Skip to main content

Budget li ntesa f'jumejn

Dan l-artiklu ġie ppublikat fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 27 ta' Novembru 2014



“Kien l-aktar budget twil, u l-aktar budget li ntesa malajr”. Hekk fetaħ id-diskors tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fir-replika tiegħu għat-tielet budget ta’ din l-amministrazzjoni Laburista. Budget li fih, f’diskors ta’ erba’ siegħat, il-Gvern għamel dak kollu li jista’ biex jipprova jaħbi s-sinjali inkwetanti li qed jidhru fl-ekonomija.

Nibdew bl-aktar settur importanti: ix-xogħol. Minkejja li l-istatistika turi tnaqqis fl-ammont ta’ nies qegħda, il-Gvern qed jipprova jaħbi li f’sena daħħal aktar minn erbat elef ruħ jaħdmu mal-Gvern. U dawn mhux għalliema jew infermiera, kif kultant jipprova jagħti l-impressjoni, imma kif turi l-istatistika, nies fl-amministrazzjoni u fid-dipartimenti. Li mhux għal dawn, il-qagħad qiegħed f’livell ħafna aktar ogħli. Il-problema hi li dawn ħa jkunu ta’ piż mhux biss għal din il-leġislatura, imma għal dawk li ġejjin warajha.

Il-Gvern prova jaħbi wkoll il-ħafna taxxi ġodda li daħħal biex jagħmel tajjeb għat-tberbiq fuq tal-qalba. Ma semma xejn fuq iż-żidiet fl-eżamijiet tal-MATSEC, ma semma xejn fuq iż-żidiet fenomenali fil-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali, ma qalilniex ir-rati l-ġodda li ħa nibdew inħallsu għas-servizzi tal-Gvern, ma qalilniex li ħa jżomm il-petrol u d-diesel għall-prezz li hu mal-25% aktar tal-prezz li kienu meta l-prezz taż-żejt kien fl-istess livelli tal-lum. U kif qed nitkellmu fuq il-ħabi, ma qalilniex lanqas li rapport li kien ikkummissjona fuq l-onorarja li għandhom jitħallsu l-Membri Parlamentari ilu quddiemu sitt xhur u ma ppublikahx! Għax probabli jkollu jagħlqilhom il-ħafna ħluq li qed jieklu minnhom.

Pero’ minkejja li l-Gvern prova jagħmel propaganda sħiħa kif qed jagħmel kull sena bil-budget, anke’ bi screens enormi li jfakkruk f’Big Brother f’nofs Pjazza San Ġorġ, dan il-budget intesa f’jumejn grazzi għal froġa oħra tal-Ministru Manuel Mallia. Il-ġimgħa l-oħra, il-poplu baqa’ ixxukjat bil-każ li fih ix-xufier tal-Ministru Mallia spara tliet tiri lejn il-karozza ta’ Stephen Morrison Smith. Mhux biss għax skoprejna li x-xufiera tal-Ministru qed ikunu armati, imma għax dawn it-tiri ġew sparati għax Stephen inċidentalment laqat il-mera tal-karozza tal-Ministru! Biex l-affarijiet jiggravaw, assistejna għal cover-up oxxen li kollna ilna ma nassistu għalih mis-snin tmenin. Il-media ġew infurmati li dan kien każ ta’ hit-and-run fejn pulizija prova jwaqqaf sewwieq xurban, u li spara tiri ta’ twissija fl-ajru, mentri minn xhieda li raw il-każ sirna nafu iżjed tard li dan ma kien hit-and-run xejn, għax is-sewwieq waqaf, u li t-tiri ġew sparati fid-direzzjoni tal-karozza. Anzi laqtuha fi tliet postijiet. Każ ċar ta’ attentat ta’ qtil.

F’liema demokrazija normali tas-seklu għoxrin tisma’ b’każi simili? F’demokrazija normali, ix-xufier tal-Ministru kien jiġi arrestat u mtella’ l-Qorti, il-Ministru kien jirriżenja, il-Prim Ministru kien jaċċetta r-riżenja, u l-ħajja kienet tkompli.

Imma mhux hekk fir-renju ta’ Joseph Muscat. F’Malta, min qala’ t-tiri ġie arrestat, il-Ministru ħareġ stqarrija qarrieqa u giddieba li pruvat titfa’ l-ħtija fuq il-vittma, il-Pulizija bagħbsu l-provi b’ammissjoni tal-Kummissarju, il-Prim Ministru għadu jaqbeż għall-Ministru, u x-xufier dam ġimgħa jiġri barra, u li ma kienx għal mozzjoni ta’ sfiduċja li ressqet l-Oppożizzjoni probabli għadu barra sal-lum. U minn fuq, Joseph Muscat jipprova jwaħħal fil-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jinqeda bl-istorja għal punti politiċi, bħal tifel li għadu ma fehemx il-kariga li tgħabba biha.

L-Oppożizzjoni ħa tkun issa qed tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Mallia. F’pajjiż serju, fejn teżisti l-kontabbilita’ u fejn il-Prim Ministru mhux beżżiegħ u kapaċi jikkontrolla l-Ministri tiegħu, ma kienx ikun hemm bżonn ta’ hekk. F’pajjiż serju, kien ikun il-Ministru li jirriżenja, u jekk ma jagħmilx hekk, kien ikun il-Prim Ministru li jneħħieh f’ġieh is-sewwa u l-ġustizzja. Speċjalment jekk ikollu disa’ siġġijiet aktar fil-Parlament.

Niftakru sew lil Joseph Muscat flimkien mad-deputati tieħu jivvutaw favur vot ta’ sfiduċja f’Karm Mifsud Bonnici għax…ehm…għax…xi ħadd jiftakar għala? Eh, għax ma għamilx ir-riformi li ried Franco Debono, u Franco ried jgħidlu “ħu ġo fik”. Issa hemm vot ta’ sfiduċja fil-Ministru Manwel Mallia. Għala? Għax ix-xufier ta’ Mallia spara tliet darbiet lejn persuna innoċenti, iċ-Chief-of-Staff ta’ Mallia għamel pressjoni fuq il-MaltaToday biex tigdeb u tgħid li spara fl-ajru, għax l-istqarrija ta’ Mallia kienet giddieba, għax il-Pulizija taħt id-dekasteru ta’ Mallia bagħbsu l-provi u ċaqalqu l-karozza qabel ġiet il-Maġistrat, għax il-Pulizija ta’ Mallia lanqas biss għamlu gun-residue tests, la fuq il-karozza u lanqas fuq ix-xufier li spara, għax ix-xufier ta’ Mallia waqt l-inkjesta qabad jiġġieled u jirreżisti, u għax l-avukat tax-xufier ta’ Mallia huwa l-avukat tad-ditta legali ta’ Mallia waqt li l-Pulizija ta’ Mallia suppost itellgħuh il-Qorti. U hawn xi ħadd li baqagħlu xi dubju jekk dan huwiex każ serju li għalih Mallia għandu jirriżenja jew jitneħħa?

Issa li niġu għal fatti inkunu nafu jekk għal Joseph Muscat il-kontabbilita’ politika kienetx biss paroli ta’ konvenjenza politika qabel l-elezzjoni, jew kelma ta’ konvinzjoni. Jew kienx konvint minnha daqs kemm kien konvintissimu li jlesti l-power-station ftit tax-xhur ilu.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...