Skip to main content

It-Triq 'il Quddiem

Għaddew aktar minn ġimagħtejn mill-elezzjoni ġenerali li ssejħet qabel iż-żmien u li tat rebħa komda lill-Partit Laburista. Fl-artiklu ta' ġimagħtejn ilu qsamt ftit ħsibijiet dwar x'naħseb li seta' wassal għal dan ir-riżultat. Illum nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet dwar it-triq 'il quddiem.


Tmexxija ġdida

L-ewwel biċċa xogħol li ser ikollu l-Partit Nazzjonalista u l-organi tiegħu ser tkun dik li jaħtar tmexxija ġdida. L-iktar għażla importanti tibqa' dik li jinħatar Kap ġdid, flimkien ma' żewġ Viċi Kapijiet ġodda. Tajjeb li nibdew naħsbu ftit x'attributi jeħtieġ li naraw fil-Kap il-ġdid qabel ma nibdew insemmu ismijiet. Nemmen li l-Kap il-ġdid irid l-ewwel u qabel kollox ikun persuna kariżmatika li kapaċi tikkomunika b'lingwaġġ sempliċi. Trid tkun persuna determinata li lesta tidħol għal proġett fit-tul u li jrid ikun mibni fuq pedamenti sodi u fuq viżjoni ta' xi jrid li l-Parit Nazzjonalista jirrappreżenta. U fuq kollox, trid tkun persuna li taf lill-Partit sew u li kapaċi tgħaqqad fazzjonijiet u interessi diversi flimkien. Spiss wara riżultat bħal dan jibdew iqumu sejħiet għal nies "minn barra l-Partit" biex jidħlu għal kariga bħal din. Nistqarr mill-ewwel li din ma tantx iddoqqli. Kap ta' Partit ma jitwelidx mil-lum għal għada. Irid ikun xi ħadd li jaf il-politika, jaf x'jiġifieri tikkandida ruħek, jaf x'jiġifieri kampanja, forsi jkun ħadem f'livelli differenti tal-Partit u jaf l-istrutturi u l-interessi differenti li flimkien jagħmlu l-qawsalla ta' ideat li jimbuttaw il-votant Nazzjonalist. Li bniedem ikun kapaċi "jitkellem tajjeb" ma hijiex l-attribut waħdieni li bih niddeterminaw li persuna huwa tajjeb biex ikun Kap. Huwa attribut importanti, imma ma nemminx li huwa dak determinanti.

Skont min ħa jkun dak li jingħażel bħala Kap iridu jsiru l-għażliet kollha l-oħra, fosthom dawk tal-Viċi Kapijiet. Nemmen li t-tmexxija trid tirrefletti taħlita ta' etajiet, taħlita ta' professjonijiet u possibilment taħlita ta' sessi. Minn dan imbagħad jitilqu l-għażliet l-oħra kollha għal amministrazzjoni tal-Partit, li nemmen li għandu jkollha influss kbir ta' żagħżagħ li telgħu fil-Partit u li issa lesti biex jagħtu kontribut dirett fit-tmexxija tiegħu.


Narrattiva Politika

Dan it-tiġdid fit-tmexxija hu necessarju biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista' jagħmel il-pass li jkun imiss: jerġa' jibni n-narrattiva politika tiegħu. Ħafna qed jirrassenjaw ruħhom li l-poplu Malti huwa "korrott u ħalliel", u allura ma jagħmilx sens li l-Partit Nazzjonalista jitkellem aktar fuq valuri u onesta' politika. Ma naqbilx ma' din l-analiżi. Naħseb li l-poplu ddejqu l-korruzzjoni, imma meta jpoġġieha fuq miżien jagħti priorita' lill-affarijiet oħra li jolqtuh aktar direttament. Qabel il-korruzzjoni, il-poplu jrid ikun ċert li lil min ser jivvota għandu programm politiku li ħa jtejjiblu ħajtu. U allura l-Partit Nazzjonalista jrid jerġa' jiffoka fuq dan, mingħajr ma jieqaf jitkellem fuq l-onesta' politika u l-korruzzjoni li qed tnawwar l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna. Dawk il-problemi għadhom hemm u għadhom importanti. U dawn il-valuri jibqgħu l-pedamenti tagħna. Imma b'mod parallel magħhom irridu nitkellmu fuq l-affarijiet li jolqtu aktar direttament lin-nies. Irridu nuru li nistgħu nkabbru l-ekonomija u ntejjbu l-kwalita' tal-ħajja tan-nies mingħajr l-istejjer u l-iskandli ta' korruzzjoni li qed inawwru l-fibra soċjali u morali ta' pajjiżna.

