Skip to main content

Tiġdid

Ir-riżultat ta’ l-elezzjoni ġenerali żgur li ħasad lil ħafna minna. Żgur li ħadd ma kien qed jistennieh u żgur li ħadd ma bassru. Dan għax ir-reazzjoni li kull kandidat kien qed jieħu miż-żjarat fid-djar tan-nies kienu tajbin ħafna. Diversi nies bdew jesprimu li ġejjin lura. Diversi nies li s-soltu kienu jivvutaw lill-Partit Laburista esprimew magħna li kienu diżgustati bil-korruzzjoni. U allura x’wassal biex id-distakk bejn iż-żewġ partiti baqa’ fejn kien?

Fi ftit kliem naħseb li waqt li diversi nies kienu ġejjin lura lejn il-Partit Nazzjonalista, ma konniex qed nirrealizzaw li kien hemm oħrajn li kienu qed jitilquh. Min għax sab Gvern li kien lest jirranġalu l-permess, il-promotion jew il-job illi l-Partit Nazzjonalista qatt ma għenu fih. U min għax ħass li l-ekonomija u l-but kienu sejrin tajjeb, u allura ma kellux skop għala kellu jbiddel il-Gvern.

Hu x’inhu, dan ir-riżultat ħa jirrekjedi tibdil radikali fil-Partit Nazzjonalista. Fl-istrateġija, fil-lingwaġġ, fl-uċuħ. Pero’ l-valuri li ġġiliedna għalihom jibqgħu validi. Il-ħażin jibqa’ ħażin u t-tajjeb jibqa’ tajjeb. Irridu iżda niftakru li għal ħafna nies li jaqilgħuha u jiekluha, l-affarijiet li jolqtu l-but jiġu qabel il-governanza tajba u t-trasparenza. Mhux neċessarjament li min ivvota lill-Partit Laburista jaqbel mal-korruzzjoni. Iżda jista’ jkun li ħass li jew aħna ma konniex kapaċi niġġielduha u nnadfuha, jew ħass illi minkejja l-korruzzjoni ħajtu kien hemm aktar ċans li tmur għall-aħjar bil-Partit Laburista milli bil-Partit Nazzjonalista. Dik hija xi ħaġa li rridu nżommu dejjem f’moħħna.

F’dan il-mument, nixtieq insellem lit-tmexxija tal-Partit, u nirringrazzjaha tas-servizz kbir li taw lill-Partit u lill-pajjiż. Minkejja r-riżultat, ilkoll naqblu li taw dak kollu felħu u għamlu ħilithom kollha biex il-Partit jimxi ‘l quddiem. Insellem lill-uffiċċjali kollha tal-Partit, li sabu Partit f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli u wassluh biex illum qiegħed f’qagħda sostenibbli.

Insellem lill-Viċi Kapijiet, Beppe Fenech Adami u Mario De Marco, illi minkejja d-diffikultajiet ta’ saħħa li laqtuhom f’dawn is-snin, it-tnejn baqgħu jagħtu l-enerġija tagħhom kollha sal-aħħar. Nirringrazzjakom tal-eżempju kbir li taw lilna l-kandidati żgħażagħ biex nibqgħu nagħtu dak kollu li nifilħu għall-Partit u għall-pajjiż.

B’mod partikolari, insellem lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Il-valuri li tkellem fuqhom u li irrapreżenta jibqgħu valuri importanti ħafna biex pajjiżna jagħmel qabża ta’ kwalita’ fil-mentalita’. Il-kuraġġ li wera biex jinħarġu fil-beraħ ċertu skandli jibqa’ ammirevoli. Is-sens ta’ dover u ta’ servizz li nissel fina, minn meta telaq il-karriera brillanti li kellu fil-Partit Popalari Ewropew biex jiġi jagħti sehmu fil-Partit Nazzjonalista fl-aktar mument diffiċli, jibqa’ ta’ eżempju għalina politiċi ġodda li rridu nħarsu lejn il-politika b’sens ta’ missjoni u ta’ servizz, u mhux b’sens ta’ karriera. Grazzi lilu, lil Kristina u lill-familja tagħhom talli taw ħilithom u l-enerġija tagħhom kollha għal dak li emmnu fih.


Minkejja d-daqqa, issa huwa l-mument li ningħaqdu, nifhmu x’ġara, nagħrblu x’hemm bżonn nirranġaw, u nieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsir Partit li lest jiggverna u li kapaċi jirbaħ.


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 7 ta' Ġunju 2017

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...