Skip to main content

Ninbiegħu lill-barrani

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 21 ta' Mejju 2015



Muscat reġa’ qed jagħmel waħda minn tiegħu. Waħda minn dawn il-ħafna mega-proġetti li jħobb iħabbar wara ħafna antiċipazzjoni, u li jekk ma toqgħodx b’seba’ mitt għajn xi jkun hemm moħbi wara ħafna kliem vag u pomposita’, u ma tiflix id-dettalji li jipprova ma jurikx, tispiċċa tibla’ l-lixka u taħseb li għamel xi biċċa xogħol ta’ barra minn hawn.

Hekk prova jagħmel bil-proġett ta’ żvilupp f’Żonqor. L-ewwel qalilna li dan kien investiment kbir ta’ DePaul University, universita’ Amerikana minn Chicago, li ser tiftaħ campus hawn Malta. Għaċ-ċerimonja tal-iffirmar, saħansitra rajna rappreżentanti minn DePaul jassistu, u l-Ambaxxatriċi Amerikana fost il-mistednin, biex jipprova jbellagħlna l-lixka. Imma kien hemm dettal kruċjali li xi wħud innutaw. Il-ftehim ma ġiex iffirmat bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u r-rappreżentanti tad-DePaul, iżda bejn il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-investitur Ġordaniż Hani Salah, li jmexxi kumpanija ta’ kostruzzjoni bl-isem ta’ Sadeen Group. U din ġagħlet lil ħafna jibdew jistaqsu, sa ma d-DePaul waslu fil-punt li jibagħtu stqarrija lill-media kollha lokali biex jinfurmawhom li huma ma kellhom x’jaqsmu xejn ma’ dan il-proġett, mhux ser ikunu qed imexxu l-“universita’”, u mhux ser joħorġu degrees f’isimhom. Qalu li huma ntalbu biss jipprovdu xi kurrikula biex din l-istituzzjoni li ħa tiftaħ issegwi.

U hawn waqgħet il-maskra ta’ dan il-proġett u l-mod kif Joseph Muscat prova jidħak bil-poplu Malti bl-ewwel gidba. Dan ma kien investiment edukattiv Amerikan xejn. Kien investiment ta’ kuntrattur mill-Ġordan, li qatt ma mexxa universita’ u qatt ma kien imdaħħal fi proġett edukattiv, imma biss f’bini ta’ lukandi.

Muscat qalilna wkoll li dan ser juża’ 90 tomna ta’ art abbandunata. Morna fuq il-post, iltqajna mar-residenti, u skoprejna li l-parti kbira tal-art li ser tingħata lil dan l-investitur hija art agrikola li tinħadem mill-bdiewa Maltin. Hija art tajba, art verġni, u mhux art mitluqa. Agħar minn hekk, il-binja ser tkun biswit art skedata bħala art ta’ valur xjentifiku u art ta’ valur ekoloġiku. Hija wkoll parti miz-zoni ta’ barra l-iżvilupp li kienet desinjata fil-pjani lokali bħala park naturali, u li allura kellu jitħalla fl-istat naturali tiegħu. Altru mill-art abbandunata! U hawn inkixfet it-tieni gidba ta’ Muscat. Mhux vera kien ħa jsir park naturali bħala kumpens. Il-park naturali kien ġa desinjat mill-pjani lokali. L-iżvilupp kien ħa jnaqqas minnu!

Muscat qalilna wkoll li kemm-il darba inbnew skejjel f’zoni ODZ. Li ma qalx Muscat huwa li l-pjan lokali jippermetti bini ta’ skejjel f’ODZ, sakemm jimxu ma ċertu kundizzjonijiet, fosthom li jkunu jmiss ma’ zona ta’ żvilupp, li ma jkunux fuq art ta’ valur agrikolu, xjentifiku jew ekoloġiku, jew ta’ valur viżiv, u li tkun f’post faċilment aċċessibbli minn toroq arterjali mingħajr ma jikkawża problemi ta’ traffiku. Is-sit li qed jipproponi hu fiż-Żonqor jikser dawn il-kundizzjonijiet kollha. Jiġifieri hemmhekk, lanqas skola tal-Gvern ma jippermetti li jsir il-pjan lokali, li tagħti edukazzjoni b’xejn lil uliedna, aħseb u ara skola privata għal studenti barranin u għal profit ta’ kapitalist.

Pero’ mhux talli hekk. Talli l-Gvern, bil-moħbi ta’ kulħadd, biddel il-liġi ta’ kif jiġu akkredidati l-Universitajiet f’pajjiżna, u daħħal klawsola li issa biha l-Gvern jista’ jinjora r-rekwiżiti kollha tas-soltu, u jakkredita Universita’ bl-iskuża tal-“interess nazzjonali”. Skuża antika mis-snin tmenin, biex biha istituzzjonijiet li ma jkollhomx il-kredenzjali jissejħu Universita’ jkun jista’ jtihom dan it-titlu.

Daqshekk pajjiżna sar tallab. Daqshekk pajjiżna sar lagħqi tal-barrani. Kuntent ibaxxi l-istandards tiegħu u jagħti artu b’xejn, basta erba’ min-nies jagħmlu lira, fosthom il-klikka ta’ Lorry Sant li għandha l-artijiet fl-inħawi.

Hija tassew ironika li l-Partit li għamel l-isbaħ tletin sena jgħid li s-sehem li Malta tat fit-Tieni Gwerra Dinjija għar-rebħa tal-Alleati u d-demokrazija kontra t-theddida tal-faxxiżmu, kienet mewta “għalxejn” u mewta “għall-barrani”, huwa l-Partit li issa li reġa’ tela’ fil-Gvern mhux biss qed ibiegħ ‘il Malta lill-barrani, imma lest jeqridha, jbaxxi l-istandards tagħha, u jieħu dak li hu tal-poplu biex jgħaddihulhom għall-interessi tagħhom u tal-erba’ ta’ madwaru. Min jaf Mintoff x’jitqalleb fil-qabar.




Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...