Skip to main content

Biex inpoġġu l-allegazzjonijiet f'kuntest

Fuq talba ta' ħafna, qed naqleb għall-Malti l-blog preċedenti, biex jintlaħaq u jinftiehem minn aktar nies.





L-allegazzjoni li għamlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li l-benefiċċjarju tal-kumpanija Egrant Inc hija l-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, ixxukkjat lil kulħadd. Uħud għażlu li jemmnu ċ-ċaħda tal-Prim Ministru, u jibqgħu jinsistu li l-allegazzjonijiet għandhom jiġu injorati sakemm ma jkollna l-provi li jissostanzjawhom quddiemna.



L-ewwel nett, huwa x-xogħol tal-Kummissarju tal-Pulizija li minflok imur għal fenkati, jara li tinġabar l-evidenza qabel ma titneħħa jew tiġi mbagħbsa quddiem għajnejn kulħadd. Kuntrarjament għal dak li qal, huwa dmiru li jaġixxi fuq kull informazzjoni li tasal, ġejja minn fejn ġejja. Jekk imbagħad jara li ma kien hemm xejn li hu minnu, kien ikun jista' jressaq lil Daphne Caruana Galizia 'l Qorti u jakkuża b'rapport falz. Imma la kien hu li naqas minn dmiru, huwa hu li għandu jitressaq il-Qorti.



Imma ejja għalissa nħallu barra l-allegazzjonijiet li għad ma rajniex "l-evidenza" tagħhom barra, u niffukaw biss fuq il-fatti li s'issa nafu li ġraw, iswed fuq l-abjad, u li huma ippruvati u mhux miċħuda. Dawn il-fatti ta' hawn jistgħu jiġu vverifkati online fil-Panama Papers, fir-reġistru tal-kumpaniji Maltin, u fir-rapporti tal-gazzetti.



9 ta' Marzu 2013

Issir l-elezzjoni ġenerali - il-Partit Laburista jirbaħ b'35,107 voti.


13 ta' Marzu 2013

Jieħu l-ġurament tal-ħatra l-ewwel Kabinett minn ħafna ta' Joseph Muscat. Keith Schembri jsir ic-Chief of Staff tieħu, Konrad Mizzi jiġi appuntat Ministru tal-Enerġija. Brian Tonna, is-sid ta' Nexia BT, jingħata uffiċċju f'Kastilja mingħajr ma għandu l-ebda rwol fil-Gvern. Ħadd ma jaf għala.


14 ta' Marzu 2013

L-għada tal-ġurament, il-partner f'Nexia BT Karl Cini jibgħat email lil Mossack Fonseca biex jinbeda l-proċess biex jinfetħu "kumpaniji fil-Panama u possibilment trust".


21 ta' Marzu 2013

Karl Cini jerġa' jibgħat reminder lil Mossack Fonseca, u jikkjarifika li l-Benefiċċjarju ta' waħda minn dawn il-kumpaniji "ħa jkun (jew tkun) individwu", mhux Nexia BT, u li d-dettalji tiegħu jew tagħha ħa jingħataw b'telefonata fuq Skype. Huwa jitlob ukoll biex isir il-persuna ta' kuntatt il-ġdid għal 3 kumpaniji oħra reġistrati fil-British Virgin Islands, li huma ta' Keith Schembri, Malcolm Scerri (li jmexxi l-Kasco) u Adrian Hillman, u jitlob biex is-sidien jinħbew wara "nominee shareholders". B'hekk, is-sid u l-benefiċċjarju tal-kumpaniji ma jidher imkien u ma jkollu għalfejn jiffirma mkien, u l-unika post fejn jidher ikun fuq Declaration of Trust li tinżamm f'post sikur minn Bank jew minn uffiċċju legali, li tkun turi li n-"nominees" qegħdin iżommu l-ishma f'isem ħaddieħor.


Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kumpaniji, jiġu mmarkati l-kaxxi li jitolbu "No Audit" (biex ma jsir awditjar) u "Total Secrecy and Confidentiality" (biex jinżammu f'segretezza u kunfidenzjalita' assoluta, u l-informazzjoni ma tingħata lill-ebda awtorita' oħra).



