Skip to main content

Power station ta' gideb

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 11 ta' Mejju 2016




Meta politiku jigdeb għax ma jkunx jaf il-fatti sew, huwa ħażin, għax fil-pożizzjoni tiegħu għandu jara li jkun infurmat sew fuq is-suġġett li qed jitkellem fuqu. Iżda meta politiku jigdeb b’mod konxju, u jgħid affarijiet li jkun jaf li mhumiex minnhom, il-ħażin huwa ħafna agħar, għax hawnhekk il-problema mhix li l-politiku mhux infurmat iżda li b’mod konxju qed iqarraq b’dawk li qed jitlobhom il-fiduċja tagħhom. 

Meta qabel l-elezzjoni kont nieħu sehem f’diversi dibattiti ma’ Konrad Mizzi, dak li imbagħad inħatar Ministru tal-Enerġija, dan Konrad Mizzi kien jiġi f’kull programm ibiegħ il-proġett tal-Powerstation tal-gass, li skont hu kellu jsir f’sentejn, kellu jsir mingħajr ma tiġi privatizzata l-Enemalta, kellu jiswa €376 miljun li kien ħa joħroġ il-privat mingħajr riskju fuq il-Gvern, li għalih kienu ħa jinbnew żewġ tankijiet fuq l-art, u li permezz tiegħu kien ħa jitħallas id-dejn tal-Enemalta u jorħsu l-kontijiet tad-dawl.

Għal diversi drabi għednielu li dan ma jistax ikun. Għednielu li impossibli jinbnew żewġ tankijiet tad-daqsijiet li qal hu biex jaħżnu l-ammont ta’ gass li kien hemm bżonn. Għednielu li impossibli proġett ta’ dik ix-xorta jsir f’sentejn. Iżda hu baqa’ jinsisti li aħna konna negattivi, li hu kien ħa jbiddel il-mentalità li proġetti tal-Gvern jaqbżu d-deadline ta’ meta jitlestew. Li hu qalilna, kien ser isalva l-Enemalta u grazzi għal dan il-proġett iraħħsilna l-kontijiet tad-dawl u jagħlaq dik li hu iddeskriva bħala “il-fabbrika tal-kanċer”.

Għaddiet l-elezzjoni, Konrad Mizzi inħatar Ministru, u bdew is-sorpriżi. F’daqqa waħda, spiċċat l-idea tat-tankijiet fuq l-art u skoprejna li kien ħa jirmonka tanker f’nofs il-port ta’ Marsaxlokk biex jaħżen il-gass. Skoprejna li l-kumpanija privata li ħa tagħmel il-proġett kulma għandha huma assi ta’ €10,000, u li l-proġett ħa tagħmlu kollu b’self mill-bank li għalih il-garanzija ta’ €360 miljun ħa ssir mill-poplu Malti u Għawdxi. Skoprejna li ma kien hemm l-ebda pjan biex tiġi salvata l-Enemalta, imma li din ħa tinbiegħ. Skoprejna li ħa jkunu għaddew tliet snin u nofs u l-proġett ħa jkun għadu mhux lest. Skoprejna li l-Gvern ħa jintrabat jixtri l-elettriku kollu ta’ din il-powerstation għal 18-il sena sħaħ. Skoprejna li l-kontijiet tad-dawl setgħu jorħsu mingħajr ma ssir din il-powerstation, għax kellna interconnector kważi lest, u dik li laqqmu bħala “fabbrika tal-kanċer” tant kienet effiċjenti u nadifa li ffrankat mill-ispiża taż-żejt u wasslet għal arja aktar nadifa. Skoprejna li l-għada li ħa l-ġurament tal-ħatra, il-Ministru Mizzi kien diġa’ qed jipprova jiftaħ kumpanija sigrieta fil-Panama. Skoprejna wkoll li kumbinazzjoni waħda mill-kumpaniji fil-konsorzju li ħa jagħmel il-proġett, il-Gasol, kienet kważi falluta u ma sarx due diligence tajjeb fuqha, u kumbinazzjoni dakinhar li rtirat mill-konsorzju u biegħhet l-ishma tagħha, il-Ministru Mizzi mexxa l-kumpanija li kellu fil-Panama għal ġot-trust li kellu fi New Zealand.

Imma agħar minn hekk, sirna nafu li dakinhar li Konrad Mizzi kien qed jgħidilna negattivi u “shame on you” meta bdejna ngħidulu l-fatti fuq il-proġett li kien qed iwiegħed, hu diġa’ kellu quddiemu rapport mill-Gasol li kien jgħid li ma setgħux isiru tankijiet fuq l-art u l-gass ħa jkollu jinħażen f’tanker, li l-proġett kien ħa jiswma bejn nofs biljun u biljun ewro, u li kien ħa jieħu bejn erba’ u ħames snin biex jitlesta. Iva, Konrad Mizzi kien diġa’ infurmat li aħna kellna raġun u li hu kien qed jigdeb minn qabel l-elezzjoni. Iva, Konrad Mizzi kien qed jigdeb konxjament meta kien qed jgħid li ħa jibni t-tankijiet tal-gass, li ħa jlestieh f’sentejn, u li ħa jiswieh €376 miljun, għax ir-rapport li kellu quddiemu sa minn dak iż-żmien kien jgħid mod ieħor.

U allura, issa li nafu li Konrad Mizzi kien lest jigdeb b’mod daqshekk sfaċċat qabel l-elezzjoni, kif qed nistgħu nemmnu li mhux qed jigdeb issa meta jgħidilna li l-kumpanija sigriet fil-Panama bil-kont moħbi fid-Dubai jew postijiet oħra, riedhom għal affarijiet nobbli u tajba? Kif qatt nistgħu nemmnuh li l-miljun ewro fis-sena li kien ħa jitfa’ fihom kienu ġejjin minn qliegħ onest meta l-paga tiegħu ta’ Ministru hija ta’ madwar €60,000 fis-sena u ma għandu l-ebda assi oħra dikjarati li jistgħu ituh dak il-qliegħ?


U kif qatt nistgħu nemmnu li l-Prim Ministru Muscat mhuwiex kompliċi miegħu meta qed jiddefendieh b’dan il-mod, u meta anke hu kien konxju minn qabel l-elezzjoni li dak kollu li kien qed iwiegħed Konrad Mizzi kien gidba sħiħa mill-bidu sal-aħħar.



Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...