Skip to main content

Istħu!

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 9 ta' Novembru 2016




F’Mejju 2015, Konrad Mizzi, bħala Ministru tas-Saħħa, kien ħabbar li l-Vitals Global Healthcare kienu ġew magħżula bħala l-aħjar bidders għall-investiment ta’ €200 miljun fis-settur tas-saħħa.

Bażikament, b’dan il-ftehim din il-kumpanija kienet ħa tixtri l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u tirrinovahom.

Wieħed jistenna li meta Gvern ikun ħa jbiegħ servizz tant essenzjali bħalma hu dak tas-saħħa, mhux biss jagħmel due diligence bis-serjeta’ fuq min huma l-investituri, imma jassikura li dawn l-investituri jkunu nies b’esperjenza twila fit-tmexxija tas-servizzi tas-saħħa. Pero’ ejja nħarsu ftit lejn kif ġara dan il-ftehim, u min huma dawn il-Vitals Global Healthcare, għax hawnhekk ġara kompletament l-oppost.

Ejja nibdew mill-fatt li kien ġa f’Marzu tal-2015, xahrejn qabel ingħata t-tender, li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet ġa ħabbret ma’ min iltaqa’ l-Gvern u ma’ min ftiehem biex jgħaddi s-servizz tas-saħħa. Fi blog ħabbret li dawn huma Oxley Capital, u kellha raġun, Oxley Capital huma l-grupp ta’ investituri li għandhom sehem fil-kumpanija Vitalis Global Healthcare. Iva, għax fi żmien li applikaw għat-tender kien jisimhom Vitalis. Ħaġa tal-iskantament pero’ it-tender ġie iffirmat mal-Vitals. Forsi ittra biss hemm differenti, imma fil-verita’ dan jagħmilha kumpanija kompletament separata. Tant hi separata li din il-Vitals twaqqfet f’Malta f’Mejju 2015 stess, ġurnata biss qabel tħabbar min ingħata t-tender! Nixtieq inkun naf xi due diligence sar allura fil-ġimgħat ta’ qabel fuq kumpanija li kienet għadha lanqas biss teżisti!

Imbagħad kien hemm kumbinazzjoni oħra. Il-kuntratt mal-Vitals ġie iffirmat fit-30 ta’ Novembru 2015. U kumbinazzjoni, l-email biex jinfetħu l-kontijiet sigrieti ta’ Konrad Mizzi, Keith Schembri, u l-misterjuż Sur Egrant, intbagħtet mis-Sur Karl Cini tan-Nexia BT jumejn wara. Kontijiet li fihom ikkonfermaw li ħa jġoġġu €1 miljun fis-sena.

Kumbinazzjoni, f’daqqa waħda Malta saret ħabiba speċjali tal-Montenegro. Il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel żjara ma’ Konrad Mizzi fil-Montenegro, fejn iltaqa’ mal-Prim Ministru Montenegrin li ġie ivvutat bħala l-Persuna tas-Sena fil-Korruzzjoni u l-Kriminalita’ Organizzata mill-OCCRP. Dan il-Prim Ministru żar ukoll Malta din is-sena. Anke’ l-President Coleiro Preca bgħattna l-Montenegro twitti t-triq! U kumbinazzjoni fuq il-kumibazzjonijiet, il-Montenegro issa wkoll qed jidħlu fi ftehim eżatt bħal ta’ Malta ma’ din il-Vitals Global Healthcare biex jingħaddula s-servizzi tas-saħħa ta’ hemmhekk.

Pero’ dawn il-kumibazzjonijiet mhumiex biżżejjed. Minn due diligence li sar minn klijent li ġie avviċinat mill-Vitalis Global Healthacare biex jaħdem fuq dan il-proġett, sirna nafu li “ekx-Ministru tal-Gvern Malti” (probabilment John Dalli), mar Dubai biex jinnegozzja mas-sub-contractors li kienu interessati jaħdmu fuq dan il-proġett, u qallhom li jekk riedu dan ix-xogħol kellhom javviċinaw lil Ram Tumuluri, il-persuna li qed titkellem għal Vitalis. Id-due diligence li sar minn dan il-klijent jagħmillu din ir-rakkomandazzjoni:

“Ibbażat fuq dan kollu, nirrakkomandaw lill-klijent tagħna biex ma jinvolvi ruħu bl-ebda mod f’dan il-proġett. Il-kuntrattur (Vitalis) huwa kumpanija falza (sham company), u m’għandux l-esperjenza la biex iwettaq u lanqas biex imexxi l-proġett. Barra minn hekk, ir-risku ta’ ħsara lir-reputazzjoni tiegħek huwa kbir, għax il-partijiet li qed jirrapreżenta Ram Tumuluri huma l-istess kukkanja li inkixfet mill-Panama Papers. Hemm riskju serju ta’ investigazzjoni mill-UE fuq korruzzjoni fil-kuntratti tal-Gvern, partikolarment dawk li ħarġu minn Projects Malta.”

Iva ħbieb, il-kuntratturi interessati fil-proġett qed jiġu rakkomandati biex iżommu l-bogħod minn Ram Tumuluri u mill-Gvern Malta minħabba l-korruzzjoni.

U min hu dan Ram Tumuluri li qed jirrapreżenta lil Vitals Global Healthcare? Li nafu fuqu hu li seraq $400,000 minn kontijiet ta’ hotel li kellu fil-Kanada u ħarab, u li kumpanija li ħadmet miegħu qalet lil David Thake f’telefonata fuq ir-radju li “ix-xamma ta’ korruzzjoni li għandkom hija probabli minnha…li hu involut f’attivitajiet illeċiti, ma tiskantanix…mhuwiex persuna affidabbli…qatt f’ħajjitna ma naħdmu miegħu jew nafdawh.”

U għadkom mhux konvinti li dan huwa ftehim jinten, korrott, u maħmuġ? Mela ħa nżidu din. Din il-ġimgħa fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia ġie leaked il-kuntratt, li l-Gvern ippubblika b’ħafna faċċati vojta jew mgħottija bit-tipex. U taf xi skoprejna? Li l- “investiment ta’ €200 miljun mill-privat” huwa gidba. Għax il-Gvern Malti ftiehem li jħallashom €50 miljun fis-sena għat-tletin sena li ġejjin.

Iva ħbieb. L-investituri li ħa jieħdu f’idejhom is-servizz tas-saħħa ta’ pajjiżna, u li ma nafux minn huma għax moħbija wara kumpanija moħbija fil-British Virgin Islands, ħa jieħdu minn fuq daharna €1.5 biljun fuq 30 sena!

Anke mis-saħħa tagħna qed tabbużaw! Istħu! Korrotti!



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is