Skip to main content

L-Aqwa Żmien



U tassew li dan hu l-aqwa żmien. L-aqwa żmien għal x’hiex pero’?

Nhar il-Ħadd li għadda fil-gazzetti dehret intervista interessanti ħafna mal-ex-spettur Jonathan Ferris, investigatur rispettat ħafna illi hu magħruf għal kemm jidħol fid-dettal fl-investigazzjonijiet tiegħu sa ma jsib l-evidenza fuq il-fatti kollha tal-każi li jkollu taħt idejh. Magħruf ukoll għall-integrità u s-serjetà f’xogħlu, tant li kien ukoll mexxa l-prosekuzzjoni ta’ kuġin tiegħu stess.

Sirna nafu li dan l-ispettur kapaċi, wara snin sħaħ fis-CID (id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali), kumbinazzjoni għall-aħħar tal-2015, wara li investiga l-każi ta’ John Dalli, tal-ex-teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut, u tal-iskandlu taż-żejt, ġie trasferit minn dan id-Dipartiment u tmexxa għall-FIAU, l-aġenzija kontra l-ħasil tal-flus. Hemmhekk kien wieħed mill-investigaturi tal-Pilatus Bank, iżda wara li ħarġet l-allegazzjoni illi l-kumpanija Egrant hija ta’ Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru, ingħata l-ġenb u tħalla barra minn kull tip ta’ investigazzjoni oħra.

Ejja niftakru li minn rapporti moħbija tal-FIAU li ġew pubblikati mill-media, nafu li nstabet evidenza li ġew trasferiti flus mill-kumpanija tal-LNG tanker li ġie ankrat f’Marsaxlokk għal kumpanija 17 Black f’Dubaj, liema kumpanija kienet tittrasferixxi l-flus għal kumpaniji moħbija fil-Panama ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dawn l-allegazzjonijiet huma sejri ħafna, u jekk jiġi segwiti u jwasslu għal prosekuzzjoni jistgħu iwasslu għal multi ta’ aktar minn żewg miljun ewro u piena sa massimu ta’ tmintax-il sena ħabs.

Minkejja li saru dawn ir-rapporti u dawn ir-rapporti ġew mgħoddija lill-Pulizija biex issir il-prosekuzzjoni, dawn ir-rapporti lanqas biss ġew reġistrati mill-Pulizija kif titlob il-liġi, aħseb u ara kemm ġew assenjati spettur biex ikompli jinvestiga. Għal Pulizija, dawn ir-rapporti qishom lanqas biss jeżistu. Minkejja li l-Pulizija qed jiċħdu, diffiċli nemmnuhom. Nafu li nbidlu ħames Kummissarji, nafu li l-Kummissarju preżenti lanqas wera interess li jippreżerva l-evidenza li kienet qed tinħareġ minn Pilatus Bank, u l-Pulizija jekk vera jridu jiċħdu naqsu li jagħmlu l-iżjed ħaġa bażika: jgħidulna x’inhu n-numru ta’ referenza ta’ dawn ir-rapporti. Jekk le, din hi konferma li Ferris għandu raġun, il-files m’għandhomx numru ta’ referenza għax lanqas biss ġew reġistrati.

Ftit ġranet wara l-elezzjoni, l-investigatur Ferris u l-Head of Compliance Charles Cronin, ġew imkeċċija mill-FIAU mingħajr ebda raġuni. Tnejn min-nies mill-aktar kapaċi tkeċċew minn xogħolhom sempliċiment għax kienu qed jagħmlu xogħolhom tajjeb, u Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi ma jridux li jkun hemm investigaturi li jagħmlu xogħolhom tajjeb u jikxfu l-ħmieġ li ħawdu u s-serq li serqu lill-poplu Malti.

Issa jkun hawn min jaħseb li għax intilfet l-elezzjoni, Muscat, Mizzi u Schembri għandhom permess jibqgħu jagħmlu li jridu, jisirqu kemm iridu, u jkissru l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex ma jkollhom lil ħadd li jwaqqafhom. Jien ma naqbilx. Minkejja t-telfa, huwa dmir tagħna li nkompli nisħqu li ssir ġustizzja. Dan hu tassew l-aqwa żmien, għal cover-ups u għaż-żarmar tal-pilastri tad-demokrazija.


Imma ż-żejt għad jitla’ f’wiċċ l-ilma, u ġustizzja għad issir. Kemm ma’ min seraq, u kemm ma min qala’ fuq wiċċu għax għamel xogħolu sew. Id-dmir tagħna hu li filwaqt li nkomplu nagħfsu biex issir ġustizzja, nippreparaw ruħna u nispjegaw aktar għalfejn il-poplu Malti u l-ekonomija ta’ pajjiżna tmur aħjar bil-Partit Nazzjonalista bil-Gvern. Meta l-istituzzjonijiet jaħdmu sew, l-ekonomija taħdem sew u l-but tiegħek igawdi mingħajr ma jkollok għalfejn tinkwieta li jekk tiġi bżonn l-istituzzjonijiet, dawn ħa jkunu iżjed moħħhom biex jorkestraw il-cover-ups milli biex jiddefendu lilek iċ-ċittadin.


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 19 ta' Lulju 2017

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is