Skip to main content

L-akbar pass li qatt jista' jagħmel poplu


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-ġurnal in-Nazzjon tas-Sibt 20 ta' Settembru 2014




L-Indipendenza. L-ikbar pass li qatt jista’ jagħmel poplu: li jsir stat sovran li jiggverna lilu innifsu. Pass li pajjiżna qed ifakkar il-ħamsin sena tiegħu, ħamsin sena li fihom kompla jikber u jiżviluppa. Kull żvilupp u kull avvanz pero’ kien possibli biss grazzi għal dan il-mument: il-mument li fih il-kolonja saret Nazzjon, u stajna niddeċiedu aħna x’irridu u x’ma rridux nagħmlu. Jekk irridux li l-Kap tal-Istat tkun ir-Reġina jew ikunx President minn fostna. Jekk indaħħlux il-flus mill-kiri ta’ bażijiet militari, jew inwaqffux dan il-kuntratt u nfasslu ekonomija differenti. Jekk nisseħhbux fl-Unjoni Ewropea bħala stat ugwali għall-oħrajn, jew nibqgħux barra. Dawn id-deċiżjonijiet stajna nagħmluhom biss għax sirna Nazzjon indipendenti.


Meta wieħed iħares lejn dak li kien qed jiġri l-Iskozja tul dawn il-ġimgħat malajr jifhem it-tifsira storika ta’ pass bħall-Indipendenza. Waqt li qed nikteb dan l-artiklu, l-Iskoċċiżi qed jivvutaw f’referendum biex jiddeċiedu jekk iridux jibqgħu parti mir-Renju Unit, jew jieħdux l-Indipendenza. Mhumiex jiddiskutu jekk il-Kap tal-Istat tibqax ir-Reġina, jew isirux Repubblika. Mhumiex jiddiskutu jekk il-bażijiet navali u nukleari tar-Renju Unit li hemm fl-Iskozja jibqgħux jinkrew lir-Renju Unit jew le. Jafu li dawn l-argumenti huma sekondarji u irrelevanti, għax ikunu deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu bil-kalma mill-mexxejja tagħhom ladarba jkollhom is-sovranita’ tagħhom. Jekk jagħżlu li jkunu stat indipendenti, id-deċiżjoni dwar dawn l-affarijiet l-oħra tkun deċiżjoni tagħhom biss.

Sfortunatament minħabba pika partiġġjana, għal ħamsin sena sħaħ nofs il-poplu Malti ma iċċelebrax it-twelid ta’ pajjiżu. Sfortunatament kellna politiċi li ippruvaw inaqqsu l-valur ta’ din il-kisba. Neħħewha minn festa, provaw iniżżluha bħalha kisba ugwali u fuq l-istess livell ma’ passi żgħar oħra bħat-tmiem tal-kuntratt tal-ftehim militari jew il-bidla kostituzzjonali tar-Repubblika li ma kellha l-ebda sustanza effettiva u sinnifikanti għajr waħda figurattiva.

Minkejja dan kollu, ħafna minn missirijietna u ommijietna baqgħu ifakkru din il-kisba daqstant importanti. Minkejja s-swat u minkejja l-gass tad-dmugħ minn ħuthom Maltin bħalhom, baqgħu ifakkru l-Indipendenza ta’ pajjiżhom. Dis-sena, fl-aħħar, dik il-parti tal-poplu li ċaħħdet li tfakkar din il-festa għal ħamsin sena sħaħ stenbħet u ħa tiċċelebra flimkien ma’ ħutha. Hekk kif illejla, fil-Port il-Kbir, għall-ewwel darba l-poplu kollu ħa jkun qed jiċċelebra t-twelid ta’ pajjiżu, dawn in-nies qalbiena li baqgħu jagħtu ġieh lil din il-festa minkejja kull diffikulta’, ħa jkunu qed jaqtgħu l-frott tas-sagrifiċċju li huma għamlu għal snin sħaħ. Fl-aħħar qed jingħataw raġun. Fl-aħħar ħuthom Maltin, flok jippruvaw iwaqqfuhom, ħa jkunu qed jiċċelebraw magħhom it-twelid ta’ dan in-Nazzjon. U żgur li kemm dawk minnhom li għadhom fostna u kemm dawk minnhom li illum m’għadhomx magħna, ħa jkunu qed iħarsu b’sodisfazzjon lejn Nazzjon li fl-aħħar fehem li Jum Twelidu hu l-festa tiegħu kollu.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...