Skip to main content

Il-ħuta minn rasha tinten

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 17 ta' Diċembru 2015


Mhux ta’ b’xejn li l-poplu huwa diżilluż mill-politika. Ta’ kuljum, ifeġġu skandli ġodda li jkomplu jgħarrqu lil dan il-Gvern u l-membri tiegħu. Safrattant, il-Prim Ministru ma jieħu l-ebda azzjoni, ħadd ma jerfa’ responsabbilità, u l-poplu jibqa’ jħoss li l-Prim Ministru u l-klikka tiegħu jħossuhom ‘il fuq mil-liġi. Dak li japplika għalina, ma japplikax għalihom.

Il-ġimgħa l-oħra l-Ombudsman ikkundanna b’mod ċar il-permess ta’ bini li inħareġ lis-Segretarju Parlamentari Ian Borġ. Dan is-Segretarju Parlamentari nħariġlu permess li lil ħaddieħor, tliet snin ilu, ġie rifjutat. L-Ombudsman qal b’mod ċar li l-applikant, Ian Borġ, kien qarrieqi meta ma għamilhiex ċara li sid il-proprjetà huwa hu, u staħba wara isem missieru. Fir-rapport tiegħu, l-Ombudsman għamilha ċara wkoll li l-fatti li ħalliet barra l-case officer tal-MEPA meta irrakkomandat l-approvazzjoni tal-permess ma jistgħux jitqiesu bħala żbalji, għax kienet l-istess case officer li ftit snin qabel fuq l-istess permess ikkwotat dawn l-istess fatti biex irrakkomandat li jiġi rifjutat. U la mhuwiex żball, mela huwa qerq.

U quddiem akkuża serja bħal din, Ian Borġ jgħid li hu ħa jibqa’ għaddej, u l-Prim Ministru jgħid li l-Ombudsman żbalja u ħa jkun qed jikkoreġieh hu. Ifakkarni ħafna f’ġenituri li meta t-tfal iġibu ruħhom ħażin u l-għalliem jagħmel għalihom, flok jikkoreġuhom huma wkoll iħebbu għall-għalliem. Hija ħasra minn żewġ aspetti.

L-ewwel nett hija ħasra li anke l-ġenerazzjoni suppost ġdida tal-Partit Laburista hija qarrieqa bħal, jekk mhux iżjed minn, ta’ qabilha. Ian Borġ kien jirrapreżenta wiċċ ġdid għal Labour. Minn flok, ġa jinsab ikkundannat mill-Ombudsman, u investigat mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. It-tieni nett, hija ħasra li Joseph Muscat, flok jitlob li tintrefa’ r-responsabbilità, iċanfar l-Ombudsman u jiddefendi l-qerq.

U għalhekk bilfors li l-poplu jħossu mqarraq, u jħossu ma jista’ jagħmel xejn quddiem dawn l-inġustizzji li qed isiru issa bil-barka u l-approvazzjoni ta’ Joseph Muscat. Mill-banda l-oħra, wieħed diffiċli jista’ ħafna responsabbilità u korrettezza minn Joseph Muscat, għax hu stess qed jara kif jisloħ u jaħtaf l-iżjed. Il-kera tal-karozza tiegħu stess lilu nnifsu għal €7000 fis-sena hija biss it-tibna li qed naraw aħna. Kulħadd konvint li l-intiena tinten li ħierġa mill-iskandli oxxeni tal-Café Premier, l-artijiet ta’ Gaffarena u r-rigal ta’ art pubblika lil Hani Salah biex jibni “università” fiż-Żonqor, tfisser li xejn ma jsir għal xejn, speċjalment ksur ta’ regoli u tidwir mal-liġijiet biex xi ħadd isir sinjur.

Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur ikompli juri l-qiegħ li qed tmiss il-governanza f’pajjiżna. Nuqqasijiet fil-mod kif qed jinxtara u jiġi kkunsmat il-fuel mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru innifsu (ironikament l-istess Prim Ministru li ħareġ jiġri jikkundanna li Simon Busuttil involut fl-ikbar skandlu f’pajjiżna – dak tas–€70 fuel li issa l-iSpeaker irtira għax qal li “m’hemm ebda evidenza”). Ksur tar-regoli tal-public procurement fl-għoti ta’ direct orders mingħajr tenders u kwotazzjonijiet. Nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-inventarju ta’ Villa Francia, fejn il-mara tal-Prim Ministru tħobb tiddandan torganizza l-attivitajiet. U l-oxxenità ta’ għoti ta’ direct order għal pariri legali ta’ €170 fis-siegħa. Hawn min lanqas jaqlagħhom fil-ġimgħa! Imma dan Gvern tagħna lkoll, ġust, u jqassam il-ġid b’mod ugwali, hux tassew?

Huwa f’dan il-kuntest li d-dokument “Nibnu fiduċja ġdida fil-politika” imniedi mill-Partit Nazzjonalista joffri raġġ ta’ tama għal dawk kollha ta’ rieda tajba, laburisti u nazzjonalisti, li jinsabu mdejjqin jaraw il-politika tinżel għal dan il-livell. Li tilfu l-fiduċja kollha tagħhom fil-politiċi. Li waslu biex jibdew jemmnu li l-politiċi kollha xorta.

Il-Partit Nazzjonalista u l-Kap tagħna Simon Busuttil qed joffri soluzzjoni, proposti, u stil ta’ politika ġdida. Politika li tnaqqas mill-poteri assoluti tal-Gvern, u tagħti lura l-poter lill-poplu u lis-soċjetà ċivili. Li tagħmel it-trasparenza u l-onestà l-mod normali kif issir il-politika, mhux l-eċċezzjoni. Li tgħolli l-istandards mistennija mill-politiċi mhux tbaxxiehom.

Bl-appoġġ tagħna lkoll, Simon Busuttil jista’ jerġa jtina Malta li verament inkunu kburin ngħixu fiha, li titmexxa b’diċenza min-nies responsabbli u kompetenti li jirrispettaw l-intelliġenza tal-poplu.


Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lilkom il-qarrejja l-Milied u s-sena t-tajba!


Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is