Skip to main content

Il-fabbrika tal-gideb

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis, 13 ta' Novembru, 2014




Hekk sejjaħ il-proġett tal-power-station il-ġdida l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. U jum wara jum qed inkomplu naraw kemm dan hu minnu. Mhux biss il-Gvern mhux ħa jlesti dan il-progett kif Joseph Muscat wiegħed li ħa jagħmel b’tant konvinzjoni li intrabat li jekk ma jagħmilx hekk jirrezenja, imma talli qed ikompli jigdeb u jikkontradixxi lilu innifsu fuq l-aspetti kollha tal-pjan tal-enerġija li ppreżenta qabel l-elezzjoni.

Wiegħed li ħa jraħħas il-kontijiet u jħallas lura d-dejn tal-Enemalta grazzi għal kemm ħa tiffranka mill-prezz tal-fuel il-power-station il-ġdida, iżda issa qed jgħid li ħa jkun jista’ jraħħashom anke’ mingħajrha. Id-dejn tal-Enemalta wkoll issa qata’ qalbu minnu, u iddeċieda li jbiegħha liċ-Ċina kontra l-wegħda li għamel lill-ħaddiema tal-Enemalta.

Il-power-station il-ġdida tal-BWSC kien wiegħed li taqlibha għal gass l-Enemalta u tibqa’ propjeta’ tagħha, minflok illum biegħha liċ-Ċinizi wkoll, u issa qed jgħid li għadu qed ifittex investitur li jħallas biex tinqeleb għal gass. Wiegħed li sa ma jaqlibha għal gass, iħaddimha bid-diesel, pero’ għadha s’issa tahdem bl-HFO, li issa hu stess qed jammetti li wassal għal enerġija u arja aktar nadifa wara li beżża’ lin-nies ta’ Marsaxlokk bil-mard tal-kanċer għalxejn qabel l-elezzjoni.

Ftiehem għal prezz fiss għal ħames snin biss, bi prezz li ha jinbidel fit-tlettax-il sena ta’ wara li fihom xorta ħa nkunu marbutin minn għand min nixtru l-elettriku. Probabilment elettriku żejjed li mhux ħa jkollna bżonn, għax kemm il-konsorzju tal-power-station il-ġdida u kemm iċ-Ċinizi li xtraw il-power-station tal-BWSC iriduh jixtri l-elettriku kollu tagħhom, li fil-maġġoranza tal-ħin huwa d-doppju ta’ kemm għandna bżonn.

Biex jgħatti din il-balbuljata, il-Gvern qed jgħid li ħa jbiegħ l-elettriku żejjed minn fuq l-interconnector. Ejja ngħidu li dan ikun possibli. Fl-Ewropa bħalissa għaddej proċess ta’ armonizzazzjoni ta’ prezzijiet tal-elettriku, fejn il-prezzijiet bħalissa qed ivarjaw bejn it-3ċ5 u l-4ċ8 għal kull unit. Biex il-Gvern ibiegħ l-elettriku fl-Ewropa, irid jikkompeti b’dawk il-prezzijiet. Niftakru li l-prezz li bih intrabat li jixtri l-elettriku minn għand l-Electrogas, il-konsorzju tal-power-station il-ġdida, huwa ta’ 9ċ6. Mela anke jekk ibiegħ dan l-elettriku fl-Ewropa, il-Gvern ħa jkun qed ibiegħu bin-nofs ta’ kemm qed jixtrieħ, u allura b’telf konsiderevoli.

Hawnhekk iqumu ħafna aktar mistoqsijiet interessanti. La l-prezzijiet fis-suq Ewropew huma prattikament in-nofs ta’ dak li ħa tkun qed ibiegħ bih il-konsorzju l-ġdid, għalfejn fil-pjan tal-Gvern ħa nkunu qed nużaw l-interconnector ftit ħafna u nixtru l-elettriku bid-doppju tal-prezz minn għand l-Electrogas? Għalfejn ħa nintrabtu li nixtru l-enerġija minn għand kumpanija waħda għal 18-il sena sħaħ, meta din il-kumpanija ġa qed ittina prezz li hu d-doppju ta’ dak li nsibu fl-Ewropa?
U allura wieħed mill-ewwel jiġuh dubji għala l-Gvern iddeċieda li jagħti l-akbar kuntratt li qatt ingħata fl-istorja ta’ pajjizna, kuntratt ta’ kwazi 400 miljun ewro, mingħajr ma għadda mill-proċess sħiħ ta’ tender. L-iskuża kienet li ried ilesti malajr, sa Marzu li ġej, biex jibda jiffranka l-flus u jraħħas il-kontijiet. Imma illum nafu li dan mhux ħa jsir. U allura l-mistoqsija tqum aktar qawwija minn qabel: għalfejn Konrad Mizzi u Joseph Muscat taw kuntratt mingħajr tender lil konsorzju li ħa jbigħielna l-enerġija b’tariffa li hi d-doppju ta’ dak li nistgħu nixtru mis-suq Ewropew grazzi għall-interconnector?


Din hi l-mistoqsija li qed tpoġġi lil Joseph Muscat u lil Konrad Mizzi daharhom mal-ħajt, u li qed iġġegħlhom jippruvaw idevjaw l-attenzjoni billi jitfgħu t-tajn u jigdbu fuq ħaddieħor.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is