 7.4% f’Ottubru 2013 kumparat ma’ Settembru 2013 (l-Irlanda biss kellha tnaqqis akbar minn tagħna ta’ 11.6%). Dan hu gravi meta wieħed jikkumpara mal-medja tal-Ewropa li rat tnaqqis ta’ 0.7% biss. Sa Diċembru tas-sena l-oħra, Malta ikkumparat max-xahar ta’ qabel kellha żieda fil-produzzjoni industrijali ta’ 1.7%, li kienet akbar mill-medja ta’ 0.5% li esperjenzat l-Ewropa;

Meta wieħed jikkumpara Ottubru ta’ din is-sena  ma’ Ottubru tas-sena l-oħra, Malta kellha l-akbar tnaqqis fl-Ewropa, bi tnaqqis sinifikanti ta’ 13.9% (fit-tieni post ġiet l-Irlanda bi tnaqqis ta’ 7.5%). Dan hu aktar gravi meta wieħed jikkunsidra li bħala medja, l-Ewropa rat tkabbir ta’ 0.8% fuq is-sena ta’ qabel.

Jekk wieħed jara r-riżultati ta’ Ottubru 2012, u jikkumpara ma’ din is-sena, id-differenza hija enormi. F’Ottubru tal-2012, Malta kellha it-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir fil-produzzjoni industrijali b’rata ta’ 10.3% u dan meta l-Ewropa bħala medja kienet rat tnaqqis ta’ 2.3% fuq is-sena ta’ qabel.

Fil-qosor, ir-riżultati jitkellmu waħedhom. Anke f’dik li hi industrija, Malta qed tara bidla fid-direzzjoni. Waqt li fi żmien Gvern Nazzjonalista, Malta kienet tara l-ogħla rata ta’ tkabbir waqt li l-Ewropa kienet qed tara tnaqqis, taħt il-Gvern Laburista Malta qed tara l-ogħla rata ta’ tnaqqis waqt li l-Ewropa qed tara tkabbir. L-istess ħaġa rajnieha fir-rata ta’ qagħad f’pajjiżna fit-tmien xhur li għaddew.

Wieħed jiftakar ukoll id-daqqa li pajjiżna ħa bl-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza li ġiet irredikolata mid-dinja kollha u li qajmet tħassib serju fl-Unjoni Ewropea, tant li ħa tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew f’Jannar li ġej. Il-ħsara li din l-iskema għamlet lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna żgur li m’għenitx biex nitqiesu l-aqwa fl-Ewropa.

L-istess ħsara qed issir mill-mod kif pajjiżna qed jitkellem fuq l-immigranti, li kompliet tgħaqqad bl-aħbar xokkanti li dehret fil-ġurnal Taljan L’Espresso li turi li fit-traġedja ta’ Lampedusa, Malta għażlet l-aktar triq riskjuża u li ħadet ħin biex il-Gvern jipprova jagħmilha tal-bravu, minflok ma’ ikkordina ma’ dgħajjes li kienu eqreb, bil-konsegwenza li għerqu mal-270 Sirjan. Żgur li ma għadniex l-aqwa f’dak li hu rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

Altru milli “l-aqwa fl-Ewropa”. Bit-tmexxija tal-Partit Laburista, mhux biss ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna niżlu ma’ l-agħar fl-Ewropa, imma anke r-riżultati fix-xogħol, l-industrija u l-ekonomija. Ma’ Joseph Muscat, jiżbalja hu, u inħallsu aħna.

Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lilkom u lill-familji tagħkom sena ġdida mimlija barka u riżq.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is