Nexia BT jwaqqfu wkoll il-kumpanija Torbridge Services Inc.


12 ta' April 2013
John Rizzo jitneħħa minn Kummissarju tal-Pulizija mingħajr ebda raġuni. L-investigazzjonijiet kollha pendenti fuq John Dalli jieqfu. L-investigazzjonijiet fuq l-iskandlu taż-żejt jieqfu wkoll.


Mejju 2013

Mossack Fonseca jwaqqfu l-uffiċċju tagħhom f'Malta. L-ishma huma 100% ta' Brian Tonna. L-uffiċċju huwa konġunt mal-uffiċċju ta' Nexia BT f'San Ġwann.


Ottubru 2013

Socar (il-kumpanija tal-enerġija tal-Gvern tal-Azerbaijan), Gasol (kumpanija mill-Afrika) u grupp ta' investituri Maltin, jirbħu l-kuntratt tal-powerstation il-ġdid tal-gass.


Diċembru 2013

Il-kumpanija li jopera taħtha Pilatus Bank tiġi reġistrata f'Malta.


Frar 2014

Torbridge Services Inc tiġi trasferita mingħand Brian Tonna għal għand Cheng Chen, uffiċċjal għoli fis-Shanghai Electric Power.


11 ta' Marzu 2014

Shanghai Electric Power tiffirma l-ftehim ma' Konrad Mizzi, Ministru tal-Enerġija f'isem il-Gvern Malti, biex tixtri l-powerstation tal-BWSC għal €220 miljun u 33% tal-Enemalta għal €100 miljun.


Diċembru 2014

Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Kurt Farrugia jżuru l-Azerbaijan għal laqgħat mal-President tal-Azerbaijan. Għall-ewwel darba fl-istorja, għal żjara bħal din ma jattendi l-ebda ġurnalist, l-ebda membru tal-korp diplomatiku, u l-ebda membru tas-servizz pubbliku. Jiġi ffirmat ftehim ta' xiri ta' fuel mingħajr ħadd mill-Kumitat tax-Xiri tal-Fuel preżenti. Il-poplu Malti jsir jaf b'din iż-zjara biss minn fuq il-media tal-Azerbaijan.


Frar 2015

Jiġi ppublikat il-Kodiċi tal-Etika Ministerjali l-ġdid. Jitneħħa l-bżonn li Ministru jiddikjara anke' l-assi li jkunu f'isem martu jew żewġha skont il-każ. Il-Partit Nazzjonalista jopponi din il-bidla, u jwiegħed li jerġa' jdawwarha lura meta jkun fil-Gvern.


Marzu 2015

L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jippublika rapport fuq il-hedging agreements tal-2014. Jikkritika lill-Konrad Mizzi tal-indħil Ministerjali bla preċedent fix-xiri tal-fuel, u jikkonferma li l-Enemalta tilfet €14.1 miljun minn dan il-ftehim.


April 2015

Muscat jerġa' jmur l-Azerbaijan. Għal darb'oħra, l-ebda ġurnalist jew impjegat taċ-ċivil ma jattendi miegħu.


Ġunju 2015

Konrad Mizzi  jiffirma statement li Hearnville Inc ħa tieħu ħsieb transazzjonijiet tiegħu iffinanzjati minn "assi personali u dħul min-negozju", u li Hearnville "għadha ma bdietx tinnegozja, u eventwalment tieħu flus mill-konsulenzi u senseriji."


22 ta' Lulju 2015

Il-kumpanija reġistrata l-Panama ta' Konrad Mizzi (Hearnville Inc), tiġi trasferita għal ġot-trust fi New Zealand, fl-istess jum li Gasol tbiegħ l-ishma tagħha fl-Electrogas li l-kumplament tal-partners fil-konsorzju, għal somma mhux magħrufa (imma li skont il-Malta Independent tiswa għexieren ta' miljuni ta' ewro). Il-kumpanija li għanda l-Gasol hija wkoll klijent ta' Mossack Fonseca.


