Skip to main content

Xaqq ta' tama għas-sistema politika f'Malta

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 15 ta' Marzu 2017




Hekk sejjaħ l-imġieba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-artikolista tas-Sunday Times of Malta l-antropologu Mark-Anthony Falzon, f’artiklu ppublikat nhar il-Ħadd li għadda.

U bir-raġun. Dak li ġara l-ġimgħa l-oħra fuq il-każ tal-grupp db u l-ftehim jinten dwar il-bejgħ tal-art tal-ITS, u d-donazzjonijiet ta’ dan il-grupp lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li fetaħ kaxxa ta’ Pandora fuq dawk li huma donazzjonijiet tan-negozjanti u korporazzjonijiet lill-Partiti u qajjem terremot politiku sħiħ, offra opportunità biex wieħed jara mil-liema stoffa hu magħmul Simon Busuttil.

Ejja naraw ftit x’ġara. Il-Partit Nazzjonalista, malli bdew joħorġu d-dettalji dwar il-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-grupp db dwar l-art fil-Bajja San Ġorġ, mal-ewwel qajjem diversi punti dwar x’ma kienx qed isir sew. L-ewwel nett dwar il-proċess tat-tender, jew aħjar it-“taparsi tender”, li ġie ppubblikat fi żmien il-Milied u li għalih intalab prezz ta’ €10,000 biex wieħed biss jara x’fih dan it-tender.

It-tieni dwar il-prezz li bih ingħatat din l-art, prezz miżeru ta’ €5 miljun ewro u €10 miljun oħra fuq seba’ snin mingħajr interessi, meta tikkunsidra li din l-art ġiet stmatha fil-masterplan ta’ Paceville li kkummissjona l-Gvern stess li tiswa mal-€200 miljun. 

Spiża żejda

It-tielet l-ispiża żejda li ser jidħol għaliha l-pajjiż biex imexxi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi minn fejn hu, spiża ta’ €70 miljun, biex din l-art tkun tista’ tingħata lill-grupp db. Ir-raba’ l-fatt li dan it-trasferiment tal-art pubblika, art tagħna lkoll, sar mingħajr ma għaddiet riżoluzzjoni mill-Parlament kif isir is-soltu.

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Marzu, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar li quddiem dawn il-mistoqsijiet li għalihom l-Oppożizzjoni baqgħet bla tweġiba, l-Oppożizzjoni kienet ħa titlob l-Awditur Ġenerali jinvestiga dan il-kuntratt. Hawnhekk il-grupp db beda gwerra kkordinata ma’ Kastilja biex jattakka lil Simon Busuttil. Is-CEO ta’ dan il-grupp, bagħat messaġġ lil Simon Busuttil li jixtieq laqgħa urġenti miegħu biex jintalbu lura d-donazzjonijiet li dan il-grupp ta maż-żmien lill-Partit Nazzjonalista. Kien hawnhekk li Simon Busuttil ħa d-deċiżjoni kuraġġuża u ammirevoli li minflok ibaxxi rasu għal dan ir-rikatt, jesponi dan l-aġir u jieħu pożizzjoni soda quddiem dawn il-bullies li jaħsbu li jistgħu jixtru lil kulħadd.

Seta’ Simon Busuttil jieħu t-triq il-faċli u jirrispondi lura li lest jiltaqa’ magħhom, itaptpilhom tnejn fuq spallithom, u jnaqqas il-kritika li l-Partit kien qed jagħmel fuq dan il-proġett, bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jibqgħu jagħtu d-donazzjonijiet lill-Partit. Imma m’għamilx hekk. Minflok, għażel it-triq id-diffiċli li jesponiehom u jagħmilha ċara li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jaċċetta d-donazzjonijiet ta’ kulħadd fil-parametri tal-liġi dwar il-finanzjament tal-Partiti, għax dak huwa l-unika mod kif Partit f’Malta jista’ jopera, pero’ bl-ebda mod mhu ħa jħalli lil xi ħadd jipprova jiddetta lilu u lill-Partit il-pożizzjonijiet politiċi tiegħu.

Xaqq ta' dawl għal politika Maltija

Iva, dan hu xaqq ta’ dawl għal politika Maltija. Għal wisq żmien aċċettajna s-sitwazzjoni fejn ftit żviluppaturi li jifilħu jħallsu, jżommu lill-politiċi fil-but u jippretendu li għax jiffinanzjawlhom il-kampanji politiċi dawn jaġevolawhom. Ir-riżultat kien li dawn il-bullies stagħnew kien hemm min kien hemm fil-Gvern, ħafna partijiet minn pajjiżna ġew irrovinati, u negozjanti oħra tal-affari tagħhom li ma kienu jixtru lil ħadd baqgħu lura.

Simon Busuttil huwa l-uniku tama li din is-sistema tispiċċa darba għal dejjem. Le, ma jistax ikun li min jilfaħ iħallas jibqa’ jgawdi u jistagħna filwaqt li jirrovina ‘l pajjiż, u b’effett ta’ dan iħalli negozjanti tal-affari tagħhom lura f’sistema assolutament inġusta. Aħna irridu pajjiż fejn jirrenja l-ġid komuni u mhux l-interessi tal-ftit, u fejn l-opportunitajiet ikunu miftuħa b’meritokrazija għal kulmin jixtieq jivesti, u mhux għal ftit magħżula.

Dan hu t-terremot politiku li beda Simon Busuttil, u li jkun jista’ jġibu fi tmiemu meta jkun Prim Ministru. Malta fejn ma jibqax jirrenja l-establishment li lest jixtri l-politiċi, imma Malta fejn jirrenja l-interess tal-poplu u s-saltna tad-dritt.


Dejjem ġie rifjutat

U din hija xi ħaġa li żgur ma jistax iwettaq Joseph Muscat. Għax kif innutaw ħafna, jekk il-grupp db ippretenda li għax il-Partit Nazzjonalista ma għalaqx ħalqu għandu jtih id-donazzjonijiet lura, mela kemm ħallas lill-Partit Laburista li rranġalu dan il-ftehim oxxen li bih seraq din l-art pubblika għall-profitt tiegħu? Speċjalment issa li nafu mill-President Onorarju tal-MDA Michael Falzon li Silvio Debono ilu jitlob din l-art minn żmien l-amministrazzjoni Gonzi, imma dejjem ġie rifjutat.

Għax il-problema mhix li partit jirċievi donazzjonijiet. Anzi, dik hija l-unika mod kif jista’ jopera fis-sistema preżenti. Il-problema hi jekk partit jaċċetta li għax xi ħadd itih donazzjoni, iżommu f’butu. Il-problema hi jekk partit jaċċetta li għax xi ħadd itih donazzjoni, iħallsu lura tagħha minn flus u art il-poplu meta jkun fil-poter. Il-problema hi jekk partit jaċċetta li għax xi ħadd itih donazzjoni, dan għandu jkollu privileġġi speċjali u preferenzi fuq il-kumplament.

Għaldaqstant, il-problema mihix id-donazzjonijiet li rċieva l-Partit Nazzjonalista, li minkejja li rċeviehom ma aġevola lil ħadd fuq ħaddieħor. Il-problema hija xi rċieva l-Partit Laburista biex aġevola lil Silvio Debono fuq kull negozjant ieħor, u fuq l-interess komuni tal-poplu kollu.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is