Skip to main content

Kummissarju għas-sens komun

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 21 ta' Lulju 2016


Bħalissa fil-Parlament qed tiġi diskussa liġi mressqa mill-Oppożizzjoni ftit xhur biss wara l-elezzjoni tal-2013, illi biha jitwaqqaf Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika. Ir-rwol ta’ dan il-Kummissarju jkun li jinvestiga imġieba mhux xierqa ta’ politiċi, kemm Ministru u kemm Membri Parlamentari, kif ukoll fejn hemm bżonn ta’ persuni f’karigi pubbliċi u ‘positions-of-trust’. Dan il-Kummissarju jkun maħtur minn żewġ terzi tal-kamra biex igawdi indipendenza assoluta mill-Gvern u minn kull influwenza partiġġjana. Din il-proposta, il-Partit Nazzjonalista infatti fid-dokument tal-governanza tajba qed jagħmel anke’ għal ħatriet tal-Kummissarju tal-Pulizija, tal-President, tal-Avukat Ġenerali, tal-Prim Imħallef, u ta ħatriet importanti oħra.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien qisu intebaħ mill-ewwel li l-intenzjonijiet ta’ dan il-Gvern fejn tidħol imġieba etika, integra u trasparenti, ma kienu xejn sbieħ. U infatti f’dawn it-tliet snin rajna diversi skandli ta’ kif il-Gvern u l-membri tiegħu imxew ħażin. Agħar minn hekk, fl-imġieba tagħhom sabu s-sostenn u l-appoġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat, minflok il-kundanna tiegħu. Kundanna illi, ngħiduha kif inhi, ftit seta’ jagħmel għax hu l-eżempju tiegħu ma tantx qed jagħtihom x’jifhmu li jistenna standards ta’ imġieba għoljin minn għandhom.

Infakkru li dan huwa l-Prim Ministru li qed jikri l-karozza tiegħu stess lilu nnifsu, illi mdawwar b’nies f’Kastilja illi fetħu kumpaniji sigrieta fil-Panama u kontijiet moħbija biex idaħħlu flus minn senserija ftit ġranet biss wara l-elezzjoni, illi mill-email privat tiegħu approva pagament ta’ €4.2 miljun ewro minn flusna lil ħbieb tiegħu tal-Café Premier mingħajr ma kellna bżonn, illi ta l-Australia Hall b’rigal lill-Partit Laburista, illi ta l-art taż-Żonqor b’rigal lil kuntrattur li iltaqa’ miegħu għal ħames minuti, u li fil-Ministeru tiegħu għamel lil Gaffarena miljunarju.

Issa ejja nkunu onesti. Fil-verità, hemm bżonn ta’ Kummissarju biex jgħidlek li din l-imġieba hija ħażina? Hemm bżonn ta’ Kummissarju biex jgħidlek li jekk tipprova tqarraq f’applikazzjoni tal-permess tal-MEPA u jaqbdek l-Ombudsman, għandek twarrab? Hemm bżonn Kummissarju biex jgħidlek illi mhuwiex sew li tigdeb meta x-xufier tiegħek jinqabad jispara fuq in-nies? Hemm bżonn Kummissarju biex jgħidlek li huwa ħażin tagħmel lil xi ħadd miljunarju bi skambju għal nofs proprjeta’ li l-pajjiż m’għandux bżonn? Hemm bżonn Kummissarju biex jgħidlek li mhux etiku li Ministru jaċċetta kirja b’xejn minn għand negozjant? Iva dawn mhux affarijiet tas-sens komun?

Pero’ sfortunatament hekk ġejna f’dan il-pajjiż. Tant il-Gvern tilef l-awtorità morali, illi jekk xi ħaġa mhix speċifikata bil-liġi li hija illegali, ma jimpurtahx mill-implikazzjonijiet etiċi jew morali tagħha, u jagħmilha. X’ħasra. Hija tassew ħasra li għandna Gvern li qed jimbutta soċjetà fejn dak kollu li mhux illegali jiġi aċċettat bħalha tajjeb. Fejn tintilef il-boxxla morali u s-sens tar-raġuni. Fejn anke’ għal affarijiet li suppost jurihomlok is-sens komun u kuxjenza iffurmata, għandek bżonn Kummissarju għassa tiegħek.

U din l-attitudni ġiet ikkonfermata anke’ minn Deborah Schembri fil-Parlament. Skont Schembri, l-iskandlu Gaffarena sar għax ma kienx hemm liġijiet illi jwaqqfu xi ħaġa hekk milli ssir.  L-iskandlu sar mhux għax il-Gvern mexa ħażin, imma għax il-liġi ħallietu jimxi ħażin. F’kelma waħda, Deborah Schembri qed tgħidilna li fejn hemm loophole fil-liġi, fejn m’hemmx reat, il-Gvern lest jimxi ħażin basta jilħaq l-għanijiet partiġġjani tiegħu.


Quddiem din it-tip ta’ attitudni u ta’ nuqqas ta’ sens komun, huwa dmir tal-Partit Nazzjonalista li jara fejn il-liġijiet qed jippermettu dawn in-nuqqasijiet, u jkompli jkun proattiv bil-proposti tiegħu biex dawn jitranġaw u jingħalqu, kif għamel b’dan l-abbozz għal Kummissarju għall-Istandards.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...