Skip to main content

Aktar Maturità



M’hemmx dubju li dan hu żmien iebes ħafna għal Partit Nazzjonalista. Forsi l-agħar żmien li qatt għadda minnu. Kull elezzjoni ta’ kap ikollha l-ġlied intern tagħha, u dan hu mistenni. Finalment hija l-ogħla pożizzjoni li wieħed jista’ jaspira għaliha fil-Partit.

Pero’ did-darba il-kumbattiment ma baqax wieħed intern. Did-darba qed nagħmlu pantomima pubblika, u dan wara it-tieni telfa f’elezzjoni ġenerali bl-istess distakk.

Li din id-darba l-kampanja tkun aktar pubblika mis-soltu kienet mistennija. Dan għaliex din m’għadhiex elezzjoni bejn tmien mitt kunsillier, imma elezzjoni l-ewwel bejn elf u ħames mitt kunsillier, imbagħad bejn aktar minn għoxrin elf tesserat. U allura wieħed kien jistenna li xi ftit jew wisq il-kampanji din id-darba jsiru anke fil-media, kemm dik diġitali u kemm dik stampata.

Li żgur ħadd ma stenna hu li din il-kampanja taqa’ fil-livell li waqgħet fih. Partitarji jitgħajru bejniethom. Dak “injurant”, l-ieħor “tal-klikka”, l-ieħor “moħħu magħluq”. Dak ser jarmi t-tessera jekk jitla’ Ċikku, l-ieħor ser jivvota Labour jekk jitla’ Peppu. Agħar minn hekk, ċertu Deputati, li wieħed kien jistenna li jagħtu l-eżempju, spiċċaw ipeċilqu fil-vojt u jsaħħnu l-irjus minflok jappellaw għall-kalma u d-diċenza.

Uħud mill-kandidati qed jgħidu li dan mhux ġej minnhom. Imma bir-rispett kollu, jekk m’intomx kapaċi tikkontrollaw in-nies tal-kampanja tagħkom, kif tistennew li tkunu kapaċi tikkontrollaw Partit u taspiraw li tmexxu pajjiż?

Sfortunatament, jitla’ min jitla’, jidher li r-rebbieħ ta’ din il-kampanja mhu ħa jkun ħadd ħlief Joseph Muscat. U dan għal raġuni waħda. Għax uħud minna stess, spiċċajna nxerrdu l-istess propoganda li jxerred il-Partit Laburista. Aħna n-Nazzjonalisti spiċċajna mhux biss nemmnu l-propoganda Laburista, imma nxerrduha aħna wkoll!

Ibda mill-idea li hemm xi ‘klikka’ moħbija ta’ xi erbat ixjuħ jiġdbu l-ispag ta’ kulħadd, bħal li kieku xi ‘klikka’ tista’ tikkontrolla kif jivvutaw elf u ħames mitt ruħ. Propoganda laburista li qed inxerrdu aħna stess.

Kompli mbagħad bl-attakk li qed isir biex niskreditaw l-informazzjoni li ħarġet Daphne Caruana Galizia. Bir-rispett kollu, huwa xogħol il-ġurnalisti li joħorġu l-istejjer u jinvestigawhom. U huwa xogħol il-politiċi li jispjegaw għemilhom. Vera, jista’ jkun li għandhda l-aġenda tagħha bħal kull ġurnalist, imma dan ma jfissirx li l-informazzjoni li toħroġ għandna niskreditawha. U mela spiċċajna niskreditaw lilha, u magħha niskreditaw il-Panama Papers u l-Egrant! Infakkar li dawn ma kienux biss allegazzjonijiet, imma stejjer ippruvati, ġuramentati quddiem Maġistrat inkwerenti, b’dokumenti u provi, u li fuqhom għaddejin erba’ inkjesti wara li Maġistrati oħra ddeċidew li hemm biżżejjed provi li jitolbu investigazzjoni. Żbaljajna li bnejna l-kampanja tagħna fuqhom biss, pero’ ma jfissirx li ma sarux u ma kellhomx jiġu investigati.

Min kif qed inġibu ruħna, l-uniċi nies li qed jogħrku jdejhom huma Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, li jistgħu jkomplu jaħslu l-flus u jdaħħlu l-kickbacks bil-kwiet ħalli jirtiraw kmieni minn fuq daharna u minn fuq dahar il-poplu Malti.

Minn hawn nappella lill-kandidati kollha, lit-teams tagħhom, u lill-partitarji kollha Nazzjonalisti, biex nibqgħu nirraġunaw u nżommu l-kalma. Jekk le, u nagħżlu li nħallu l-Partit Laburista jkissirna, inbatu mhux biss aħna imma pajjiżna, u d-demokrazija u l-libertà li darba ġġiliedna għalihom.


Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon tal-Erbgħa 30 t' Awwissu 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.