Skip to main content

Budget soċjali jew budget bla pjani?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 26 ta' Ottubru 2016



Il-ġimgħa li għaddiet tħabbar il-budget tal-Gvern Laburista għas-sena li ġejja. Budget li l-Gvern sejjaħlu “budget soċjali”. Pero’ kemm kien soċjali dan il-budget, speċjalment meta dan kien ġej minn partit suppost soċjalista, u speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu li ilna tant niftaħru li l-pajjiż għandu ekonomija sejra tajjeb u li qed tikber b’rata mgħaġġla?

Ejja nibdew mill-kontijiet tad-dawl. Wara li l-kontijiet kienu raħsu grazzi għall-interconnector, l-effiċjenza tal-power station tal-BWSC u t-tnaqqis drastiku fil-prezz taż-żejt, kulħadd stenna li issa li daħal f’pajjiżna t-tanker tal-gass u ser tibda topera l-power station l-ġdida tal-Electrogas, il-kontijiet kienu ser jerġgħu jorħsu. Fl-aħħar mill-aħħar, din kienet il-wegħda tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni: li jibni power station ġdida taħdem bil-gass u li grazzi għaliha jkun jista’ jtina roħs ta’ €70 miljun fil-kontijiet tad-dawl. Iżda minkejja li l-partners soċjali kollha talbu u stennew dan it-traħħis biex tiżdied il-kompettivita’ ta’ pajjiżna, dan ma wasalx.

Fuq il-problema l-kbira l-oħra li qed jaffaċċja pajjiżna, dik tat-traffiku. X’semma’ dan il-budget? Semma’ miżura waħda short-term, dik li żgħażagħ ta’ 18-il sena jingħataw sena jużaw it-trasport pubbliku b’xejn. Miżura tajba, imma li waħedha żgur li mhux ser tkun biżżejjed. Il-Partit Nazzjonalista propona 35 miżura short-term li jistgħu ikollhom effett immedjat. Sfortunatament, il-Gvern Laburista irredikolahom u ħela xhur milli jibda jimplimentahom. Issa, fil-budget, semma’ żewġ miżuri minnhom: trasport lill-ħaddiema ta’ dipartimenti tal-Gvern, u l-inċentivi lill-kumpaniji privati li jipprovdu trasport lill-ħaddiema tagħhom. Prosit, nieħdu pjaċir li l-Gvern fl-aħħar beda jagħti kas il-proposti kostruttivi li ilha tagħmel l-Oppożizzjoni. Konna nieħdu pjaċir aktar kieku beda jagħti kashom mill-ewwel u kieku jimplimenta aktar minnhom. U apparti dawn il-miżuri short-term, wieħed kien jistenna almenu l-bidu ta’ pjani fit-tul ta’ kif ser tissolva din il-problema.

Inkomplu naraw x’kienu l-inċentivi soċjali li daħħal dan il-Gvern. €2.25 iżjed fil-ġimgħa lil min qiegħed fuq il-paga minima u lill-pensjonanti. Biżżejjed dan biex jgħin lil dawn in-nies joħorġu mill-faqar? Skont ir-rapport tal-Caritas, fl-aħħar tliet snin biss, familja bi dħul baxx żdiditilha l-ispiża bi €800 fis-sena. U dan biex tixtri biss l-affarijiet bażiċi, mingħajr vaganzi u mingħajr kapriċċi ta’ xejn. Sfortunatament, la l-pagi, la ż-żidiet tal-għoli tal-ħajja, u lanqas dawn iż-żidiet fl-allowances ma waslu biex dawn il-familji jiżdidilhom id-dħul tagħhom b’rata biżżejjed biex jibqgħu ilaħħqu mal-ħajja. Jiġifieri mhux biss mhux qed jimxu ‘l quddiem, iżda m’għadhomx ilaħħqu ma’ dak li kienu jixtru tliet snin ilu.

Kien hemm ftit miżuri soċjali oħra li daħħal dan il-Gvern, li kienu miżuri li ppropona l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni. Dawn kienu t-tneħħija tal-income tax minn fuq il-pensjonijiet, it-tnaqqis tat-taxxa fuq dividends minn shares, li s-sick leave jintuża għal meta jimirdu t-tfal (għalkemm f’dan il-każ il-Gvern ħabbar biss bidu ta’ konsultazzjoni), u t-tneħħija tat-taxxa fuq il-faqar li kien daħħal dan il-Gvern stess, jiġifieri iż-żieda fuq il-kera soċjali. L-ewwel għamel tliet snin jeħodilhom u jpoġġiehom f’riskju akbar ta’ faqar, issa ħa jerġa’ jnaqqasha u jtihielhom lura.

Apparti minn hekk, il-vera għajnuna soċjali li għandhom bżonn in-nies l-aktar vulnerabbli, li huma dawk li qed jiffaċċjaw mard jew problemi ta’ saħħa, ma waslitx. Il-pensjonanti xorta ser ikollhom jibqgħu jixtru l-mediċini mill-ftit pensjoni li għandhom. Dawk li qed jiffaċċjaw mard bħal kanċer xorta ser ikollhom jittallbu għall-mediċini. Il-Partit Nazzjonalista ġa wiegħed li l-mediċini b’xejn ser tkun waħda mill-ewwel affarijiet li jwettaq, għax huma dawn l-aktar nies vulnerabbli li għandhom bżonn l-aktar għajnuna.

U fuq Għawdex smajtu xi ħaġa ġdida? Xejn, ħlief  l-istess affarijiet li smajna fil-budgets ta’ qabel. Għax bilħaqq, kien hemm ħafna ripetizzjonijiet, fosthom erġajna smajna li għandhom proġett ta’ €50 miljun f’housing soċjali kif smajna s-sena l-oħra. Jagħmel parti mis-27% tal-miżuri li tħabbru s-sena l-oħra u li ma twettqux din is-sena. L-aqwa li kien għamel kważi erba’ siegħat għaddej jgħid x’ser jagħmel.

Mill-bqija, il-budget ma qalilna xejn fuq il-viżjoni li għandu dan il-Gvern u fejn irid jieħu l-ekonomija tagħna. Ma qalilna xejn fuq setturi ekonomiċi ġodda u l-impjiegi ġodda li jrid joħloq għaż-żgħażagħ tagħna. Ma qalilna xejn fuq il-middle class u kif din ħa timxi ‘l quddiem. Ma qalilna xejn fuq is-self-employed, tal-ħwienet u l-manifattura. Ma qalilna xejn fuq il-fondi tal-Unjoni Ewropea. Ma qalilna xejn fuq il-ħarsien tal-ambjent.

U ovvjament, ma qalilna xejn fuq il-korruzzjoni u meta ser jibdew l-inkjesti u l-investigazzjonijiet fuq min inqabad bil-kontijiet u kumpaniji moħbija fil-Panama.



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is