Skip to main content

Theddida fuq il-ġurnaliżmu u fuq id-demokrazija

Hawn min jargumenta li għax xi ħaġa hija permessa mil-liġi hi ġusta u tajba. Infakkru li l-liġi magħmula mill-bniedem. Li ma jistax jissemma Eddie Fenech Adami fuq ix-xandir ukoll kienet legali. Li jiġi arrestat barrani jekk jitkellem fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżna ukoll kienet legali. Li jingħalqu l-ħwienet tal-Lhud ukoll kienet legali. B'danakollu ma jfissirx li dawn kienu mossi liberali u demokratiċi.
Il-punt kollu hu li jekk tkun Ministru, f'kariga li teżerċita poter, u toħroġ storja fuqek u tkun giddieba, toħroġ il-provi ħa turi lin-nies li dak hu gideb u ma ssirx ħsara lir-reputazzjoni tiegħek, u tiftaħ iva kawża ta' libell. Imma ma tagħmilx mandati fuq l-assi, għax meta tkun f'pożizzjoni li teżerċita poter trid turi li taf iżomm lura milli tagħmilha ta' bully fuq ċittadin jew ġurnalist li m'għandux dak il-poter. Speċjalment jekk jaf qed jgħid il-verita'.
Ordni ta' mandat fuq l-assi ta' ġurnalista mhi xejn għajr mossa intimidatorja u ta' tpattija, intiża biss biex tibgħat messaġġ ta' theddida lill-ġurnalisti oħra li anke' jekk ikollhom raġun, jaf jispiċċaw bl-assi tagħhom iffriżati sa ma tinqata' l-kawża u jingħatalhom raġun mill-Qorti. Hija mossa faxxista li ma nistgħux nagħlqu għajnejna għalija. Anke' jekk il-vittma ta' dan il-każ ġieli dejqitna u ma qbniliex magħha. Għax illum it-tirannija daret għaliha, imma għada taf iddur għalik. U quddiem it-tirannija, aħna ċ-ċittadini ma jibqgħalna xejn ħlief lil xulxin. U rridu nkun hemm għal xulxin, hu min hu u hu ta' liema kulur hu ċ-ċittadin li jisfa taħt attakk.
"Id-demokrazija ma ksibnihiex darba u daqshekk, imma rridu niġġieldu għaliha kuljum" kien qal Franco Debono. U qatt daqs illum ma kellna bżonn ningħaqdu biex nerġgħu niġġieldu għaliha.

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...