U dan konna kapaċi nagħmluh għal ħafna snin. Il-Partit Nazzjonalista kien il-partit li mmodernizza l-ekonomija, li bnieha, li tellagħha għal livell Ewropew, li qalibha minn ekonomija ibbażata fuq il-manifattura għal ekonomija ibbażata fuq is-servizzi, it-turiżmu u l-impjiegi ta' kwalita'. Kien il-Partit li daħħal ħafna libertajiet ċivili, soċjali u politiċi, fetaħ l-edukazzjoni u ta ħafna drittijiet lill-ħaddiema. Imma minħabba t-timbru ħażin tal-aħħar leġislatura tiegħu, tilef din in-narrattiva. Agħar minn hekk, ma konniex kapaċi nispjegaw li ħafna mid-deċiżjonijiet mhux popolari li ttieħdu fl-aħħar leġislatura kienu biss frott tar-riċessjoni internazzjonali li laqtet lid-dinja. Kienu deċiżjonijiet li waslu għal ħafna tgergir imma kienu neċessarji biex il-pajjiż salva l-impjiegi u biex Muscat fl-2013 sab pajjiż sod b'ekonomija li trendi u li setgħet tisfrutta mill-ewwel it-tijib ekonomiku internazzjonali. Is-suċċess ekonomiku ta' Muscat m'huwa xejn ħlief il-ħsad ta' dak li nżera' qabel. Kull politiku jippreferi jraħħas il-kontijiet, iżid il-benefiċċji soċjali, inaqqas it-taxxi u jaqla' ċ-ċapċip tal-poplu. Iżda fl-aħħar leġislatura, il-Partit Nazzjonalista ssagrifika l-popolarita' tiegħu biex salva pajjiż. Mhux għax hu Partit sadist li jħobb isawwat lilu nnifsu, imma għax ried iħares l-interess nazzjonali. U dan ma konniex kapaċi nikkomunikawh. B'hekk ħallejna l-Muscat jimla dan il-vojt bi propoganda rħisa li biha ħa l-mertu ta' dak li sab lest. U kif jgħid il-Malti, ħobż il-bieżel kielu l-għażżien.

Irridu wkoll niftakru li ma nistgħux inserrħu iktar fuq dak kollu li għamel għad-demokrazija l-Partit Nazzjonalista fit-tmeninijiet u kif bidel il-pajjiż wara l-1987. Il-votanti l-ġodda ta' din l-elezzjoni lanqas biss laħqu lil Alfred Sant Prim Ministru. Dawk tal-elezzjoni li jmiss, twieldu f'dan il-millennju, u lanqas biss jiftakru lil Eddie Fenech Adami. Għalihom is-sens ta' appartenenza lejn il-Partit Nazzjonalista ma jistax jinbena fuq l-istorja bħalma inbena għall-"attivisti" Nazzjonalisti tal-lum li ħadmu u batew għad-demokrazija dak iż-żmien. Irid jingħatalhom raison d'être ieħor. Dak ta' Partit li jridek taħseb b'mod indipendenti bħalma jrid indipendenti l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, ta' Partit li jrid itik iċ-ċavetta tal-opportunita' ħalli tasal bil-ħila tiegħek, ta' Partit li jrid iħares il-ftit ambjent li baqagħlna, ta' Partit li jrid iħares il-ġid komuni u s-sens ta' komunita' fuq l-individwaliżmu neo-liberali, ta' Partit li jrid lil pajjiżna jagħmel bidla fil-mentalita' biex xi darba jsir pajjiż verament Ewropew.

In-nies illum iridu politika li tħares 'il quddiem u li ttihom għal x'hiex jittamaw. Filwaqt li xogħolna jibqa' dak li nikkritikaw lill-Gvern fejn jiżbalja, irridu noqogħdu attenti li ma nispiċċawx nikkritikaw kollox u kullimkien, ħalli meta jkun hemm affarijiet serji x'nattakkaw ma jiġrilniex bħaż-żagħżugħ li fil-ħrafa jgħajjat li ġej il-lupu għalxejn, u meta verament jiġi ħadd ma jemmnu. Irridu kontinwament nuru li aħna lesti biex immexxu u għandna x'nipproponu.


Organizzazzjoni Politika

F'din l-elezzjoni ħareġ ċar li minkejja li l-Partit Nazzjonalista kien kapaċi jwassal messaġġ Nazzjonali li ġabar flimkien lil dawk li għandhom għal qalbhom il-ġid komuni, ma rnexxielux jolqot lil individwi jew setturi li għalihom il-problemi settorjali tagħhom huma aktar importanti minn kollox. Hawnhekk il-Partit Laburista wera li għal dawn l-aħħar snin kien kapaċi jibni network sod fejn jindividwa kwistjonijiet bħal tal-kaċċaturi, ta' dilettani tan-nar, ta' dilettanti tal-festi, u ta' għaqdiet oħra, u kulmeta tinqala' xi problema jkun pront joffrilhom tama ta' soluzzjoni. Hawnhekk il-Partit Nazzjonalista qed ikun kajman wisq. U filwaqt li vera l-midja soċjali saret importanti, u l-Partit Nazzjonalista għamel passi kbar f'dan is-settur, il-battalja politika għadha tiġi mitħaddta u missielta fil-kuntatt fit-triq, fl-għaqdiet u fil-każini. U jekk mhux ser ikun kapaċi jorganizza ruħu biex il-messaġġ tiegħu jasal f'dawn is-setturi u f'dawn l-irkejjen ukoll, ser jibqa' jbati.


Tama

Minkejja d-diżappunt u minkejja li t-triq 'il quddiem taf tidher iebsa, konvint li fil-Partit Nazzjonalista hemm biżżejjed nies ta' kwalita', nies ta' rieda tajba, nies li lesti jissagrifikaw ħin u enerġija għal kawża ġusta, li ser twassal biex il-Partit Nazzjonalista jiġġedded u jkompli jissaħħaħ. Hemm proġett ambizzjuż u twil quddiemna, imma proġett li jrid jitwassal fi tmiemu biex jerġa' jkollna sistema politika nadifa, soċjeta' li tilqa' u tħares lil kulħadd, u pajjiż li tassew jixraqilna. Jien flimkien ma ħafna żagħżagħ u ħafna attivisti seba' mitt sena biex ilkoll flimkien inxammru l-kmiem u nfittxu nibdew naħdmu. Għax meta nfasslu l-futur tal-Partit Nazzjonalista, inkunu qed infasslu l-futur ta' uliedna, u tal-pajjiż li rriduhom jgħixu fih.




Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 21 ta' Ġunju 2017

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is