Skip to main content

Intervent fil-Kunsill Ġenerali Novembru 2014 - "Politika Onesta"





"Jekk partit politiku ma huwiex mibni fuq id-determinazzjoni li jmexxi 'l quddiem kawża li hi ġusta u li hi morali, mela allura ma huwiex partit politiku; huwa biss konfoffa biex jinħataf il-poter".

Sinjura President, għażiż Kap, Viċi-Kap, sħabi kunsilliera,

Dan il-kliem, tal-ekx President Amerikan Dwight Eisenhower, ġie f'moħħi f'dawn il-ġimgħat li fihom, dan il-Gvern Laburista waqgħetlu l-maskla ta' moviment progressiv, modern, trasparenti, li prova jpinġi qabel l-elezzjoni u l-poplu illum qed jara b'mod ċar li taħt dik il-maskla hemm moviment ta' ingann, moviment li ried biss jaħtaf il-poter u jużah mhux biex iservi imma biex jisserva, u tal-qalba jiffangaw kemm jifilħu.

Minix ha nerġa' nirrepeti l-punti rigward il-budget li semma b'mod dettaljat il-Kap tal-Partit Simon Busuttil fid-diskors eċċellenti li għamel fil-Parlament.

Ħa nitkellem fuq l-iżviluppi inkwetanti li qed jitkellmu fuqhom in-nies hemm barra. Inkwetanti għax l-aħħar darba li n-nies jiftakru xufiera tal-Ministri jisparaw fit-triq, kien 28 sena ilu. Pero' mhux dak l-aktar li inkwieta lin-nies. L-aktar li inkwieta lin-nies kien li bħal 28 sena ilu, min spara sab Korp tal-Pulizija u Gvern jippruvaw jgħattulu. Jinkwetaw in-nies li l-Ministru ħareġ stqarrija giddieba, fejn ipprova jigdeb fuq dak li sparaw fuqu, ipprova jiddefendi lil min spara, fejn gideb li kienu biss warning shots, fejn ivvinta li kien hemm hit-and-run. Jinkwetaw in-nies li l-Korp tal-Pulizija, flok mexa mal-proċedura, bagħbas il-provi fuq ix-xena tar-reat qabel saret l-inkjesta.
Dan kien xokk, speċjalment għal ġenerazzjoni tiegħi li dejjem għexna f'ambjent trankwill, ambjent fejn stajt isserraħ moħħok li jekk xi darba tkun vittma ta' xi ħaġa, ħa ssib l-awtoritajiet jaqbżu għalik u mhux jaqbżu għal min jaggredik.

U għalhekk dal-kaz, wera l-periklu li jinħoloq meta jkollok Partit fil-Gvern li jibbaża ruħu biss fuq in-nepotiżmu, fuq li naqbżu għal dawk ta’ magħna, għal "tal-familja", anke’ meta dawn jiksru l-ligi. U inutli Joseph Muscat jipprova jaħsel idu minn dak li ġara, għax din l-attitudni ma hi responsabbilita' ta' ħadd ħlief tiegħu.

Kien il-Prim Ministru li żera’ din l-attitudni meta ipproteġa Mħallef li nstab ħati ta' mġieba skorretta u ma ressaqx il-mozzjoni ta' impeachment fil-Parlament qabel ma dan irtira. U kompla jiżra’ din l-attitudni meta min instab ħati u ġie kkundannat mill-Qorti Kriminali b'sentenza sospiża, il-Prim Ministru, flok ra li jiħraxu l-pieni għal reati simili biex jipproteġi vittmi oħra, għammed lill-ħati "suldat tal-azzar", għamlu eroj, anzi tah job komdu Dar Malta!  Dakinhar, f’dak it-tghanniq taħt it-tinda, il-Prim Ministru bagħat messaġġ li jekk inti "tal-qalba”, “tal-familja", tista' tikser il-liġi kemm trid għax ħa ssib il-Gvern Laburista jaqbeż għalik.

U dan jinkwieta lin-nies, għax nistgħu forsi ma naqblux fuq il-budget, nistgħu ma naqblux fuq kif jinħoloq u jitqassam it-tkabbir ekonomiku, imma fuq dawn il-prinċipji fundamentali: l-ugwaljanza quddiem il-liġi, l-indipendenza tal-korp tal-pulizija u tal-forzi tal-ordni, il-ġustizzja, is-saltna tad-dritt, il-prinċipji bażiċi li jagħmluna demokrazija, għandna naqblu. Għax dawn huma prinċipji li ġġiliedna għalihom, ħdimna għalihom, uħud minnkom hawn qlajtu l-gass tad-dmugħ għalihom, u saħansitra kien hemm min xerred id-demm għalihom. U dawn il-prinċipji irridu niddefenduhom, niġġieldu għalihom, u ma nħallu lil ħadd inawwarhom mingħajr ma nieħdu azzjoni.

U allura din ħbieb tiegħi, trid tkun il-kawża ġusta, il-kawża morali tagħna. Il-politika onesta. Il-politika mibnija fuq il-verita u mhux fuq l-ingann. Politika mibnija fuq il-ġustizzja soċjali u mhux fuq l-iffangar minn tal-qalba. Politika mibnija fuq il-ġid komuni u mhux fuq l-interessi tal-ftit. U jien konvint li Simon Busuttil huwa l-bniedem li jista' jerġa' jagħti lin-nies fiduċja fil-politika bħala servizz u bħala għodda biex isir il-ġid, b’politika li tħares dawn il-prinċipji fundamentali ta’ demokrazija.

Pero dan ma jistax jagħmlu waħdu. Hemm bżonn li flimkien, bħala poplu, niġġieldu l-kultura ta' omerta' li qed isaħħaħ dan il-Gvern. M’għandniex nibqgħu naċċettaw kollox, u noqogħdu għal kollox. Tibżgħux titkellmu, ejja ma nibżghux nieqfulu lil dan il-Gvern, u kunu ċerti li ha ssibu l-Partit Nazzjonalista magħkom, tarka tagħkom, biex iva flimkien, nibdlu l-kultura politika ta’ pajjiżna. Flimkien mal-Kap tagħna Simon Busuttil, nistgħu nerġgħu nagħmlu mill-politika, għodda onesta ta' servizz, għodda li tmexxi l-quddiem il-ġid komuni, u tarka vera għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is