Awissu 2015

Pilatus Bank, li sidu huwa Iranjan ta' 32 sena li juża passaporti differenti maħruġa minn St Kitts u Nevis, jieħu l-liċenzja biex jopera bħala Bank f'Malta. Kien ġie rifjutat liċenzja minn pajjiżi Ewropej oħra. Illum qed iqumu mistoqsijiet fuq kif din inħarġitlu mill-MFSA meta flus mill-Iran huma taħt sanzjonijiet mill-UE.


Settembrur 2015

Jibdew l-emails li ħarġu fil-Panama Papers fejn Nexia BT tibda tipprova tiftaħ kontijiet f'postijiet differenti għal dawn it-tliet kumpaniji.


17 ta' Ottubru 2015

Karl Cini jibgħat email lil Mossack Fonseca biex jispjega li l-kumpaniji ħa jintużaw għal operazzjonijiet ta' "riċiklaġġ u remote-gaming".


26 ta' Novembru 2015

Karl Cini jibgħat email lil Mossack Fonseca u jsaqsi fuq il-bżonn ta' depositu ta' miljun dollaru Amerikan li qed jitolbu l-banek. "Huma (Schembri u Mizzi) qed jistaqsu fuq dan il-miljun dollaru. Dan għall-ewwel depożitu biss? Hemm minimu li jridu jħallu fil-kont bħala running balance?"


2 ta' Diċembru 2015

Wara li l-Bank jgħidlu li d-depożitu jrid ikun ta' miljun dollaru fis-sena, Karl Cini jikkonferma li ġab il-konferma t'a Schembri u Mizzi biex jinfetħu dawn il-kontijiet għal "dawk iż-żewġ kumpaniji fil-Panama".


10 ta' Diċembru 2015

Mossack Fonseca jibgħatu email li sabu problema biex jiftħu l-kontijiet, għax il-bank fejn kienu ħa jinfetħu ġie mixtri minn bank ieħor, li issa qed jitlob lis-sidien tal-kontijiet biex ikollhom Visa tal-Panama.


15 ta' Diċembru 2015

Karl Cini jibgħat lura li qed jiġbor l-informazzjoni neċessarja. L-emails jieqfu hawn għax il-hack tas-servers ta' Mossack Fonseca li ħarġet fil-Panama Papers tieqaf hawn.


22 ta' Frar 2016

Daphne Caruana Galizia ttella' blog-post fejn tagħti x'tifhem li hemm rabta bejn Konrad Mizzi u New Zealand.


24 ta' Frar 2016

Konrad Mizzi jiddikjara li hu fetaħ trust f'New Zealand biex tiħodlu ħsieb l-affarijiet tal-familja. Jaħbi l-fatt li din iżżomm kumpanija reġistrata fil-Panama.


Filgħaxija Daphne Caruana Galizia tikxef li din it-trust iżżomm kumpanija fil-Panama.



25 ta' Frar 2016

Joseph Muscat jgħid li "ma hemm xejn ħażin" billi Konrad Mizzi għandu kumpanija fil-Panama. Jiżżufjetta bil-ġurnalisti li skont hu qed jemmnu "hate blogger" li mhix kredibbli.


27 ta' Frar 2016

Daphne Caruana Galizia tikxef li Keith Schembri għandu l-istess struttura finanzjarja eżatt bħal Keith Schembri, trust fi New Zealand li taħbi fiha kumpanija reġistrata l-Panama.


Keith Schembri ma jweġibx il-mistoqsijiet tal-media, u Muscat jgħidilna li "Schembri huwa businessman ta' suċċess".



11 ta' Marzu 2016

Xaba' karti jintremew mill-uffiċċji ta' Nexia BT. Jinġabru minn vannijiet tal-Kasco.


23-29 ta' Marzu 2016

Joseph Muscat u l-familja tiegħu jżuru Dubai għal sitt ijiem. Jonfqu aktar minn €11,000 f'lukanda biss.


3 ta' April 2016

L-ICIJ jippubblikaw l-Panama Papers mad-dinja kollha. Dawn jikkonsistu fi 11.5 miljun dokument u email li ġew hacked mis-servers tal-Mossack Fonseca.


