Skip to main content

Idea Għawdex

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 1 ta' Frar 2017


Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret it-tielet Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista mindu saret ir-riforma fl-istatut u daħlet fis-seħħ din il-Konvenzjoni, li darba fis-sena tistieden lis-soċjetà ċivili u nies minn bara l-Partit biex jaqsmu l-veduti tagħhom u jagħtu s-suġġerimenti. Dan bħala parti minn eżerċizzju sħiħ ta’ djalogu li l-Partit Nazzjonalista jrid iżomm ma’ kulħadd, ma’ kulmin għandu ‘l pajjiżna għal qalbu.

Wara l-Konvenzjoni Idea Malta, u l-Konvenzjoni Idea Ambjent, issa kien imiss il-Konvenzjoni Idea Għawdex. Hawn min forsi jaħseb li dawn il-konvenzjonijiet ma jfissru xejn, u huma biss xi messa-in-scena li ssir għal media. Pero’ huwa ċar li fil-każ tal-Partit Nazzjonalista dan mhux il-każ. Il-konvenzjoni Idea Malta kellha l-intenzjoni li ġġib flimkien lil dawk kollha li xtaqu jaraw Partit Nazzjonalista iżjed b’saħħtu u miftuħ għal kulħadd biex nibdew flimkien innaddfu l-politika u nibnu ekonomija fuq investiment serju. U infatti, dik li mexxiet il-Konvenzjoni Ġenerali ta’ dakinhar, Rosette Thake, illum spiċċat Segretarju Ġenerali tal-Partit. Alex Mangion, li dakinhar għamel appell imqanqal biex il-Partit jinfetaħ aktar għal nies b’orjentazzjonijiet differenti, illum huwa kunsillier u kandidat għall-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit.

Il-konvenzjoni Idea Ambjent ukoll ħalliet frott importanti. Dakinhar infetħet diskussjoni importanti ħafna fuq il-qasam ambjentali. Infetaħ bieb għal NGOs ambjentali u dawk kollha li għandhom l-ambjent ta’ pajjiżna għal qalbhom. Wara sena ta’ konsultazzjoni magħhom, ftit tal-ġranet ilu seta’ jiġi ippubblikat id-dokument Kwalità ta’ Ħajja Aħjar b’171 proposta għal titjib fil-qasam ambjentali. Dan huwa s-seba’ dokument mimli proposti li qed jippubblika l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni. X’risposta għal min għadu jipprova jbellagħha lin-nies li aħna xi Partit ‘negattiv’ u mingħajr proposti! L-ebda Oppożizzjoni fl-istorja ta’ pajjiżna ma ppubblikat tant dokumenti u proposti daqshekk xhur u snin qabel l-elezzjoni ġenerali. Żgur mhux Joseph Muscat!

Fost proposti oħra, il-Partit Nazzjonalist qed jipproponi li jidħol f’negozjati biex l-investituri Ġordaniżi jużaw art oħra flok iż-Żonqor għal din is-suppost “Università Amerikana”, u li kull proġett nazzjonali li jkun ser juża’ art ODZ, jekk jiġi approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar, ikollu bżonn żewġ terzi tal-Parlament biex jimxi ‘l quddiem. Hemm proposti oħra biex jiġu kkumpensati nies li jkunu investew f’pannelli tax-xemx iżda wara li dawn isiru ħaddieħor jgħolli l-bini tiegħu u dawn jiġu mgħottija. B’hekk għall-ewwel darba jidħol il-kunċett ta’ drittijiet solari biex in-nies ikunu jistgħu jinvestu f’din l-enerġija rinnovabbli b’moħħ aktar mistrieħ li l-investiment tagħhom ser irendi. Proposti oħra jinċentivaw l-użu u r-riġenerazzjoni ta’ binjiet vojta fil-qalba tal-irħula tagħna, minflok il-bini ta’ aktar blokok kbar f’zoni li għadhom mhux żviluppati, aktar investiment fir-riċerka, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-użu ta’ toroq solari (jiġifieri toroq magħmula minn pannelli li kapaċi jiġġeneraw l-elettriku mid-dawl tax-xemx), li jistgħu iżidu l-użu ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr ma jużaw art agrikola għal solar farms kif qed ikun ikkunsidrat bħalissa.

Dawn il-proposti intlaqgħu tajjeb ħafna u ġew imfaħħra minn diversi għaqdiet ambjentali bħall-Flimkien Għal Ambjent Aħjar u l-Front Ħarsien ODZ, u jagħtu l-bażi ta’ proposti importanti li għadhom miftuħa għal diskussjoni ma’ min jixtieq jagħmel suġġerimenti oħra li jibnu fuqhom.

Din is-sena l-konvenzjoni iffukat fuq Għawdex, u wara li tkellmu diversi nies minn barra l-Partit bi proposti u ħsibijiet fuq Għawdex, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil spjega l-viżjoni tiegħu u tal-Partit għal Għawdex.

L-ewwel nett wiegħed li għall-elezzjoni ġenerali li jmiss il-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jippreżenta programm elettorali speċifiku għal Għawdex. It-tieni, spjega li għalih il-politika Għawdxija trid tkun mibnija fuq erba’ pilastri: l-aċċessibilità, l-identità, l-opportunità u s-sostennibilità.

Dawn jiġu tradotti għal link permanenti bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr permezz ta’ mina, li jservi ukoll biex jgħaqqad light railway minn Għawde għal postijiet f’Malta bħall-Isptar, l-Università, l-Ajruport u l-Belt. Jitwaqqaf Kunsill Reġjonali li jħares is-sussidjarjetà tal-gżira Għawdxija. Jitwettqu l-wegħdiet li Joseph Muscat ma rnexxielux iwettaq, bħall-fast ferry service. Kien hemm diversi wegħdiet oħra li Joseph Muscat għamel u wettaqx, bħall-airstrip, cruise liner terminal, casino u yacht marina. Jiżdied l-investiment f’Għawdex, fosthom fit-toroq, li f’dawn it-tliet snin raw degradazzjoni qawwija, u fit-tieni cable diġitali, li huwa kruċjali biex aktar kumpaniji b’mod speċjali fis-setturi tal-informatika u tas-servizzi finanzjarji jkunu inċentivati jinvestu f’Għawdex u joħolqu impjiegi għall-Għawdxin f’Għawdex stess.

Dawn jistgħu jidhru miri ambizzjużi, pero’ l-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jwettaqhom. Jekk ikollna Gvern li jiffoka fuq it-tmexxija ta’ pajjiżna u dak li għandu bżonn, u mhux fuq kif ħa jimla l-bwiet tal-qalba u jisker minn fuq dahar il-poplu (jew saħansitra jiffranka milli jaħli l-ħin ifittex il-parkeġġ minn fuq dahar il-persuni b’diżabilità), nistgħu nwettqu ħafna u ħafna aktar, u iva, flimkien inkunu nistgħu nirnexxu lkoll, u mhux biss il-ftit magħżula.


  

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...