Skip to main content

Għalfejn Panama?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 2 ta' Marzu 2016




L-aħbar li l-Ministru Konrad Mizzi waqqaf kumpanija sigrieta fil-Panama, f’isem trust li waqqaf f’New Zealand, fiż-żmien li hu kien Ministru, ixxukkjat lil kulħadd. Aktar u aktar għal fatt li Mizzi kien jipprova jagħti l-impressjoni ta’ politiku ġdid u modern.

Għalkemm Konrad Mizzi prova jagħti l-impressjoni li qed jiddikjara dan kollu biex ikun trasparenti, il-verità hi li kien kostrett jitkellem fuqu għax dan ġie żvelat mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Li kieku Konrad Mizzi ried jiddikjara din il-kumpanija sigrieta, ma kienx jinkorpora fil-Panama. Inkorpora fil-Panama biss għal fatt li din hi ġurisdizzjoni li ma tiżvela xejn mit-transazzjonijiet li jkunu għaddejjin f’dawn il-kumpaniji sigriet. Tant hu hekk li din hi blacklisted mill-Unjoni Ewropea stess li aħna nagħmlu parti minna! Din waħedha ukoll hi raġuni għala Mizzi għandu jirriżenja. Kif jista’ jkollok fiduċja f’Ministru li jmur kontra l-blacklisting tal-Gvern li jagħmel parti minnu hu stess?

Aktar minn hekk, ir-raġuni għala l-Panama hija blacklisted huwa għax din ma tikkoperax mal-investigazzjonijiet ta’ pajjiżi oħra rigward ħasil ta’ flus, qliegħ mill-korruzzjoni u finanzjament ta’ terroriżmu. U allura li jkollok Ministru ta’ Gvern li jpoġġi dan is-suspett ikrah fuqu hija gravi ħafna.

Konrad Mizzi qed jipprova jbellagħhielna li waqqaf din il-kumpanija biex teħodlu ħsieb l-assi tiegħu. Pero’ x’assi iddikjara hu fil-Parlament? Iddikjara dar f’Londra, dar f’Malta, €300,000 f’depożiti u daqstant ieħor f’self. Dan ifisser li d-dar ta’ Londra jew ta’ Malta għadhom taħt self mill-bank, u allura l-bank ma jħalliehx imexxiehom f’kumpanija jew trust, waqt li l-ammont ta’ flus hu żgħir wisq biex jiġġustifika t-twaqqif ta’ dan is-setup moħbi u kumplikat. U wieħed jistaqsi, x’sens qatt jista’ jagħmel li jmexxi flusu minn fuq ismu għal fuq kumpanija tiegħu? Biex jiffranka t-taxxa? Lanqas din mhi raġuni, għax il-paga tiegħu toħroġ dirett mill-Gvern u jiġi intaxxat mis-sors mal-ewwel. U peress li hu Ministru, ma jista’ jkollu l-ebda paga oħra.

Allura r-raġuni hija waħda: din il-kumpanija ma twaqqfitx biex jitmexxew flus fiha, imma biex jidħlu fiha flus ġodda. U la għażel li jwaqqafha f’post sigriet bħal Panama, ma ttinix tort naħsbu li l-flus li jridu jidħlu fiha ġejjin minn attività illeċta.

Speċjalment issa li nafu li dan is-setup ma sarx minnu biss, imma sar ukoll minn Keith Schembri, iċ-Chief-of-Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru. U li t-tnejn li huma dan sarilhom mill-istess persuna, Brian Tonna, li għandu uffiċċju f’Kastilja. U li l-kumpanija twaqqfitilhom fil-Panama mid-ditta legali Mossack Fonseca, li qisu din kienet parti mir-roadmap, fetħet proprju uffiċċju f’Malta xahrejn wara l-elezzjoni tal-2013 mill-istess Brian Tonna. U li skont artikli f’ġurnali internazzjonali, din hija d-ditta li tintuża mid-dittaturi, oligarki, terroristi, u ħassiela tal-flus. U li t-tnejn sarilhom fiż-żmien meta flimkien ma’ Joseph Muscat u Kurt Farrugia, marru l-Azerbaijan mingħajr ma ħadu lil ħadd mis-servizz pubbliku jew diplomatiku kif isir is-soltu, u għamlu ftehim taż-żejt li minnu pajjiżna tilef €14-il miljun. U li dan huwa l-istess Ministru li biegħ l-akbar assi tal-pajjiż: l-Enemalta, il-power-station tal-BWSC, l-ipprivatizzar tal-isptar San Luqa, il-ftehim ma’ Barts, u l-kuntratt tal-Electrogas – kollha kuntratti li għadhom s’issa moħbija.

Iriduna nemmnu li dan kollu kumbinazzjoni, u li tant aħna imzazen li ma nafux ngħoddu mill-wieħed sal-għaxra. Qed jipprova jbellagħhielna li ħa jiġi investigat mill-Kummissarju tat-Taxxa, meta nafu li l-Panama mhi ħa ttih l-ebda informazzjoni. Qed jipprova jbellagħhielna li kollox sewwa għax issa ħa jagħlaqha, meta ma għandna l-ebda garanzija li l-għada jiftaħ ħamsa oħra flokha.

Bi sħaba sewda bħal din fuqu, kwalnukwe’ Prim Ministru li jġib lil pajjiżu l-ewwel, kien ikeċċi kemm lilu u kemm lil Schembri, ħa jserraħ moħħu li ma jiġix imċappas hu magħhom. Minn flok, qed naraw lil Prim Ministru jiddefendiehom bil-qawwa kollha. Anzi, lil Konrad Mizzi sa għażlu bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Bħal li kieku dan kollu normali, dan kollu etiku, dan kollu tajjeb.

U din tfisser ħaġa waħda. Li l-Prim Ministru ilu jaf b’din il-biċċa xogħol, u qed jibża’ li jekk jaqgħu huma, jaqa’ hu magħhom.

Imma issa l-poplu m’għadux iblah. Issa l-poplu qed jifhem li l-prezz ta’ dan kollu qed iħallsu hu, fost l-oħrajn bl-ogħla prezzijiet tal-petrol u diesel fl-Ewropa, prezzijiet li suppost niżlu bin-nofs. U għalhekk il-poplu qed jirvilla għal min daħak bih u ttradieh b’mod daqshekk sfaċċat.

U għalhekk, nhar il-Ħadd, flimkien ser ngħidu “issa daqshekk” għal dan il-ħmieġ, għal din il-korruzzjoni, għal din il-kultura tax-xejn mhu xejn, li mhux biss qed inħallsu qares għalija bi flusna, imma qed tagħmel ħsara irreparabbli lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.





Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is