Skip to main content

Pajjiż bla boxxla morali

Artiklu li deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 16 ta' Marzu 2016




F'intervista lura fl-2004, qabel ma kien biss kandidat għall-Presidenza Amerikana għall-Partit Demokratiku, Barrack Obama kien qal li għalih "l-ikbar sfida hija li dejjem iżżomm il-boxxla morali."

Sfida li b'mod partikolari għal min hu involut fil-politika, huwa importanti li jżomm quddiemu. B'boxxla morali qed nifhmu d-direzzjoni ta' x'inhu tajjeb jew ħażin fl-għażliet li wieħed jagħmel. X'inhu etiku u x'mhuwiex. X'inhu sewwa li jsir, u x'mhuwiex.

Huwa ġustifikat li mill-politiċi wieħed jistenna boxxla morali aktar riġida minn ta' ħaddieħor. Għax politiku qiegħed f'pożizzjoni ta' tmexxija, u allura huwa mistenni minnu li jagħti l-eżempju. U politiku għandu wkoll ċertu poter. U l-poter, jekk ma toqgħodlux attent, faċli jikkorrompi.

Sfortunatament f'pajjiżna qed jiġri l-oppost. Minflok mal-politiċi fit-tmexxija qed jagħtu l-eżempju, qegħdin jinqabdu fi skandlu wieħed wara l-ieħor. Bini b'permessi dubjużi, taħwid fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni Ewropea, esproprju ta' proprjeta' korrott li minnu individwu jsir miljunarju, ftehim korrott ieħor li minnu bi flus il-poplu jitħallsu d-djun ta' negozju li kien qed ifalli, u tant skandli li waħda wara l-oħra qed joħolqu fil-poplu sentiment ta' dwejjaq fejn iħossu ma jista' jagħmel xejn biex jiddefendi ruħu minn dawn l-abbużi ta' poter jew biex juri l-għadab tiegħu għal kif qed jintefqu flusu.

Iċ-ċirasa fuq il-kejk kienet ir-rivelazzjoni li l-id il-leminija tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u d-Deputat Mexxej il-ġdid li għażel il-Prim Ministru, Konrad Mizzi, waqqfu kumpaniji sigrieti fl-istess żmien fil-Panama, b'format li s-soltu jintuża minn kriminali u terroristi biex jaħslu flus li jdaħħlu b'mod illegali, minn korruzzjoni, minn tixħim. Id-dubju jkompli jikber meta wieħed jirrealizza li waqqfu dawn il-kumpaniji fl-istess żmien meta minn wara dahar kulħadd, flimkien mal-Prim Ministru, innegozzjaw ftehim ta' xiri ta' żejt mill-Azerbaijan, mingħajr ħa ħadu magħhom l-ebda uffiċċjal pubbliku, u li minn dan il-ftehim il-poplu Malti tilef 14-il miljun ewro. Agħar minn hekk, niskopru li biljunarju qrib il-President tal-Azerbaijan, xahar wara fetaħ sitt kumpaniji simili permezz tan-Nexia BT, l-istess aġenzija li użaw Konrad Mizzi u Keith Schembri, u li dawn is-sitt kumpaniji ingħalqu ftit xhur biss wara, kif soltu jsir minn min ikun qed jaħsel flus kriminali biex dawn isiru legali.

Konrad Mizzi qalilna li ma għandu xejn x'jaħbi, u li kien ħa jiddikjara kollox. Anzi, il-Prim Ministru qalilna li l-Partit Nazzjonalista kien jaf li Mizzi kien ħa jiddikjara kollox u allura ħareġ l-istorja qabel dawn ġew dikjarati, għax inkella ma kien ikun hemm l-ebda skandlu. Din hija dikjarazzjoni giddieba li ġiet imgiddba mill-istess sors li ħareġ l-istorja oriġinali. Tant Konrad Mizzi ma ried jiddikjara qatt din il-kumpaniji, u għamel dan biss għax inkixef minn Daphne Caruana Galizia, illi fil-formula li biha applika biex waqqaf din il-kumpanija indika li ma jrid iħalli li jsir ebda forma ta' awditjar fuqha (kif qed jipprova jbellagħhielna li ħa jkun qed jagħmel), li jrid tkun f'segretezza u kunfidenzjalita' assoluta, u li fiha ma kien ħa jgħaddi l-ebda assi li wiret (kif prova jbellagħhielna li kien ħa jagħmel).

Quddiem dan il-gideb u ħabi kollu, wieħed bilfors jissuspetta ħażin. U allura wieħed jistenna li l-Prim Ministru, jieħu azzjoni u jneħħi lil dawn in-nies li qed itappnu mhux biss lill-Gvern, imma r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Minflok, qed naraw Prim Ministru jiddefendiehom. U dan iwassalna għal konklużjoni waħda: li l-Prim Ministru wkoll involut f'dawn l-iskandli, u allura ma għandu l-ebda saħħa morali biex jieħu azzjoni u jżomm il-boxxla morali ta' pajjiżna u tal-Gvern tiegħu fid-direzzjoni t-tajba.

Wieħed jistenna wkoll li l-Pulizija, li suppost jaġixxu b'mod indipendenti u awtonomu mill-Gvern, jieħdu azzjoni u jibdew jinvestigaw. Iżda huwa ċar li erġajna qed ngħixu fi stat polizjesk, fejn il-Pulizija jaġixxu biss taħt il-kontroll tal-Gvern, u allura n-nies fil-poter ma għandhom l-ebda forza tal-ordni tissorvelja dak li qed jagħmlu u tinvestiga l-imġieba tagħhom.

Dan qed iwassal għal kroll totali ta' kull sens ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet, fl-awtoritajiet u f'sens ta' etika li għandha tmexxina. Għalhekk, qed isir importanti aktar minn qatt qabel li dawk kollha li għandhom rieda tajba, li jemmnu li l-affarijiet għandhom isiru b'mod differenti, li jemmnu li fis-seklu 21 pajjiżna jixraqlu governanza aħjar, jitkellmu, joħorġu għonqhom, u jingħaqdu flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li qed joffri lil pajjiżna tama ta' bidla fid-direzzjoni t-tajba. Li qed iwiegħed lil pajjiżna li l-missjoni tiegħu u l-missjoni tagħna ser tkun waħda: dik li nnadfu s-sistema politika darba għal dejjem. Biex Malta ssir verament Ewropeja. Biex il-poplu jerġa' jibni fiduċja fl-awtoritajiet u fl-istituzzjonijiet. U biex il-poplu jieqaf iħallas minn butu tal-korruzzjoni u tal-ħmieġ li jagħmel lil ftit miljunarji, u lil ħafna jħalliehom lura.

U r-riżultati qed juruna li bil-ħidma tagħna lkoll flimkien, l-onesta' u s-sewwa jistgħu jerġgħu jirbħu.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is