Skip to main content

Trasparenza u Onesta'

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 7 ta' Mejju 2015



Mal-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil mill-ewwel għamilha ċara li l-onesta’ ser tkun pedina importanti li fuqha jrid jibni l-programm politiku tal-Partit Nazzjonalista. Irid partit li jkun ċar man-nies, li jgħid l-affarijiet kif inhuma, li jirrispetta l-intelliġenza tagħhom, li ma jippruvax iwegħdhom affarijiet li ma jistax iwettaq, li ma jaħbilhomx il-fatti.

U hekk għamel sa mill-ewwel ġurnata tiegħu. Kien ċar fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit, mingħajr ma ħeba kemm kienet serja l-problema. Kien ċar fil-pożizzjonijiet li ħa fuq id-diversi materji politiċi. Ma ħeba xejn mir-rapport ta’ x’kienu l-fatturi li waslu għat-telfa elettorali tal-Partit Nazzjonalista. U kien ċar fuq l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Dejjem tkellem biss fuq il-fatti mingħajr tidwir tad-diskors. Għax iċ-ċittadini hekk jixiriqlhom, li jiġu stmati b’dinjita’.

Din l-onesta’ timxi id f’id mas-serjeta’ u l-professjonalita’ li biha jrid li jitmexxa l-Partit Nazzjonalista, u biex jasal għal dan ma iddejjaq xejn jieħu deċiżjonijiet iebsin. Mexxa ‘l quddiem tibdil fl-istatut li kompla fetaħ il-Partit, ra li jitwaqqaf Bord ta’ Awdituri biex jissorvelja l-ħidma ta’ kull fergħa u organu fil-Partit, irriforma l-media tal-Partit, ma ddejjaqx jagħmel reshuffle tas-shadow cabinet tal-Oppożizzjoni, mexxa l-ewwel oppożizzjoni f’pajjiżna li vvutat favur in-nomina ta’ President min-naħa tal-Gvern stess, mexxa oppożizzjoni li vvutat favur u mal-Gvern f’diversi liġijiet li dehrilha li kienu tajbin u li ma kellix tfixkel fihom, mingħajr ma qagħad lura milli jagħmel kritika kultant iebsa fejn kien hemm bżonn, mexxa l-aktar oppożizzjoni li qatt ressqet Private Members’ Bills u Abbozzi ta’ Liġijiet biex verament juri kemm il-Partit Nazzjonalista jrid ikun propożittiv, pro-attiv u innovativ, u mhux biss reattiv.

Din il-ġimgħa rajna prova oħra ta’ kemm Simon Busuttil irid li l-Partit Nazzjonalista verament jibbaża lilu nnifsu fuq is-serjeta’ u l-onesta’. It-Tlieta li għadda, meta sar magħruf li r-raġel tal-ex-Ministru Giovanna Debono kien ser jiġi mixli fil-Qorti b’diversi akkużi, il-Kap minnufih sejjaħ lil Giovanna Debono, u wara l-laqgħa li kellu magħha, aċċetta r-riżenja tagħha minn membru tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Mhux għax hi misjuba ħatja, imma għax anke l-fatt li r-raġel tagħha qiegħed taħt akkuża, ma jkunx xieraq li tibqa’ tirrapreżenta lil Partit sa ma isimha jkun imnaddaf.

Din hija l-istess ħaġa li l-Kap għamel meta l-ismijiet tal-ex-Ministri Michael Falzon u Ninu Zammit issemmew fil-lista ta’ nies li kellhom flus mhux dikjarati fl-Iżvizzera. Wieħed aċċetta r-riżenja tiegħu u l-ieħor ġie sospiż sakem ma tiġix iċċarata l-pożizzjoni tagħhom.

Dan hu l-istil ġdid ta’ politika li qed idaħħal Simon Busuttil. Politika fejn il-politiku jkun verament kontabbli għal għemilu. Fejn mhux kollox jgħaddi. Fejn l-inqas suspett iwassal għall-irfiegħ tar-responsabbilita’. X’differenza, x’kuntrast mal-Gvern preżenti li għalih kollox jgħaddi. Gvern li ma jara xejn ħażin li l-mara tal-Ministru tingħata €13,000 fix-xahar għalxejn, għax ħadd ma jaf fejnha. Li ma jara xejn ħażin li l-mara tal-ex-Ministru l-ieħor ġiet ippreferuta u l-Ministru ta ċ-ċittadinanza Maltija qabel għaddew ħames snin miż-żwieġ tagħhom. Li ma jara xejn ħażin fil-permess tal-villa barra miz-zona ta’ żvilupp ta’ Ministru ieħor minn tiegħu. Gvern li issa wkoll jidher intenzjonat li jkompli jeqred il-ftit kampanja li għad fadallu pajjiżna. Fuq dan pero’ forsi jkollna ċans niktbu darb’oħra.

Din ir-riżenja wasslet magħha deċiżjoni oħra: li s-Segretarju Ġenerali Chris Said intalab ma jerġax jikkontesta f’dan ir-rwol, u minflok jiffoka fuq Għawdex, fejn il-Partit Nazzjonalista jidher li jinsab f’diffikulta’. Deċiżjoni li Chris Said aċċetta b’umilta’ u dedikazzjoni. Minn hawn nawgura lil Chris għal din il-biċċa xogħol iebsa. Naf biċ-ċert li ħa jirnexxielu jġib ir-riżultati, bħalma f’sentejn ġab riżultati kbar fil-Partit, fosthom il-mod kif il-Partit reġa’ sar finanzjarjament sostenibbli. Awguri lilu f’din il-ħidma, u awguri lil min ser ikompli warajh fir-responsabbilita’ iebsa ta’ Segretarju Ġenerali.


Dan kollu juri kemm il-Kap tal-Partit Simon Busuttil huwa Kap li qed jimxi b’serjeta’ u irġulija kbira mal-attivisti tal-Partit u anke’ maċ-ċittadini li qed ifittxu li fil-Partit jaraw mudell eżemplari li jistgħu jerġgħu jafdaw bħala Gvern alternattiv. Juri wkoll li Simon Busuttil mhuwiex Kap tal-paroli, imma tal-fatti, u li ma joqgħodx lura milli jieħu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn, anke jekk dawn ikunu iebsa. Kull jum li jgħaddi qed ikompli jikber fl-istatura, u qed ikompli jimla lilna b’fiduċa sħiħa li mhux biss narawh Prim Ministru, imma li jerġa’ jkollna Prim Ministru li tassew inkunu kburin bih.



Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...