Skip to main content

Aktar indħil fil-Pulizija

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 1 ta' Marzu 2017






Il-MaltaToday tal-Ħadd li għadda żvelat każ ieħor xokkanti ta’ indħil politiku fil-ħidma tal-Korp tal-Pulizija. Skont kif rappurtat minn din il-gazzetta, żewġt irġiel li nżammu taħt arrest wara li kienu ammettew għal akkużi ta’ traffikar tad-droga, ingħataw l-opportunità jbiddlu l-istatement tagħhom wara indħil minn żewġ politiċi prominenti tal-Gvern.

Skont ma ġie rrappurtat, ftit ġranet wara li dawn kienu ammettew, dawn iż-żewġ politiċi iltaqgħu mal-missirijiet taż-żewġt irġiel. Wara din il-laqgħa, l-irġiel ingħataw iċ-ċans ibiddlu l-istatement għal ieħor li kien kompletament kontradittorju tal-ammissjoni oriġinali, biex b’hekk inħelsu u l-Pulizija ma tellgħuhomx il-Qorti.

Din mihiex l-ewwel darba f’dawn l-erba’ snin li qed insiru nafu b’indħil fil-Korp tal-Pulizija u fil-kors tal-ġustizzja minn politiċi ta’ dan il-Gvern. Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm il-każ ta’ Daniel Bogdanovic, li kien inżamm arrestat minħabba akkużi ta’ vjolenza domestika, imma l-coach tiegħu, li hu wkoll il-Kap tas-Segretarjat ta’ Ian Borġ, għamel telefonata lil Pulizija biex dan jinħeles biex ikun jista’ jilgħab logħba football.

Telefonata

L-inkjesta dakinhar kienet ikkonkludiet li għalkemm vera saret din it-telefonata, ma kienx grazzi għal din it-telefonata li Bogdanovic inħeles (minkejja li jibqa’ l-fatt li telefonata bħal dik missha qatt ma saret). Din id-darba l-Prim Ministru wkoll qal li ser isejjaħ inkjesta, pero’ ftit huma dawk li jemmnu li Muscat interessat mill-verità. Mill-inkjesti li rajna s’issa, Muscat aktar kien interessat li jgħatti xtur dawk ta’ madwaru milli li toħroġ il-verità. Fl-iskandlu tal-artijiet ta’ Gaffarena tħallew xhur jgħaddu qabel il-Pulizija bdiet tagħmel xi ħaġa. Fil-każ tal-Panama Papers, il-Pulizija għadha s’issa, sena wara, ma bdietx lanqas tipprova tiġbor il-provi. Dan filwaqt li madwar id-dinja kull ditta affiljata ma’ Mossack Fonseca ġiet investigata, u Mossack u Fonseca infushom ittellgħu l-Qorti fil-Panama fil-jiem li għaddew. Infatti, tant mhux interessat mill-verità li għaddew tlitt ijiem minn meta ħareġ dan il-każ tal-indħil f’Għawdex, u din l-inkjesta li qal li ħa jordna għadha ma tħabbritx.

L-istat li jinsab fih il-Korp tal-Pulizija huwa wieħed inkwetanti. In-nies, bir-raġun, jippretendu Korp tal-Pulizija li ma jħarisx lejn uċuħ. Korp tal-Pulizija li jinforza l-liġi b’mod ugwali fuq kulħadd. Korp tal-Pulizija li qiegħed hemm biex iħarishom u jara li ssir ġustizzja. Minflok, rajna Korp tal-Pulizija li sar pupazz tal-Gvern, arma oħra f’idejn Muscat biex bih jattakka lil min irid jagħlaqlu ħalqu, u jipproteġi lil dawk qrib tiegħu.

Twaqqaf kollox

Eżempju ieħor kien il-każ ta’ sentejn ilu meta raġel miż-Żejtun kien attakka xi pulizija f’għassa, iżda b’ordni minn fuq dan ir-raġel ma kienx ittella’ l-Qorti. Aktar qabel kien hemm il-każ ta’ Supretendent illi kien irċieva rapport ta’ vjolenza domestika fuq Silvio Scerri, li kien Chief of Staff tal-Ministru Manwel Mallia u illum Chief Officer f’Transport Malta, u għax kien ħa jieħu azzjoni fuqu kif tobbligah il-liġi, kien ingħata transfer u twaqqaf kollox.

Dan l-indħil beda mill-bidu. Niftakru li l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo kien tneħħa u tbiddel minn Peter Paul Zammit proprju għax il-Gvern ried jipproteġi lil John Dalli milli jiġi mressaq il-Qorti. L-istess Zammit xhur wara kellu jirriżenja għax ġie akkużat li ma ikkoperax mall-uffiċċju tal-OLAF fl-istess investigazzjoni fuq Dalli.

U illum għadna fl-istess ilma. Il-Kummissarju preżenti Lawrence Cutajar qiegħed hemm biss biex ma titteħidx azzjoni fil-Qorti kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri, kif inhu irrappurtat li jirrakkomanda r-rapport li għamlet l-aġenzija kontra l-ħasil tal-flus l-FIAU.

U dan hu att gravi, għax meta uffiċċjali tal-Pulizija jgħattu lill-kriminali u jwaqqfu l-ġustizzja milli tieħu l-korsa naturali tagħha, ikunu kompliċi mal-kriminalità.

Agħar minn hekk, dan wassal biex l-aktar Pulizija serji u integri telqu, għax ma felħux jaħdmu f’din is-sitwazzjoni. U allura l-Korp tilef l-aktar Pulizija investigattivi kapaċi u li kellhom esperjenza, bir-riżultat li l-Korp tal-lum mhux qed ikun kapaċi jiġġieled il-kriminalità u jsolvi l-każi l-aktar importanti. Dan għandu effett dirett fuq is-sigurtà tagħna.

Pajjiżna ma jixraqlux hekk. Pajjiżna jixraqlu Korp li jimxi b’mod ġust ma’ kulħadd, li jinvestiga lil kulħadd, li jipproteġi lil kulħadd. Iżda biex ikollna dan, irid ikollna Gvern li l-interess primarju tiegħu ma jkunx li jkollu korp li jista’ jwaqqfu milli jinvestiga lil min iridu hu, imma li l-interess tiegħu ikun korp li ma jħarisx lejn uċuħ u li jinvestiga lil kulħadd, inkluż lil membri tal-istess Gvern. U dan li qed iwiegħed Simon Busuttil. Kummissarju maħtur b’żewġ terzi, biex la jibża’ mill-Gvern u lanqas mill-Oppożizzjoni, u investigazzjoni serja u immedjata fuq il-każi kollha ta’ abbużi li ġew rappurtati f’dawn is-snin.


Pero’ dan mhux ħa jiġri waħdu. Dan jista’ jiġri biss bil-vot tiegħek. Il-ġustizzja u s-sewwa, għandhom bżonn lil kull wieħed u waħda minna.



PS. Mindu inkiteb u ġie pubblikat l-artiklu, il-Prim Ministru ħabbar li ħatar lill-Avukat Frank Testa biex imexxi l-inkjesta. Minkejja dan, l-investigazzjoni xorta inbdiet tard, jumejn wara. Wieħed kien jistenna li malli toħroġ l-aħbar fil-MaltaToday kienu jiġu sekwestrati dokumenti u apparat elettroniku li seta' kellu xi provi fuq dan il-każ. Wieħed jippretendi wkoll li din l-inkjesta ma titmexxiex minn kanvaser tal-Ministru Mallia, li proprju kien il-Ministru responsabbli mill-Pulizija meta ġara l-każ, u allura wieħed milli seta' kien involuti.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is