Skip to main content

Ekonomija għan-nies - L-Informatika

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 15 ta' Frar 2017


Flimkien mad-Deputat Claudio Grech u l-kandidata Elaine Camilleri Schembri iltqajna mas-sezzjoni tal-ICT tal-Kamra tal-Kummerċ fejn komplejna niddiskutu l-politika tagħna dwar l-ICT


Fl-2015 il-Partit Nazzjonalista ippubblika d-dokument “Ekonomija għan-nies”, li kien wieħed minn sensiela ta’ dokumenti li l-Partit qed jippubblika sa mill-Oppożizzjoni biex kulħadd ikun jaf l-istrateġija tiegħu, il-politika tiegħu, u l-proposti tiegħu f’kull settur partikolari.

Hu imporanti li matul din is-sena nispjegaw aħjar x’fih dan id-dokument biex ma jkunx biss studju akkademiku, imma jiġi mifhum mill-poplu kollu. F’dan l-artiklu ħa niffoka fuq wieħed mill-kapitli ta’ dan id-dokument, li jitratta l-Informatika u t-teknoloġija.

Qatt ma konna pajjiż b’riżorsi naturali x’juża għat-tkabbir ekonomiku tiegħu. Ir-riżorsa tagħna dejjem kienet il-ħaddiem u l-bżulija tiegħu. Kien għalhekk li dejjem kien importanti li l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema jfasslu l-pedament tal-ekonomija li nippjanaw għall-għada.

L-informatika hija industrija li fiha nistgħu neċċellaw grazzi għal preparazzjoni tal-ħaddiema tagħna mingħajr il-bżonn ta’ riżorsi oħra. Il-Partit Nazzjonalista dejjem fehem dan, u kien għalhekk li l-ewwel ħaġa li beda jagħmel fl-1987 kien li jlesti l-pedamenti għal infrastruttura diġitali b’saħħitha, minkejja l-biża’ li prova jiżra’ l-Partit Laburista dak iż-żmien.

Reputazzjoni għolja

Fl-aħħar snin rajna l-Malta tikseb reputazzjoni dejjem aktar għolja f’dan il-qasam. Fl-2011 tlajna fl-ewwel post fl-Ewropa f’dik li hi provvista ta’ servizzi tal-e-Government fl-Unjoni Ewropea, u żammejna dak il-post sal-lum. Issa jekk irridu li dan is-settur ikompli jiffjorixxi, irridu nħarsu lejn il-passi li jmiss biex Malta tibqa’ tissaħħaħ bħala hub diġitali fir-reġjun. L-inċentivi fiskali u qafas regolatorju li fassalna wasslu biex kiber is-settur tal-online gaming li għen mhux ftit biex rajna tkabbir ekonomiku mgħaġġel. Pero’ ma nistgħu inserrħu biss fuq inċentivi fiskali biex nattiraw l-investiment, għax tibdil fir-regularizzazzjoni ta’ pajjiżi oħra jaf jaffetwana mill-ewwel. Id-dħul ta’ taxxa fil-post tal-konsum fuq l-online gaming fir-Renju Unit huwa eżempju ta’ bidla f’pajjiż ieħor li neħħietilna parti mill-vantaġġi tagħna. Għalhekk irridu kontinwament infittxu niċeċ ġodda li fihom jekk ninvestu u noffru qafas regolatorju b’saħħtu nistgħu nattiraw l-investiment, noħolqu impjiegi ta’ kwalità u nwasslu għal aktar ġid u tkabbir.

Id-dokument jgħid b’mod ċar li l-isfida li jmiss ser tkun mhux biss “kwistjoni ta’ nwasslux konnessjonijiet b’saħħithom ta’ internet u mobile, imma kif ħa nagħqdu sistemi, nies, negozji, bliet, irħula, pajjiżi, f’infrastruttura integrata u sigura li biha niġġeneraw aktar tkabbir ekonomiku.”

Diversi proposti

Fid-dokument hemm diversi proposti biex naslu għal dan il-għan. L-ewwel nett irridu nħarsu aktar lejn servizzi ibbażati fuq għarfien, bħal fintech (servizzi finanzjarji diġitali) u kura ta’ saħħa diġitali, u nwelldu dawn is-setturi bl-istess mod li wellidna is-settur tal-gaming snin ilu. Dan ħa jkun jeħtieġ ħaddiema preparati li mhux biss ikunu diġitalment litterati bħala konsumaturi passivi tat-teknoloġija, imma produtturi u ħallieqa innovattivi tat-teknoloġija! Għalhekk irridu li ndaħħlu l-programming bażiku minn etajiet żgħar fil-livell primarju, biex it-tfal jikbru jħarsu lejn it-teknoloġija bħala għodda li biha joħolqu l-ideat tagħhom, u mhux biss bħala prodott tal-logħob u tal-mogħdija taż-żmien.

Id-dokument jintroduċi wkoll il-kunċett ta’ Ċittadinanza Diġitali. Dan ifisser li mhux biss nipprovdu aktar servizzi b’mod diġitiali u li ċ-ċittadini jkunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tat-teknoloġija, imma li anke’ nużaw il-valur tal-hekk imsejjħa big data (il-ġbir u l-analiżi ta’ ħafna informazzjoni) biex nipprovdu l-Kunsilli Lokali u l-Gvern innifsu bi statistika reali u immedjata li tista’ tkun kruċjali biex nipprovdu servizzi pubbliċi u infrastruttura aħjar. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija li Malta tkun fit-tmun ta’ dan u ssir hub reġjonali li tipprovdi pjattaforma ta’ servizzi integrati lil pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq.

Infrastruttura b'saħħitha

Dan jeħtieġ infrastruttura b’saħħitha u ta’ serħan il-moħħ, u għalhekk nemmnu li għandu jkun inċentivat investiment f’submarine cable ieħor kemm lejn l-Ewropa u kemm lejn l-Afrika.

Irridu wkoll nimbarkaw fuq programm ta’ ħames snin intiż biex jappoġġa u jinċentiva negozji żgħar u start-ups ġodda biex jipprovdu servizzi diġitali għaċ-ċittadini u n-negozji, u niffaċilitaw il-mod li bih dawn is-servizzi mhux biss jimxu ‘l quddiem fuq livell lokali imma jkunu jistgħu jinħarġu u jiġu reklamati fuq livell globali. Għal dan, apparti l-inċentivi fiskali u loan guarnatees li ġa twegħdu għall-istartups (minflok ma jintużaw għal powerstation li m’għandniex bżonn), qed nikkommettu wkoll ruħna li 25% tas-servizzi diġitali li jkollu bżonn il-Gvern jiġu akkwistati minn dawn it-tip ta’ startups ġodda.

Din hija biss togħma żgħir ta’ dak li għandu f’moħħu l-Partit Nazzjonalista għal dan is-settur, li jwassal biex ikollna ekonomija aktar b’saħħita li ma tkunx biss tiddependi fuq il-bejgħ tal-passaporti u l-għoti ta’ art ODŻ b’xejn lill-barranin, imma li tkun mibnija fuq l-għarfien, l-investiment u t-teknoloġija. Biex nagħmlu dan pero’ għandna bżonn Gvern li jkun iffukat fuq dak li ħa jagħti għal pajjiżna u għal poplu tiegħu, u mhux fuq x’ħa jieħu biex jimla l-kotba tal-kumpaniji sigrieti tiegħu u biex jonfoq fil-briedel u fix-xalar.





Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is