4-13 ta' April 2016

Isiru raids mill-Pulizija fuq l-uffiċċji tal-Mossack Fonseca madwar id-dinja, fosthom fl-El Salvador, fil-Peru u fil-Panama. Ma ssir l-ebda investigazzjoni fuq ir-rappreżentanti tal-Mossack Fonseca f'Malta (Nexia BT).


27 ta' April 2016

Michael Cassar jirriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija wara li jirċievi r-rapport tal-FIAU fuq dawn il-kumpaniji, li skont kif rappurtat kellu struzzjonijiet biex il-Pulizija jtellgħu l-Qorti lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. Minfloku jiġi appuntat l-Assistent Kummissarju Lawrence Cutajar, li ftit qabel kien ftaħar fuq Facebook kemm għandna "Prim Ministru bil-bajd".


28 ta' April 2016

Joseph Muscat jagħmel reshuffle tal-Kabinett. Mizzi jsir Ministru bla portafoll, imma jinżamm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.


2 ta' Awissu 2016

Wara li ma tinfetaħ l-ebda prosekuzzjoni mill-Kummissarju l-ġdid, jirriżenja l-Kap tal-FIAU Manfred Galdes.


19 ta' Frar 2017

Brian Tonna jgħid li Egrant Inc (it-tielet kumpanija), minn dejjem kienet ta' Nexia BT, għalkemm l-email tal-21 ta' Marzu 2013 tgħid ċar u tond li "l-benefiċċjarju mhux ser ikun Nexia BT".


20 ta' April 2017

Daphne Caruana Galizia tallega li l-benefiċċjarju ta' Egrant Inc hija Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru. Tagħti d-dettalji ta' fejn qegħdin id-Dikjarazzjonijiet li juru li l-kumpaniji li jżommu l-ishma tagħha qed jagħmlu dan f'isimha, u tgħid li dawn qegħdin f'Pilatus Bank, f'safe fil-kċina. Jasal Malta sid il-Bank fuq titjira privata, u jiġi ffilmjat ħiereġ mill-Bank b'żewġ bagalji mimlija flimkien mar-Risk Manager tal-bank. Minflok jimxu 100 metru sal-karozza, joħorġu minn wara u jduru l-blokka kollha.


Sadattant, il-Kummissarju tal-Pulizija jibqa' jmexmex il-fenek, u l-Prim Ministru jgħid li mhux ser jiftaħ investigazzjoni "biex ma jagħmilx ħsara lis-servizzi finanzjarji f'Malta". L-MFSA ma tidher imkien.



Wara li sid il-bank u r-Risk Manager jitilqu bil-bagalji, il-Prim Ministru jordna inkjesta maġisterjali.



Fl-3.50am, jitlaq ajruplan minn Malta għal Baku (fl-Azerbaijan), li jibqa' sejjer f'Dubai (fejn hu allegat li jinżamm il-kont ta' Egrant Inc).



-------------------------------------------

Dawn il-fatti huma kollha dokumentati. Iswed fuq l-abjad. Ippruvati. U mhux miċħuda. Dawn fatti mhux allegazzjonijiet.


Issa, li rajt kulma ġara f'kuntest, għidli li trid aktar 'evidenza' biex titlob li l-Prim Ministru li ippermetta dan kollu u l-Kummissarju tal-Pulizija li naqas minn dmiru jirriżenjaw minnufih.



L-istituzzjonijiet tagħna fallew. Il-fibra morali tagħna qed tispiċċa. Ir-reputazzjoni tagħna marret il-baħar. Dan kollu qed jagħmel ħsara irreparabbli lill-ekonomija tagħna.



Bħala pajjiż, qegħdin f'salib it-toroq. Jekk għandek għal qalbek lil pajjiżek u l-futur ta' uliedek, ma tistax toqgħod aktar gallarija. Ma tistax tistenna aktar li l-affarijiet jitranġaw waħedhom.



Tkellem. Aġixxi. U meta jasal il-waqt, ivvota. Malta għandha bżonn li għal darb'oħra terġa' ssir pajjiż Ewropew u demokratiku, fejn tmexxi s-saltna tad-dritt u fejn il-ġustizzja tilħaq lil kulħadd.




Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is