Skip to main content

Eżempju ta’ kontabbilità u irġulija

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar il-Ħamis 5 ta' Novembru 2015




Ir-riżenja ta’ Joe Cassar mill-Parlament ħasdet lil ħafna. Dan għaliex ilkoll nafu lil Joe bħala raġel integru, professjonali, u li dejjem fittex li jgħin lil kulħadd, għax dejjem poġġa l-umanità ta’ min fittex l-għajnuna tiegħu fuq quddiem.

Wara apoloġija tal-“iżball ta’ ġudizzju” li għamel tliet snin ilu, Joe mhux biss irriżenja minn kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura, imma irriżenja wkoll mill-Parlament. Sal-aħħar baqa’ juri l-karattru integru tiegħu, l-irġulija tiegħu u l-lealtà tiegħu lejn il-Kap u l-Partit. Kif spjega fl-ittra ta’ riżenja tiegħu, irid ikun ħieles jiddefendi ismu mingħajr ma jħalli lil ħadd jużah biex iħammeġ u jattakka lill-Kap u lill-Partit Nazzjonalista.

Għax din issa ħadnieha drawwa. Meta l-Gvern isib ruħu mgħarraq fi skandli gravi li jħammrulu wiċċu, jaqla’ xi tentufa fuq il-Partit Nazzjonalista biex idevja l-attenzjoni. U Joe Cassar ma riedx li l-Gvern ikompli jinqeda bih b’mod daqshekk malinn biex itappan il-kritika ġusta li qed tagħmel l-Oppożizzjoni fuq il-governanza ħażina ta’ dan il-Gvern.

Mhux hekk biss, pero’ b’din ir-riżenja l-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil qegħdin juru li lesti li bħala Partit, anke’ mill-Oppożizzjoni, nibdew indaħħlu l-kultura ta’ responsabbilità u kontabbilità għal kull deċiżjoni żbaljata jew ħażina li jieħdu l-politiċi. Mhux bil-paroli, mhux bil-wegħdi, imma bil-fatti.

X’differenza. X’kuntrast minn Joseph Muscat. Ir-riżenja ta’ Joe Cassar ġiet minkejja l-fatt li Gaffarena ma ħa xejn la minn għand Joe Cassar u lanqas mill-Partit Nazzjonalista. La ħa l-permess għall-pompa tal-petrol illegali li għandu f’Ħal Qormi, u lanqas ħa b’aktar minn €3 miljun f’artijiet. Mill-banda l-oħra, kemm ilu li tela’ Prim Ministru Joseph Muscat u żamm taħt idejh kemm il-MEPA u kemm il-Lands, Gaffarena nħariġlu l-permess illegali għal pompa tal-petrol, u it-tifel tiegħu ingħata ruxxmata artijiet pubbliċi. Wieħed allura bilfors jistaqsi Gaffarena x’ta lill-Partit Laburista, lill-Joseph Muscat, jew lis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, biex ġie akkomodat b’dan il-mod?

Ejja ma ninsewx li s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon siefer ma’ Gaffarena, iltaqa’ u tkellem miegħu dwar il-binja ta’ Strada Zekka, kellu uffiċċjal mis-Segretarjat tiegħu jakkumpanja lil Gaffarena għand il-Lands, ħallieh jagħżel x’artijiet ried, qagħad jistennieh jixtri l-kwart l-ieħor tal-binja qabel l-esproprju flok avviċina s-sidien l-oħra, biex għamlu sinjur esproprja binja li l-Gvern m’għandux bżonnha, u l-Uffiċċju Intern tal-Investigazzjoni f’Kastilja ikkonkluda li l-ftehim kien illegali!

U ma ninsewx ir-rigal tal-Australia Hall lill-Partit Laburista, ir-rigal ta’ €4.2 miljun minn fuq daharna lis-sidien tal-Café Premier, u l-kirja illegali li qed tagħmel il-GWU lil entità parastatali stess minn ħwejjeġ il-Gvern.

Mhux jirriżenjaw u jitolbu apoloġija jmisshom Michael Falzon u Joseph Muscat tal-ħmieġ li hawn għaddej taħthom, imma jroddu lura lill-poplu dak li tteħiedlu u jmorru jistaħbew!

Wieħed jistaqsi wkoll fejnha l-Pulizija biex tinvestiga dawn id-deals jintnu li qed isiru bi ħwejjiġna, u kemm qed tfittex kienx hemm skambji ta’ flus għaddejjin warajhom. Wara kollox, għandhom jiftakru li qegħdin hemm biex jinvestigaw lil kull ċittadin, inkluż il-Ministri u l-Prim Ministru jekk hemm bżonn.

Fl-aħħar nett, joħroġ ċar li l-Partit Nazzjonalista l-kontabbilità u r-responsabbilità politika li jixtieq jara l-poplu mhux biss jippriedkahom, imma jwettaqhom. Il-vera bidla li ried il-poplu fl-aħħar elezzjoni, jista’ jtihielu biss il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil, u mhux il-Partit tal-ħabi u tad-deals jintnu mmexxi minn Joseph Muscat.


Minn hawn nirringrazzja lil Joe Cassar tas-servizz leali u minn qalbu li ta lill-Partit Nazzjonalista, lil pajjiżna u lil kostitwenti tiegħu, u nuri solidarjetà miegħu u mal-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is