Skip to main content

Risposta ta' Statista

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 22 ta' Ottubru 2015



It-Tnjen li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għamel ir-replika tiegħu fil-Parlament għal budget li ħabbar dan il-Gvern ġimgħa qabel. Kien diskors li fih Simon Busuttil wera kif Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien jagħmel aħjar. Barra minn hekk, kompla jikxef l-iskandli ta’ dan il-Gvern, u kif il-ġid li qed jinħoloq flok jinqasam b’mod ġust jew jintefaq fi proġetti li jgawdi minnhom kulħadd, qiegħed jinqasam bejn il-ftit tal-qalba li qed jiffangaw bil-għama.

Kwotazzjoni li spiss tissemma hija li “politiku ħsiebu fl-elezzjoni li jmiss, statista ħsiebu fil-ġenerazzjoni li jmiss”. U naħseb m’hemmx sentenza li toħroġ aħjar id-differenza bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil f’kull aspett tal-budget.

Minħabba li limitat bl-ispazju, għal-lum ħa nħares biss lejn il-qagħda ekonomika. Joseph Muscat jiftaħar biss li l-ekonomija qed tikber. Ma jsemmi xejn fuq kif qed tikber u minn x’hiex inhu xprunat dan it-tkabbir. Mhux hekk Simon Busuttil. Mhux in-nies qegħdin hemm għall-ekonomija, imma l-ekonomija qegħda hemm għan-nies, allura mhix l-ekonomija waħedha li għandha tkun il-kejl ta’ kollox. Fir-replika tiegħu, Simon Busuttil spjega kif l-ekonomija qed tikber mhux b’mod sostenibbli, imma għax qed jonfoq aktar il-Gvern. U ara taħsbu li l-Gvern qed jonfoq aktar għax qed iwettaq xi proġetti kapitali u infrastrutturali li ħa jgħinu l-pajjiż jagħmel progress u jkun lest għall-isfidi ta’ għada. Anzi. Il-Gvern naqqas il-vot kapitali għall-infrastruttura b’€125 miljun! F’sentejn għamel €600 miljun dejn, mingħajr ma’ għamel proġett infrastrutturali wieħed, ħlief kompla dawk li beda Gvern Nazzjonalista, u ħafna minnhom b’fondi tal-Unjoni Ewropea. Mela fejn qed jintefqu dawn il-flus? Qed jintefqu f’pagi, f’konsulenzi u fit-tbaħrit tal-ħbieb tal-qalba. In-nefqa rikorrenti fuq il-pagi tal-Gvern kibret b’€180 miljun! Dawn huma flus li jridu jibqgħdu jintefqu sena wara l-oħra, u allura jekk darba fost l-oħrajn tinqala’ xi kriżi ekonomika li titlobna nieħdu miżuri ta’ awsterità, ma nkunux nistgħu nnaqqsu l-ispiża rikorrenti ta’ kull sena, u jkollhom jonqsu l-proġetti infrastrutturali meta l-aktar li jkun hemm bżonnhom. Daqshekk ma jimpurtahx mill-ġenerazzjoni ta’ għada Joseph Muscat.

 Il-qgħad li Muscat jiftaħar tant li naqqas, ukol qed jonqos mhux għax qed nattiraw xi investiment privat ġdid (għadna ma smajna bl-ebda kumpanija ġdid li investiet f’Malta u ħadmet in-nies f’dawn is-sentejn), imma għax qed iħaddem aktar nies mal-Gvern hu, u qed iqaċċat in-nies mir-reġistrar. Spiża li ħa jibqa’ jsib ma’ wiċċu kull Gvern li jmiss. Daqs kemm irnexxielu jnaqqas nies minn mal-Gvern il-Partit Nazzjonalista f’għaxar snin, Joseph Muscat reġa’ żiedhom f’sentejn biss.

U allura, meta wieħed jara l-ispejjeż fuq pagi u konsulenzi jiżdiedu, waqt li proġetti infrastrutturali jonqsu, wieħed jinduna li pajjiżna qiegħed f’sitwazzjoni fejn flok jiddejjen biex jinvesti, qed jiddejjen biex jitma’. Qisu missier ta’ familja li flok jieħu self mill-bank biex jibni sular, jew jixtri l-għamara, jieħu self mill-bank biex iżid il-pocket-money lit-tfal ħalli jibqgħu iċapċpulu. Imma din x’responsabbilità hi?


Fi ftit kliem, fuq naħa għandna lil dan il-Gvern moħħu biss fl-immedjat, fil-mument ta’ issa, f’kif ħa jimla l-bwiet ta’ min irid hu, f’kif ħa jagħmel “xi nies sinjuri” kif qalilna Toni Abela (li llum sirna nafu li hu wieħed minn dawk li qed isiru tabilħaqq sinjuri, għax konsulent fuq it-tfittxija taż-żejt, konsulent fuq it-traffiku, u konsulent fuq il-faqar), mingħajr ma jagħti kas ta’ xejn tal-ġejjieni u ta’ kif ħa jsaħħaħ ‘il-pajjiż għal futur. Fuq in-naħa l-oħra għandna l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil, lest biex ikun Gvern alternattiv, Gvern bi proposti konkreti li flok jiffukaw biss fuq il-mument ta’ issa, jiffukaw fuq x’investiment għandu bżonn il-pajjiż biex ikompli jissaħħaħ u jkun lest jilqa’ l-isfidi ta’ għada, filwaqt li jattira setturi ekonomiċi ġodda biex ikompli joħloq impjiegi ta’ kwalità għal uliedna, kif dejjem għamel Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Għalhekk, illum kulħadd qed jinduna li l-veru statista u l-Prim Ministru ta’ għada li jista’ jwettaq il-vera bidla li l-poplu xtaq huwa Simon Busuttil.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is