Skip to main content

Nibżgħu għal dak li għandna

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 29 ta' Marzu 2017



Fit-8 ta’ Marzu Malta kienet f’luttu. Kulħadd jitkellem fuq il-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra. Kulħadd iddispjaċut, nostalġiku, imbikkem. Bħala poplu, ħassejna li tlifna xi ħaġa li kienet tagħna lkoll. Daqs li kieku tlifna parti minna.

Pero’ fil-verità, kulma ġara fit-8 ta’ Marzu kien li n-natura ħadet lura biċċa minn dak li hi stess ħolqot. Fil-kumplament tal-ġranet, kemm qabel u kemm wara, konna aħna li ħadna min-natura ħafna iżjed minn hekk mingħajr ma tajna kas ta’ dak li qed nitilfu aħna lkoll, u li qed intellfu lil uliedna. Noħolqu miżbliet, fuq l-art u fil-baħar, nonqsu milli nisseparaw l-iskart, narmu mill-karozzi, minkejja li għandna kull faċilità li rridu biex niddisponu mill-iskart bi ħsieb u fil-kumdità. Inħallu lil min jibni bl-addoċċ, bla permessi u fuq art verġni, minkejja li għandna għexieren ta’ eluf ta’ proprjetajiet vojta lesti biex jiġu riġenerati.. Inħallu karozzi jdaħħnu aktar minn ċumnija jniġġsu n-nifs li nieħdu, minkejja l-inċidenza dejjem togħla tal-kanċer. Nagħlqu widnejna (u għajnejna) għal storbju inutli u bl-addoċċ, minkejja li dejjem jonqsulna l-mumenti ta’ paċi. U tant u tant modi li bihom qed niġu naqgħu u nqumu minn dak li qed neqirdu aħna, filwaqt li naqgħu f’luttu għal blata li għaddiet miċ-ċiklu naturali tagħha.

Djar tal-era kolonjali

Qed ngħid dan fid-dawl ta’ dak li qed jiġri anke’ fl-ippjanar u l-iżvilupp. Diversi applikazzjonijiet f’Tas-Sliema waslu biex kważi inqerdu kważi għal kollox id-djar tal-era kolonjali, u inbidlu fi blokok tal-konkrit, biex Tas-Sliema kważi tilfet għal kollox il-wirt arkitettoniku ta’ dak il-perjodu. Il-biża’ issa hija li l-istess xorti tmiss lill-irħula tagħna, irħula li għandhom karattru u awtentiċità li żammew minn mijiet ta’ snin ilu.

Riċentament tfaċċat applikazzjoni għal dar tal-anzjani f’Ħal Tarxien. Filwaqt li l-bżonn tad-djar tal-anzjani huwa wieħed reali u qiegħed dejjem jiżdied, hemm diversi mistoqsijiet li jqumu fuq din l-applikazzjoni. L-ewwel nett, iz-zona fejn qed jiġi ppjanat dan l-iżvilupp hija zona li skont il-pjan lokali tagħti permess ta’ tliet sular fuq l-art u semi-basement. L-applikazzjoni li qed issir hija ta’ tmien sulari fuq l-art u tliet sulari oħra taħt l-art. Il-Gvern riċentament kien nieda wkoll diversi linji gwida u policies anċillari biex jingħataw permessi għal aktar sulari. Kien hemm il-policy għal lukandi, u anke’ policy għal djar tal-anzjani, li tat permess għal żewġ sulari żejda. F’dan il-każ pero’. it-tmien sulari jaqbżu anke’ dawn iż-żewġ sulari żejda li ngħataw b’din il-policy.

Wieħed jistaqsi wkoll kemm tagħmel sens li l-anzjani jintefgħu fix-xifer tar-raħal, ma’ triq arterjali bħal Tal-Barrani. Għalkemm din l-applikazzjoni ma tużax art verġni imma art żdingata, li tista’ tiġi żviluppata, l-għoli ta’ tmien sulari jistona ħafna mal-iskyline ta’ Ħal Tarxien, li mkien ma jaqbeż it-tliet sulari, kif jgħid il-pjan lokali.

Żvilupp bħal tagħna joħnoq id-daħla ta’ Ħal Tarxien, u jitfa’ dell fuq numru kbir ta’ residenzi fiz-zona.

L-Awtorità u l-pjani lokali

Meta wieħed iqis li d-djar residenzjali qegħdin fit-tramuntana tal-binja, dan ħa jkun ifisser li dawn ir-residenti lanqas ħa jibgħalhom il-possibilità li jinvestu f’pannelli jew water heaters li jaħdmu bix-xemx, u agħar minn hekk, min għandu ħa jitlef l-investiment li għamel. Effett li bħalissa ħadd mhu jikkunsidra u li l-Partit Nazzjonalista jwiegħed li jindirizza fid-dokument tiegħu tal-politika ambjentali.

Ħadd għadu ma informa lanqas lid-dilettanti tan-nar jekk hux ser ikollhom jibdew jaħarqu n-nar minn x’imkien ieħor jekk isir dan l-iżvilupp, u jekk iva fejn.

Hija ħasra jekk l-Awtorità tinsa għal kollox il-pjani lokali (li wieħed jistaqsi għaliex qegħdin hemm jekk għal min ifettlilna ninsewhom), u tinsa l-effett ta’ żvilupp bħal dan fuq l-awtentiċità u l-karattru ta’ raħal tipiku Malti bħal Ħal Tarxien, biex takkomoda l-interessi privati. Ir-residenti u ċ-ċittadini Maltin jixirqilhom Awtorità li tiddefendi l-interessi tagħhom, u mhux l-interessi tal-ftit. Inkella għal xejn nibku l-waqgħa naturali tat-Tieqa jekk fl-istess nifs qed neqirdu aħna stess dak li għandna nipproteġu.



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is