Skip to main content

Il-bidu tat-tmiem

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 3 ta' Frar 2016




Qed nibda l-artiklu b’din il-frażi għax hija l-mod li bih il-Kap tal-Partit Nazzjonalita Simon Busuttil iddeskriva xi jfisser l-iskandlu ta’ Gaffarena għal Gvern ta’ Muscat. Dan jista’ jkun il-bidu tat-tmiem ta’ dan il-Gvern.

Fl-opinjoni tiegħi, huma tlieta r-raġunijiet prinċipali għalfejn dan huwa minnu.

L-ewwel nett, dan l-iskandlu wera biÄ‹-Ä‹ar li mhux talli għandna Gvern li l-korruzzjoni ma jiġġilidhiex, mhux talli għandna Gvern li mhux jikkontrolla l-iffangar ta’ dawk qrib tiegħu, iżda talli għandna Gvern li l-korruzzjoni jorganizzaha hu minn Kastilja. Din hija waħda mill-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ä enerali, li kkonkluda li f’dan l-iskandlu kien hemm “kollużjoni”, u allura ftehim fil-moħbi biex isir gwadann illeÄ‹itu, bejn is-Segretarjat tal-Segretarju Parlamenteri fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-Dipartiment tal-Artijiet, u Gaffarena. Kien Gaffarena li iddeÄ‹ieda li jsir l-esproprju u x’ħa jieħu hu, u kien jaf minn qabel xtara ż-żewÄ¡ kwarti ta’ proprjeta’ li l-Gvern ħa jixtrieha minn għandu bi prezz ogħla.

Agħar minn hekk, waqt l-investigazzjoni tiegħu l-Awditur sab li matul dawn id-9 xhur mindu feġġ il-każ, il-minuti fil-file Ä¡ew rinumerati, u kien hemm korrispondenza li Ä¡iet mibdula d-data tagħha. Dan juri li matul dawn ix-xhur kien hemm attentat ta’ cover-up biex il-verita’ ma toħroÄ¡x. U allura huwa giddieb il-Prim Ministru meta jgħid li dan il-każ kien żball. Meta tieħu żball tara x’tagħmel biex tirranÄ¡ah, mhux tipprova tgħattieh. U żball ma tippjanahx minn qabel. Dan mhux żball. Dan frodi organizzat, maħsub u premeditat. U organizzat f’Kastilja.

It-tieni nett, dan l-iskandlu kompla jikkonferma kemm għandna Prim Ministru li ma jiddejjaq xejn jipprova jgħaddi l-poplu biż-żmien. Wara li rajnieh jigdeb u jirreÄ‹ta fil-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena, issa ranieh jirreÄ‹ta bil-kawża li fetaħ hu bħala Deputat kontra l-Gvern tiegħu stess, biex forsi wara snin u snin il-Qorti, jikkonvinÄ‹ieha tħassarlu ftehim li iffirma l-Ministeru tiegħu għax jaħasra “ħa żball”. Mela l-ewwel il-Ministru tal-Lands Joseph Muscat waqqa’ l-kawża kontra l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq l-Australia Hall. Imbagħad il-Ministru tal-Lands Joseph Muscat approva, mill-email privata tiegħu, minn wara dahar kulħadd, il-ftehim oxxen tal-Café Premier għax ma riedx “itawwal fil-Qorti”, kif b’mod ipokrita qed jagħmel issa fil-każ ta’ Gaffarena. Issa, għandna d-Deputat Joseph Muscat jiftaħ kawża kontra l-Ministru tal-Lands Joseph Muscat biex iħassar il-ftehim li dan għamel disa’ xhur ilu.

Taf x’qed nistennieh jagħmel biex jgħaqqad ir-reÄ‹ta? Jgħidilna li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħa jkeċċi l-Ministru tal-Lands Joseph Muscat għax dan il-Ministru għaffeÄ¡ wisq f’dan id-Dipartiment f’sentejn biss!

It-tielet punt li ħareÄ¡ minn din l-istorja hija li għandna Korp tal-Pulizija pupazz f’idejn il-Gvern u f’idejn Gaffarena. Wara 9 xhur rieqed, jew ma jarax gazzetti, il-Kummissarju bagħat il-Pulizija jinvestigaw il-files tad-Dipartiment tal-Lands, f’reÄ‹ta oħra organizzatat minn Kastilja. Korp tal-Pulizija li ftit tax-xhur ilu kien immexxi minn Kummissarju li kien involut fin-negozju mal-Gaffarena li suppost uliedu kienu qed jinvestigaw. Illum għandna t-tielet Kummissarju f’sentejn appuntat minn dan il-Gvern, li jiddispjaÄ‹ini ngħid qed jiddiżappunta wkoll. U n-nuqqas ta’ fiduÄ‹ja fil-Korp tal-Pulizija hija inkwetanti ferm mhux biss għall-Oppożizzjoni, imma għal poplu li jippretendi li dawn jimxu bl-istess kejl ta’ liÄ¡i ma’ kulħadd.

Infakkar li ftit tax-xhur ilu, Ä¡ie rappurtat ukoll kif is-Sindku Laburista fil-Gudja bagħat il-Pulizija għand resident li deherlu li ma kellux imur jinqeda fil-bini tal-Kunsill “għax jgħid kontrieh”. Abbuż Ä‹ar ta’ poter mis-Sindku, u abbuż tal-Pulizija li tħallew li jintużaw għal dik li hi intimidazzjoni politika. L-Ispettur taż-Å»ejtun intalab jispjega dan. Il-Kummissarju tal-Pulizija Ä¡ie infurmat b’dan. Iżda ħadd minnhom ma kellu d-diÄ‹enza jwieÄ¡eb jew jieħu azzjoni.

Għax forsi f’dan il-każ, għadu ħadd ma Ä¡ibdilhom l-ispaga minn Kastilja.

Il-poplu issa qed jiddejjaq jassisti għal pantomimi u l-inÄ¡ustizzji, fejn min għandu l-flus u l-poter ikun ‘il fuq mil-liÄ¡i, isir miljunarju, waqt li l-ħaddiem, l-istudent, il-pensjonant, u l-onest, iridu jitqannew biż-żidiet miżeri fil-pagi u l-pensjonijiet, bl-għoli sfrenat tal-ħajja, u bis-serq ta’ kuljum mill-pompi tal-petrol.

Iva ħbieb, il-poplu qed jiftaħ għajnejh, u dan jaf huwa l-bidu tat-tmiem ta’ dan l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta’ pajjiżna, biex jekk Alla jrid, flimkien ma’ Simon Busuttil, nerÄ¡għu nnaddfu l-politika, insaħħu l-istituzzjonijiet kif jixraq lil pajjiż demokratiku u Ewropew fis-seklu 21, u nibnu ekonomija mibnija fuq investiment u xogħol reali li jgawdi minnu kulħadd, mhux fuq bejgħ ta’ passaporti u ogħti ta’ art b’xejn li qed igawdu minnha biss tal-qalba.



Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...