Skip to main content

Ibażwru naqra 'l hemm u naqra 'l hawn

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon ta' nhar il-Ħamis 12 ta' Marzu 2015



Wieħed jista’ sempliċiment jiddeskrivi l-ewwel sentejn tal-Gvern ta’ Joseph Muscat fi frażi waħda: sentejn ta’ tbażwir. U din il-ġimgħa, propju f’għeluq is-sentejn anniversarju mill-elezzjoni li għaddiet, kienet eżempju ċar ta’ f’hiex qed iwassal dan it-tbażwir.

Dan it-tbażwir ħareġ fil-beraħ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali. Tajjeb niftakru li l-Awditur Ġenerali hu appuntat, u jista’ jitneħħa biss, b’vot ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Għalhekk huwa liberu li jikritika dak li jara ħażin waqt l-awditjar tal-użu tal-fondi pubbliċi mingħajr biża’ li jitneħħa mill-Gvern. Tajjeb niftakru li kontra għal dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’gidba oħra minn tiegħu, kull dipartiment pubbliku u Ministeru hu obbligat jipprovdi lill-Awditur kull informazzjoni li jintalab jagħti, u m’hemmx għalfejn il-Prim Ministru juri kemm hu “trasparenti” u qalbu tajba u jagħti permess hu biex l-informazzjoni tingħata. Imma hekk irid ibellagħhielna Joseph Muscat, li hu l-Imperatur u kulħadd irid joqgħod għalih. Tajjeb jifhem wara sentejn li f’demokrazija l-affarijiet ma jimxux hekk, u hemm uffiċċji Kostituzzjonali li anke’ hu irid jirrispondi għalihom.

Ngħaddu għal fatti. Nibdew bit-tbażwira tal-Cafe Premier. L-Awditur Ġenerali jikritika bil-qawwi l-mod kif il-Prim Ministru indaħal fin-negozjati u warrab kull Dipartiment li suppost kellu jinnegozzja u jsegwi l-proċedura tal-każ. Il-Prim Ministru gideb u qalilna li għamel hekk minħabba l-periklu taċ-ċilindri tal-gass għal Bibljoteka, mentri l-Awditur qalilna li l-kuntratt kien jagħmilha ċara li l-kċina kellha tkun bid-dawl u mhux bil-gass. Il-Prim Ministru reġa’ gideb meta qal li l-każ kien ħa jittawwal fil-Qorti – l-Awditur jgħid li l-każ kien ċar favur il-Gvern. Il-Prim Ministru gideb ukoll meta qal li d-deċiżjoni ittieħdet wara l-elezzjoni. Kieku kien hekk, il-Café Premier ma kienx jieqaf jiftaħ dakinhar li rebaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista. Ir-riżultat hu li l-poplu Malti flok daħħal il-flus li kellu jieħu mill-kera, mill-ħlas tal-VAT, mill-kontijiet tad-dawl u mill-Income Tax tal-proprjetarji, spiċċa ħallashomlu hu, u magħhom ħallas self privat li dawn kellhom mal-Bank u ċ-ċirasa fuq il-kejk, commission lil min irranġa l-ftehim. Filli nikkritikaw, u sew nagħmlu, lil min ħa commissions biex ta tender lil wieħed u mhux lill-ieħor, u filli għandna l-Gvern stess jagħti commissions minn flus il-poplu! Mhux ta’ b’xejn il-Kummissarju tal-Artijiet, li inqabeż fil-proċess kollu, irriżenja għax ma felaħx aktar b’każi bħal dan u tal-Australia Hall. Minn fuq, Joseph Muscat jgħidilna li dan sar bi żball. Jekk bi żball jagħti €4.2 miljuni minn flusna għal xi ħaġa li hi diġa’ tagħna, mela bir-rispett kollu postu mhux hemm. Imma minn fuq, l-iżball mhux ser iwaqqfu, u l-pagament li baqa’ joħorġu ħa joħorġu xorta waħda. Dak żball! L-Ingliżi jgħidu “to err is human, to persist in error is diabolical” – li tiżbalja hu uman, imma li tippersisti bl-iżball hu att ta’ ħażen.

Issa l-Awditur Ġenerali reġa’ innota tbażwira oħra. Ironikament, fl-istess żmien meta fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi il-Ministri Owen Bonnici, Edward Zammit Lewis u l-eletta-bi-żball Justyne “dawk sriep” Caruana kienu qed jippruvaw jinsinwaw li t-taħwid li kien hemm fix-xiri taż-żejt kien qed isir bl-involviment tal-Ministri, u jippruvaw ipoġġu l-kliem f’ħalq l-ex-Prim Ministru Lawrence Gonzi, u jippruvaw jagħtu x’jifhmu li l-korruzzjoni kollu saret tort tan-nuqqas tal-amministrazzjoni precedent, fl-istess żmien il-Ministru seħibhom Konrad Mizzi kien qed jindaħal hu fix-xiri taż-żejt. Tista’ tkun bla żejt f’wiċċek aktar minn hekk? L-Awditur Ġenerali jgħid li ma jistax jifhem kif il-Ministru indaħal u ta l-ordni hu biex iż-żejt jinxtara minn għand il-gvern dittatorjali u korrott tal-Azerbaijan. L-Awditur jgħid li ma sab l-ebda dokumentazzjoni li twassal għal din il-konklużjoni, u l-proċedura tal-Kumitati tas-soltu inqabżet. Dan ix-xiri wassal biex il-pajjiż tilef €14.2 miljuni. Forsi dan bi żball ukoll. Jewwilla qed jiġuna għoljin l-iżbalji ta’ dan il-Gvern! F’ġimgħa swewna €18.4 miljuni. U dawk li nafu bihom biss, aħseb u ara l-oħrajn li għadhom ma ħarġux. Normalment il-Gvern tal-Azerbaijan imsemmi ħafna li jagħti l-commissions lura lil min jixtri minn għandu. Nittama li ma rġajniex qed naraw skandlu ieħor iseħħ f’wiċċna.

Imma nsomma, li kieku ma tantx għandna biex niskantaw. Huma stess kienu qalu “u iva, inbażwru naqra ‘l hemm u naqra ‘l hawn”. Issa qed nifhmu x’riedu jgħidu biha. Iċ-ċuċata hi li għall-iżbalji u t-tbażwir tagħhom, inħallsu jien u int.



Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is