Skip to main content

It-tanker tal-gass: l-ERA għandha tivvota kontra (2)

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2016


Fl-aħħar artiklu tiegħi fin-Nazzjon, dħalt ftit fid-dettal fuq in-nuqqasijiet li hemm fir-rapport tas-sigurta’ tat-tanker tal-gass (LNG) li ġie ppreżentat quddiem l-Awtorita’ tar-Riżorsi fl-applikazzjoni tal-Electrogas biex dan it-tanker jibda jopera. Illum ħa nkompli nsemmi xi nuqqasijiet oħra li sibnia fir-rapporti marittimi, u li ssottomettejna fir-rapport li ppreżentajna lill-Awtorita’.

Fl-istudji marittimi skoprejna li r-rapporti tal-qawwa u d-direzzjoni tal-mewġ fil-bajja ta’ Marsaxlokk ma sarux abbażi ta’ qisien reali li jittieħdu minn baga li titpoġġa fil-post. Din hija l-proċedura li tintuża s-soltu fi proġetti ta’ ċertu kobor. Per eżempju kulmeta saret xi estensjoni tal-Freeport, ukoll għal madwar sentejn ittieħdu qisien dettaljati u reali fil-post qabel ma nbniet. Fil-każ ta’ dan it-tanker skoprejna li r-rapporti ibbażaw ruħhom biss fuq qisien li ittieħdu minn fuq website fuq l-internet!

Dan in-nuqqas joħroġ b’mod ċar fir-rapport innifsu, li jagħmel twissija li dawn ir-riżultati mhumiex ta’ min jorbot fuqhom meta wieħed jiġi għad-disinn għax ma ttieħdux qisien reali fil-post. Il-bużillis hi li din it-twissija għad-disinn qiegħda f’rapport datat 18 ta’ Diċembru, meta d-disinn tal-jetty fejn ħa jankra l-vapur mhux biss kien lest, imma saħansitra kien diġa’ nbena!

Zona ta' esklużjoni

Ir-rapporti jitkellmu ċar ukoll fuq żona ta’ esklużjoni mad-dawra kollha tal-vapur. Fir-rapporti ta’ sigurta’, din iz-zona tant hi meqjusa importanti li tissemma’ mas-Safety Critical Measures, jiġifieri miżura ta’ sigurta’ kritika għall-operat tal-vapur. Transport Malta qalet fil-laqgħa pubblika li din iz-zona ta’ sigurta’ ħa tkun ta’ madwar 100 sa 200 metru mad-dawra kollha tal-vapur. Ir-rapport jgħid li din ħa tkun infurzat minn patrol boat. Pero’ s’issa għadna ma smajna xejn la din il-patrol boat hu ser tkun operata minn Transport Malta jew mill-Armata, la hux ser tkun qed iddur mal-vapur 24 siegħa kuljum, la hux ser tkun on standby u toħroġ biss jekk xi ħadd jidher riesaq lejn il-vapur. Assolutament dettalji ta’ xejn. In-nuqqas ta’ dawn id-dettalji qed jinkwieta wkoll lis-sajjieda u lil dawk kollha li jużaw il-port, speċjalment matul it-tliet ijiem fix-xahar li dan it-tanker ħa jkollu tanker ieħor ankrat maġenbu biex jimlieh. Il-port ser ikun magħluq f’dawn il-ġranet?

Apparti dan, ser ikun hemm ukoll zona ta’ esklużjoni għall-avjazzjoni. Għalkemm ir-rapporti, f’kull parti tagħhom, jgħidu li l-proġett ma jinsaxb fir-rotta ta’ avjazzjoni tal-ajruport u allura ma sar l-ebda studju fuq dan, ftit tal-ġimgħat ilu Transport Malta ħabbret li ser ikun hemm tibdil fir-rotot ta’ kif wieħed jiġi għar-runway tal-Ajrport proprju minħabba dan il-proġett, għax fuqu ħa jkun hemm zona ta’ 3 kilometri dijametru fejn ma jistgħux itiru ajruplani.

Kunsiderazzjonijiet ġeoloġiċi

Nuqqas ieħor fir-rapporti huwa li ma jagħtux kas kunsiderazzjonijiet ġeoloġiċi. Per eżempju l-parti tal-irdum ta’ Delimara li ftit xhur ilu kienet waqgħet, lanqas biss tidħol fl-istudju, għalkemm din tinsab proprju biswit il-jetty fejn ser ikun ankrat it-tanker.

Ir-rapport jinkludi wkoll studju imsejjaħ ALARP Assessment (As Low As Reasonably Practical). Dan l-istudju jiddetermina liema huma l-miżuri li b’mod prattiku jistgħu jittieħdu biex inaqqsu mir-riskju tal-vapur, u liema miżuri għalkemm jistgħu inaqqsu r-riskju bi ftit, mhumiex prattiċi u allura jistgħu ma jsirux. Iċ-ċuċata hi li r-riżultati tal-workshops li saru għal dan l-istudju, u min għamilhom, ma ġewx ippubblikati fir-rapport. Minflok għandna karti vojta!

Pero’ l-agħar ħaġa fir-rapport hija kif fil-konklużjonijiet tiegħu jgħid li fil-“każ remot ta’ inċident, in-numru ta’ fatalitajiet huwa aċċettabbli”. Iswed fuq l-abjad, qed jgħidulna li iva, il-proġett fih riskji u għalkemm bi probabilita’ remota, jistgħu jiġru. U iswed fuq l-abjad, qed jgħidulna li jekk jiġru, ħa jmutu n-nies, imma n-numr ta’ nies li ħa jmutu huwa “aċċettabbli”.

Inaċċettabbli


Għalina, anke’ l-mewt ta’ persuna waħda hija inaċċettabbli. Speċjalment meta din il-powerstation u dan it-tanker m’għandniex bżonnhom, imma qed nagħmluhom biss b’kapriċċ ta’ Joseph Muscat u l-klikka ta’ Kastilja, u speċjalment meta jidher ċar li r-rapporti u l-istudji ta’ sigurta’ ma sarux bis-serjeta’ meħtieġa għal proġett ta’ din ix-xorta. Huwa għalhekk, li aħna qed nitolbu lill-Awtorita’ tar-Riżorsi terfa’ r-responsabbilita’ tagħha, u ma toħroġx il-permess għall-operat ta’ dan it-tanker, sakemm jilħaq ir-rekwiżiti ta’ sigurta’ meħtieġa.

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...