Skip to main content

Niġi għalik u nifqgħak

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 3 ta' Diċembru 2015




Hija theddida li għandek tistenna jekk int tikkritika lil xi ħadd, skont il-Ministru tal-Libertajiet Ċivili u l-Ugwaljanza Helena Dalli. Ma tarax tiftaħ ħalqek, tgħidilna li qed nagħmlu l-affarijiet ħażin, u ma tistenniex li xi Deputat, xi rappreżentant tal-poplu, jheddek li jiġi għalik u jivvjolentak?

F’sentenza waħda, il-Ministru Helena Dalli ħattet il-ġlidiet u l-kampanji kollha li saru minn gvernijiet suċċessivi kontra l-vjolenza domestika, kontra l-preġudizzju li dejjem żvantaġġja lill-mara.

Huma ħafna n-nisa li jibżgħu jirrappurtaw vjolenza domestika. Li joqogħdu lura. Li għal snin sħaħ, meta irrappurtaw każi simili, ġew milqugħa lura mir-risposta “imma int x’għamiltlu biex għamillek hekk?” Kampanja wara kampanja ta’ informazzjoni, iġġieldet dan it-tip ta’ rispons. Il-Puliziji ġew mgħallma biex ma jaċċettaw qatt il-vjolenza domestika bħala reazzjoni ġustifikata għal xi aġir ieħor, u lanqas ma jagħtu xi forma ta’ reazzjoni li biha l-vittma tista’ tinterpreta l-vjolenza b’dak il-mod. Għax il-vjolenza mhi ġustifikata u skużata qatt.

U f’dan il-lat għad baqa’ xi jsir, ħafna. Għadek issib nies li meta jisimgħu b’każi ta’ vjolenza domestika jirreaġixxu b’mod li jiskużawha għax jassumu li kien hemm xi provokazzjoni jew xi raġuni għaliha. Għadek issib nies li anke’ meta jisimgħu bi stupru, jippruvaw jitfgħu parti mit-tort fuq il-mara, fuq x’libset jew kif ġabet ruħha, u li kienet hi li pprovokat dik ir-reazzjoni. U dan hu ħażin.

U allura, f’dan il-kuntest, jidher ħafna u ħafna aktar gravi l-kumment tal-Ministru Dalli, li għal ġieħna hi l-Ministru tal-Ugwaljanza u l-Libertajiet Ċivili, li tipprova tiġġustifika theddida ta’ vjolenza minn raġel fuq mara, għax skont hi kienet il-mara li pprovokatu bi kliemha.

Tajjeb infakkru l-kuntest li fih sar dan it-theddid. Kienet sessjoni tal-Parlament, wara ġimgħa li fiha Marlene Farrugia irriżenjat mill-Grupp Parlamentari Laburista għax dan il-grupp kien qed jivvota kontra dak li huma stess wegħdu fil-manifest elettorali, u li fiha d-Deputat Farrugia kritikat dan l-aġir. F’sessjoni suċċessiva, waqt li hi lanqas biss kienet fil-pussess tal-kamra u lanqas biss kienet qed titkellem, id-Deputat Joe Debono Grech qabad jgħajjat u jgħajjarha. X’kienet il-provokazzjoni? Il-kritika li din id-Deputat bħala rappreżentant tal-poplu għamlet lill-Gvern li ivvota kontra dak li wiegħed qabel l-elezzjoni. U f’nofs dan it-tgħajjir, Debono Grech jhedded li jivvjolentaha.

Hija ħasra li fid-diskussjoni tal-mozzjoni li biha l-Oppożizzjoni ikkundannat l-aġir ta’ Debono Grech, u r-ruling tal-ispeaker li poġġa t-theddid ta’ Debono Grech fl-istess livell tal-kliem lura li qalet Farrugia, Debono Grech sab l-appoġġ ta’ tliet nisa mill-Grupp Parlamentari Laburista: Justyne Caruana, Deborah Schembri u Helena Dalli. Iġġustifikawh, iddefendewh, u tefgħu t-tort fuq min ipprovokah. Anzi l-Ministru tal-Ugwaljanza kompliet tgħaxxaqha matul dil-ġimgħa meta qalet li Deputat mara indipendenti għandha l-istess poter u saħħa ta’ Deputat raġel fih daqsha darbtejn meta dan jheddida li jivvjolentaha.

Mhux ta’ b’xejn li Farrugia qalet li l-pożizzjoni ta’ Dalli m’għadhiex tenibbli u għandha tirriżenja minnufih.

Għax il-messaġġ li bagħtet Dalli, li bagħat Muscat, u li bagħat il-Gvern Laburista huwa li f’Malta liberali u progressiva, jekk tikkritika tkun qed tistedinha. Jekk tgħajjar, stenna l-vjolenza lura.


U b’mod speċjali jekk tikkritika l-Gvern, tkun qed tipprovoka, tkun qed tiġġustifika t-theddid ta’ vjolenza fuqek, u jekk xi ħadd jheddek u jsawwtek, miskin int għax tkun ġibtha fuqek b’idejk.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is