Skip to main content

Sena ta' żvolti

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 7 ta' Jannar 2016



Bdiet sena oħra, u f'dan iż-żmien huwa tajjeb li nħarsu lura lejn is-sena li għada kemm għaddiet. Fil-lat politiku nazzjonali, kienet sena interessanti ferm. Sena li rat żvolta fil-mod kif issir il-politika kemm fuq in-naħa tal-Gvern, u kemm fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni.

Sfortunatament, rajna Gvern li matul is-sena li għaddiet sar aktar sfaċċat fl-iskandli li jħalli għaddejjin, jew saħansitra jorkestra hu. L-istorja ta' Gaffarena, li tibda mill-permess għal pompa illegali, tkompli bl-oxxenita' tal-artijiet tal-Gvern li ingħata wara esproprjazzjoni immuntata fuq kwart ta' proprjeta' fil-Belt. L-istorja tal-familja Zammit, li jinstab li kienet imsieħba fin-negozju ma' Gaffarena, bit-tifel ta' Zammit fl-istess ħin jinvestiga lir-raġel tat-tifla ta' Gaffarena dwar qtil, u l-istess tifel jgħaddi bord minn mal-Pulizija u jiddaħħal fl-Enemalta għal għexieren ta' eluf ta' ewro. Stejjer li lanqas jekk tkun qed tikteb telenovella ma jiġuk f'moħħok.

Agħar minn hekk kien hemm diversi skandli orkestrati jew approvati mill-Prim Ministru. Dak tal-Cafè Premier, approvat mill-email privata tal-Prim Ministru nnifsu; l-14,000 visa u permessi tar-residenza foloz lil Libjani bl-involviment tat-Teżorier tal-Partit Laburista u tas-7,000 visa lil Alġerini maħruġin mill-Konsolat ġdid li Joseph Muscat stess fetaħ u li poġġa fih lil kuġinuh; it-taħwida tal-art taż-Żonqor u tal-baċir ta' Bormla li ttieħdet mill-poplu u ingħatat għal ċuċata lil persuna li għażel il-Prim Ministru, mingħajr ebda sejħa għall-offerti, u mingħajr esperjenza fil-qasam edukattiv; il-garanzija bankarja ta' 360 miljun ewro li l-Gvern ta minn flusna għal power-station li m'għandniex bżonn, u li dettalji tagħha ma taniex għax fi kliem Edward Scicluna "jkun hemm effett ħażin ħafna fuq l-ekonomija" jekk joħorġu d-dettalji; u l-permess li inħareġ b'ingann u b'abbuż lis-Segretarju Parlamentari Ian Borġ, fejn il-Prim Ministru qed jiddefendieh u jirrifjuta li jagħti każ dak li qalu kemm l-Ombudsman u kemm il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni biex dan il-permess jitraġġa' lura.

Dan wassal biex f'din is-sena naqqset sew il-fiduċja tan-nies fil-politika. U dan ħareġ f'diversi surveys li ġew ippublikati. Lejn l-aħħar tas-sena, ħareġ ukoll survey fost in-negozjanti u kuntratturi li juri li żdied sew in-numru ta' dawk li jemmnu li biex tirbaħ tender jew kuntratt mal-Gvern trid tiffinanzja l-Partit politiku jew ixxaħħam lil xi ħadd. Kif jgħid il-Malti, il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn, u dan is-sentiment ta' korruzzjoni istituzzjonalizzata minn fuq qed jinħass sew fost il-poplu.

Sfortunatament spiċċajna bi Gvern li flok juża l-liġi biex jipproteġi l-poplu, jara kif idur mal-liġi biex jisraq lill-poplu ħalli jgawdu tal-qalba u dawk qrib Muscat.

B'kuntrast ma' dan, u jkolli ngħid b'sens ta' tama wkoll, kien hemm żvolta opposta fil-Partit Nazzjonalista. Apparti d-diversi każi fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wera kif qed jgħolli l-istandards ta' mġieba li jistenna mid-Deputati u mill-membri tal-Partit, il-Partit Nazzjonalista beda jippreżenta ruħu wkoll bħala Gvern alternattiv. Apparti milli jikkritika lill-Gvern, qed jgħid ċar u tond ukoll hu x'ser ikun qed jagħmel minflok meta jkun fil-Gvern. Għal dan il-għan, ippubblika żewġ dokumenti importanti: "Ekonomija għan-nies", fejn fih jagħti l-viżjoni ekonomika tiegħu biex il-ġid jinqasam b'mod iżjed ġust għal kulħadd, u "Nibnu fiduċja ġdid fil-politika", li fih il-Partit Nazzjonalista jagħti aktar minn mitt proposta ta' kif ser ikun qed ireġġa' lura standards ta' governanza tajba u mġieba korretta fost il-politiċi.

Il-Partit Nazzjonalista qed iżomm il-wegħdi tiegħu li jkun onest u jgħid minn qabel x'ser jagħmel. Qiegħed ukoll jagħmel patt ċar mal-poplu ta' x'ser ikun il-kejl li bih ħa jkun qed jimxi fil-Gvern. U qiegħed jibdel il-politika, billi għall-ewwel darba qed naraw partit li jipproponi mill-Oppożizzjoni. Dawn jawgura tajjeb għal futur.

L-isfida l-kbira ta' din is-sena għal Partit Nazzjonalista ser tkun li jikkonvinċi lil dawk li huma diżillużi mill-politika, li dak li qiegħed iwiegħed ser iżommu, u li mhux biss ser ikun aħjar minn Joseph Muscat illum, imma anke aħjar milli kien il-Partit Nazzjonalista stess fil-passat.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is