Skip to main content

Nippremjaw il-bżulija? Jew il-bażużli?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 23 ta' Novembru 2014

Nhar it-Tnejn li għadda tħabbar it-tielet budget ta’ dan il-Gvern Laburista. Budget li fi ftit kliem, spikka għat-tul tad-diskors tiegħu u għall-affarijiet li ħalla barra.

Ħalla barra żgur l-aħbarijiet ħżiena. Huwa ċar li l-istrateġija ta’ dan il-Gvern hija li deċiżjonijiet li jaffetwaw ħażin liċ-ċittadini, jidħlu fis-seħħ mingħajr l-ebda stqarrija jew konferenza stampa, filwaqt li deċiżjonijiet li jidhru sbieħ jitħabbru b’ħafna pompa. U l-budget ukoll iddawwar f’eżerċizzju ta’ marketing li jħalli barra l-effetti ħżiena.

Dan il-budget żied b’mod sostanzjali diversi taxxi indiretti: taxxi fuq l-użu tal-mobile, liċenzji tal-karozzi, bolla tal-assikurazzjoni, servizzi tal-Gvern (liema rati għadhom ma tħabbrux), taxxa fuq is-siment. Dawn huma taxxi li l-aktar li jaffetwaw huma n-nies bi dħul baxx, għax iridu jħallsu l-istess taxxa bħal min għandu dħul aktar ogħli. Wieħed stenna allura li almenu dawn in-nies ingħataw għajnuna akbar bħala kumpens. Imma le. Bħal ħaddieħor, ħadu biss żieda ta’ 58ċ fil-ġimgħa u €35 ta’ darba!

Mhux talli hekk, iżda talli n-nies l-aktar vulnerabbli qalgħu daqqiet akbar li f’budget ta’ erba’ siegħat tħallew barra u pruvaw jinħbew. L-ewwel fosthom, iż-żieda fil-kera fl-akkomodazzjoni soċjali. Nibdew mill-fatt li n-nies li jikkwalifikaw għall-akkomodazzjoni soċjali huma nies l-aktar f’riskju ta’ faqar. Dawn jinkludu nies b’diżabilita’ u nies bi problemi soċjali. Il-kera tal-akkomodazzjoni tal-Gvern għal dawn in-nies għoliet b’mod fenomenali, f’ċertu każi b’seba’ darbiet aktar. F’dawn il-ġimgħa kont qed indur nies li jgħixu fil-qasam tal-bini tal-Gvern f’Raħal Ġdid, u fhimt il-ħasda li ħadu dawn in-nies hekk kif irċievew il-kont tal-kera. Il-vili hi li dan il-Gvern li jsib il-flus biex jagħmel konferenza stampa bombastika biex iħabbar roħs ta’ 2ċ fuq il-petrol, ma jsibx ħin biex imqar jagħmel stqarrija biex iħabbar dawn iż-żidiet.

Barra minn hekk kellna ħasda oħra tistenniena bla mistenni, li lanqas ma ssemmiet fil-budget. Din kienet iż-żieda fil-ħlas tal-MATSEC, kemm għall-O-Level u kemm għall-A-Level. F’daqqa waħda, iż-żgħażagħ li jieħdu stipendju u li l-Gvern qed jiftaħar li żidilhom 2ċ kuljum, iridu jħallsu mas-€70 aktar biex jagħmlu l-A-Levels, jew aktar f’każi fejn hemm il-prattika. Żgħażagħ li qegħdin fis-sekondarja, il-ġenituri tagħhom iridu jħallsulhom mal-€75 aktar biex jagħmlu għaxar O-Levels. Iltqajt ma’ każi fl-istess house-visits ta’ familji f’riskju ta’ faqar fejn uliedhom kien beħsiebhom jippruvaw tmien O-Levels biex forsi jkunu jistgħu ikomplu jistudjaw għall-Universita’, iżda li minħabba dawn l-ispejjeż żejda ma jaffordjawx jippruvaw daqshekk eżamijiet. Hemm ukoll l-effett li meta żagħżugħ ikun dubjuż minn suġġett, jittanta inqas jippruvah minħabba li jiswielu ħafna iżjed.

Dan imur għal kollox kontra l-prinċipji soċjal-demokratiċi li l-Partit Laburista jgħid li jħaddan bil-paroli. Jekk hemm mod kif persuna fi stratt t’isfel tas-soċjeta’ tkun tista’ titla’ tarġa ‘l fuq huwa permezz tal-edukazzjoni. Il-fatti qed juru li dan il-Gvern jiġi jaqa’ u jqum min-nies vulnerabbli fis-soċjeta’. Minflok ma jingħataw għajnuna, qed naraw Gvern li qed jagħmilha iżjed diffiċli biex nies f’riskju ta’ faqar ikunu jistgħu jitilgħu ‘l fuq bil-kapaċita’ tagħhom.

Fl-istess ħin il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-idea li jekk int tkun lagħqi tal-Gvern, jekk tappoġġjah, jekk tidher għalih fuq il-billboards, dan il-Gvern ikun hu li jsiblek xi job jew xi bord u jgħinek tpappieha. Għax il-Partit Laburista tal-lum, bħall-Partit Laburista tal-passat, jippreferi li jkollok isserraħ fuqu biex timxi ‘l quddiem milli tkun kapaċi timxi ‘l quddiem bil-ħila tiegħek.

Speċjalment meta wieħed jiftaħar li dawn iż-żidiet stajna ngħaddu mingħajrhom kieku per eżempju maħniex inħallsu €13,000 fix-xahar lill-mara tal-Ministru, għal xogħol li ma nafux x’inhu, f’uffiċċju li ma nafux fejn hu.


Altru milli Gvern li jippremja l-bżulija, dan huwa Gvern li jippremja l-bażużli.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is