Skip to main content

Id-Daħla tal-Belt Kapitali


 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 12 ta' Frar 2015




Waħda mid-deċiżjonijiet li kien ħa Gvern Nazzjonalista lura fl-2009 kienet li jagħti dehra ġdida lil Belt Valletta. Sar ħafna xogħol ta’ restawr fuq il-fortifikazzjonijiet u pavimentar, pero’ l-aktar deċiżjoni importanti kienet il-proġett tad-daħla tal-Belt. Għal dan il-proġett kien ġie ikkummisjonat l-arkitett u disinjatur ta’ fama mondjali, Renzo Piano. Żgur mhux forsi li parti kbira mill-mertu għala l-Belt Valletta rebħet l-unur għal Belt Kapitali Ewropea fl-2018 kienet ir-riġenerazzjoni kbira li saret fiha f’dawk is-snin, fosthom ukoll dan il-proġett tad-daħla tal-Belt.

Kien proġett li għall-ewwel ħoloq xi ftit tal-kontroversja, iżda illum il-ġurnata ħafna huma dawk li jfaħħruh. Jissemma b’mod prominenti f’diversi siti u ġurnali ta’ estetika u arkitettura, u ġa huwa kbir l-ammont ta’ turisti li jaslu Malta jistaqsu għalih.

Id-daħla tal-Belt kellha ssir esperjenza. Taqsam il-pont fuq il-foss, li ġie mċekken għad-daqs oriġinal tiegħu, daqs li issa jippermettilek tgawdi d-dehra tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt u tal-ġnien ġdid fil-foss innifsu, spazju miftuħ li jkompli jaċċenna l-kobor tas-sur ta’ maġenbu. Tgħaddi mis-sur, bejn żewġ ħitan massivi tal-ġebla Maltija, u ssib ruħek f’fetħa li tippermettilek tara l-maesta’ taż-żewġ Kavallieri, dak ta’ San Ġwann u dak ta’ San Ġakbu. Maġenbhom, il-bini li jilqa’ fih l-ogħla istituzzjoni demokratika ta’ pajjiżna, il-Parlament, fejn ir-rappreżentanti tagħna jiddiskutu u jiddeċiedu f’isimna. Binja li tidher qisha ġiet imnaqqxa mis-swar stess, u mill-istess pedament li fuqu inbniet Beltna joħroġ il-pedament tad-demokrazija, bil-kulur safrani tal-ġebla jkanġi mal-qawwa tax-xemx. Taħtu, spazju ta’ eżebizzjonijiet artistiċi, storiċi u politiċi, spazju kulturali fejn l-identita’ tal-poplu tista’ tiġi skoperta’. Maġenbu, teatru miftuħ bħalma ssib f’bosta bliet ewropej oħra, fejn artisti u atturi jistgħu jesperimentaw waqt li l-poplu jgawdi l-produzzjoni taħt id-dell tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. Faċċata, il-perspettiva sħiħa ta’ Triq ir-Repubblika, bin-nies għaddejja: il-mixja tal-poplu mill-Palazz tal-GranMastru, simbolu tal-ħakma, għal Palazz il-ġdid tal-Parlament, simbolu tad-demokrazija. Perspettiva li timbuttak tibqa’ dieħel ġo din il-Belt imżewqa b’tant ilwien u tant ħsejjes, sa ma twasslek fil-qalba tagħha, Pjazza San Ġorġ, spazju miftuħ li jerġa’ jagħti nifs qalb il-bini u s-simetrija tal-Belt.

Dak kien il-ħsieb. Dak kien il-pjan. Pjan li sfortunatament qed narawh bilmod il-mod jiżżarma minn gvern li mill-bidu ra kif għamel biex fixkel, mill-bidu lanqas biss prova jifhem il-kunċett, mill-bidu wera li ma jimpurtah xejn mit-tixrid u t-tisħiħ tal-kultura. Qed naraw gvern li rema mit-tieqa l-pjan tal-ġnien fil-foss tal-Belt, parti daqshekk integrali mill-kunċett ta’ dan il-proġett. Gvern li issa wkoll irid jagħlaq l-ispazju miftuħ li ġie ikkreat mal-Parlament bil-monti, jew aħjar is-suq.

Ejja nagħmluha ċara. Il-bejjiegħa tal-monti m’huma xejn inqas minn ħaddieħor, u bħal kulħadd huma wkoll qed jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum tagħhom. Pero’ hemm post u hemm post fejn għandu jitrama’ suq. L-ispazju li ġie kkreat fid-daħla tal-Belt qiegħed hemm bħala kunċett ta’ spazju miftuħ, u mhux biex kulmin jidħol il-Belt, flok jgħix l-esperjenza li ried jgħaddieh minnha Piano, isibu ruħu ġo nofs suq.

L-idea li ġġiegħel lin-nies jgħaddu minn ġos-suq biex jixtru aktar hija idea żbaljata. Min ma jridx jixtri minn fu    q il-monti, xorta mhux ħa jixtri. Imma min irid jixtri mill-monti, lest imur fl-aħħar tad-dinja biex imur għalih. Anke’ f’Malta. Għal monti li jarma l-Inspire jew il-ground tal-Birgu, issib kju ta’ karozzi lesta biex tidħol mill-ħamsa ta’ filgħodu! Ħadd ma jgerger għax mhux qegħdin f’post ċentrali. Jekk il-prodotti jkunu interessanti u l-esperjenza tax-xiri tkun pożittiva, in-nies tmur ikun fejn ikun. F’kull belt ewropea jarma monti, u f’kull belt ewropea issib il-monti l-barra mill-Belt. U xorta kulħadd imur bil-gzuz għalih. Ħlief f’Malta, li ħa npoġġuh propju fid-daħla biex minn għalina l-bejjiegħa jmorru aħjar, bir-riperkussjoni li neqirdu l-kunċett li qabbadna l-aqwa disinjatur fid-dinja joħloq.

Hija ħasra, u ħasra kbira, li għandna gvern li lest jarmi kull kunċett ta’ kultura għax-xiri tal-voti. U hija ħasra akbar li għandna poplu lest jippermetti attakk wara l-ieħor fuq ir-ruħ kulturali u l-identita’ tiegħu. Ironikament, lejliet li Beltu tkun il-Belt Kapitali Ewropea.



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is